This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2067
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2067 of 17 November 2015 establishing, pursuant to Regulation (EU) No 517/2014 of the European Parliament and of the Council, minimum requirements and the conditions for mutual recognition for the certification of natural persons as regards stationary refrigeration, air conditioning and heat pump equipment, and refrigeration units of refrigerated trucks and trailers, containing fluorinated greenhouse gases and for the certification of companies as regards stationary refrigeration, air conditioning and heat pump equipment, containing fluorinated greenhouse gases (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, kif ukoll ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, kif ukoll ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 301, 18.11.2015, pp. 28–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/09/2024; Imħassar b' 32024R2215
|
18.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 301/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2067
tas-17 ta' Novembru 2015
li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, kif ukoll ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(12) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 jinkludi obbligi dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji u ta' persuni fiżiċi. B'kuntrast mar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir kopert jinkludi wkoll, b'rabta maċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi, unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati. Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 jinkludi wkoll rekwiżiti rigward il-kontenut ta' programmi ta' ċertifikazzjoni, li fihom informazzjoni dwar it-teknoloġiji rilevanti li għandhom jissostitwixxu jew inaqqsu l-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u dwar l-użu sigur ta' dawn it-teknoloġiji. |
|
(2) |
Għalhekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jenħtieġ li jiġu aġġornati r-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet, tal-ħiliet u tal-għarfien li għandhom jiġu koperti, b'tali mod li jiġu speċifikati l-modalitajiet taċ-ċertifikazzjoni u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku. |
|
(3) |
Sabiex jitqiesu l-iskemi ta' kwalifika u ta' ċertifikazzjoni eżistenti, b'mod partikolari dawk li ġew adottati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, li sadanittant ġie mħassar, u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 (3), dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament sa fejn ikun possibbli. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 303/2008 għandu jitħassar. |
|
(5) |
Sabiex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-programmi tagħhom ta' ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi b'mod li dawn ikopru attivitajiet relatati ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, huwa xieraq li r-rekwiżit għal pussess ta' ċertifikat skont dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Lulju 2017 fir-rigward ta' attivitajiet relatati ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) b'rabta ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) b'rabta ma' tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati maħruġa skont dawn ir-rekwiżiti.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għal persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
kontrolli relatati mat-tnixxija minn tagħmir li jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi kwantitajiet ta' 5 tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 jew aktar u li ma jkunux jinsabu f'materjali f'għamla ta' ragħwa, sakemm it-tagħmir ma jiġix issiġillat b'mod ermetiku, jiġi ttikkettat bħala tali u jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi kwantitajiet ta' inqas minn 10 tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2; |
|
(b) |
irkupru; |
|
(c) |
stallazzjonijiet; |
|
(d) |
tiswijiet, manutenzjoni jew servisjar; |
|
(e) |
diżattivazzjoni. |
2. Għandu japplika wkoll għal kumpaniji li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana għal partijiet oħra:
|
(a) |
stallazzjonijiet; |
|
(b) |
tiswijiet, manutenzjoni jew servisjar; |
|
(c) |
diżattivazzjoni. |
3. Dan ir-Regolament ma għandu japplika għall-ebda attivitajiet ta' manifattura jew ta' tiswija li jsiru fuq it-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 fuq il-proprjetà tal-manifattur.
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi
1. Persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1) għandu jkollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 4 għall-kategorija korrispondenti kif stipulat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
2. Ċertifikati li juru li d-detentur jissoddisfa r-rekwiżiti biex iwettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1) għandhom jingħataw għall-kategoriji li ġejjin ta' persuni fiżiċi:
|
(a) |
Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija I jistgħu jwettqu l-attivitajiet kollha stipulati fl-Artikolu 2(1); |
|
(b) |
Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija II jistgħu jwettqu l-attivitajiet stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), bil-kundizzjoni li dawn ma jinvolvux li wieħed jiżgassa ċ-ċirkuwitu ta' refriġerazzjoni li fih ikun hemm gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija II jistgħu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 2(1) b'rabta mat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 u li fih jinsabu inqas minn 3 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew, fil-każ ta' sistemi ssiġillati b'mod ermetiku u li huma mmarkati bħala tali, li jkun fihom inqas minn 6 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra; |
|
(c) |
Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija III jistgħu jwettqu l-attività stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) b'rabta mat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 u li fih jinsabu inqas minn 3 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew, fil-każ ta' sistemi ssiġillati b'mod ermetiku u li huma mmarkati bħala tali, li jkun fihom inqas minn 6 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra; |
|
(d) |
Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija IV jistgħu jwettqu l-attività stipulata fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), bil-kundizzjoni li dawn ma jinvolvux li wieħed jiżgassa ċ-ċirkuwitu ta' refriġerazzjoni li fih ikun hemm gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. |
3. Il-paragrafu 1 ma japplikax għal persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
ibbrejżajar, issaldjar jew iwweldjar ta' partijiet minn sistema jew biċċa minn tagħmir fil-kuntest ta' waħda mill-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1), li għandhom il-kwalifika meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex iwettqu tali attivitajiet, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet isiru taħt is-superviżjoni ta' persuna li għandha ċertifikat li jkopri l-attività rilevanti u li hija responsabbli b'mod sħiħ għat-twettiq tal-attività b'mod korrett; |
|
(b) |
l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn tagħmir kopert mid-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) b'ċarġ ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra ta' inqas minn 3 kilogrammi u ta' inqas minn 5 tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2, f'postijiet koperti minn permess skont Artikolu 9(1) u l-Artikolu (2) ta' dik id-Direttiva, bil-kundizzjoni li dawk il-persuni fiżiċi jkunu impjegati tal-kumpanija li jkollha l-permess u li dawn ikunu lestew kors ta' taħriġ dwar il-ħiliet u l-għarfien minimi li jikkorrispondu għall-kategorija III kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, u li għalih tkun tista' tintwera attestazzjoni ta' kompetenza maħruġa mid-detentur tal-permess. |
4. Persuni fiżiċi li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu qed isegwu kors ta' taħriġ bl-għan li jiksbu ċertifikat li jkopri l-attività rilevanti u |
|
(b) |
iwettqu l-attività taħt is-superviżjoni ta' persuna li għandha ċertifikat li jkopri l-attività u li hija responsabbli b'mod sħiħ għat-twettiq tal-attività b'mod korrett; |
Id-deroga stipulata fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika tul il-perjodi li fihom jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1), u li b'kollox ma għandhomx jaqbżu l-24 xahar.
Artikolu 4
Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi
1. Korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 għandu joħroġ ċertifikat lill-persuni fiżiċi li jkunu għaddew minn eżami tat-teorija u prattiku organizzat minn korp ta' valutazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 8, li jkopri l-ħiliet u l-għarfien minimi msemmija fl-Anness I, għall-kategorija kkonċernata.
2. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih tal-anqas dan li ġej:
|
(a) |
isem il-korp taċ-ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tad-detentur, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data tal-iskadenza, jekk ikun il-każ; |
|
(b) |
il-kategorija taċ-ċertifikazzjoni tal-persuni fiżiċi kif speċifikat fl-Artikolu 3(2) u l-attivitajiet assoċjati li d-detentur huwa intitolat li jwettaq, flimkien ma' speċifikazzjoni tat-tip ta' tagħmir ikkonċernat, jekk ikun il-każ; |
|
(c) |
id-data tal-ħruġ u l-firma tal-emittent. |
3. Meta sistema eżistenti ta' ċertifikazzjoni bbażata fuq eżami tkopri l-ħiliet u t-tagħrif minimi msemmija fl-Anness I għal kategorija partikolari u tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 8, iżda l-attestazjoni relatata ma tkunx tinkludi l-elementi stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-korp taċ-ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 7 jista' joħroġ ċertifikat lid-detentur ta' din il-kwalifika għall-kategorija korrispondenti mingħajr ma dan tal-aħħar ikollu għalfejn jerġa' jagħmel l-eżami.
4. Fejn sistema eżistenti ta' ċertifikazzjoni bbażata fuq eżami għal persuni fiżiċi li jwettqu attività waħda jew aktar stipulati fl-Artikolu 2(1) b'rabta ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 8 u tkopri, b'mod parzjali, il-ħiliet minimi ta' kategorija partikolari skont kif imsemmi fl-Anness I, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jistgħu joħorġu ċertifikat għall-kategorija korrispondenti bil-kundizzjoni li l-applikant jgħaddi minn eżami supplimentari tal-ħiliet u tal-għarfien mhux koperti miċ-ċertifikazzjoni eżistenti minn korp ta' valutazzjoni li għalih issir referenza fl-Artikolu 8.
Artikolu 5
Ċertifikazzjoni ta' kumpaniji
Kumpaniji li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(2) għandu jkollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 6.
Artikolu 6
Ċertifikati tal-kumpaniji
1. Korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 għandu joħroġ ċertifikat lil kumpanija għal waħda jew aktar mill-attivitajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(2), bil-kundizzjoni li l-kumpanija tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
li timpjega persuni fiżiċi li huma ċertifikati b'konformità mal-Artikolu 3, għall-attivitajiet li jeħtieġu ċertifikazzjoni, f'għadd suffiċjenti li jkopri l-volum mistenni ta' attivitajiet; |
|
(b) |
li tkun kapaċi turi li l-persuni fiżiċi li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet li għalihom hija meħtieġa ċ-ċertifikazzjoni jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-għodod u l-proċeduri meħtieġa. |
2. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih tal-anqas dan li ġej:
|
(a) |
isem il-korp taċ-ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tad-detentur, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data tal-iskadenza, jekk ikun il-każ; |
|
(b) |
l-attivitajiet li d-detentur taċ-ċertifikat hu intitolat li jwettaq, kif ukoll speċifikazzjoni tad-daqs massimu taċ-ċarġ, espress f'kilogrammi, tat-tagħmir ikkonċernat; |
|
(c) |
id-data tal-ħruġ u l-firma tal-emittent. |
Artikolu 7
Korp taċ-ċertifikazzjoni
1. Il-liġijiet nazzjonali jew l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandhom jaħtru korp taċ-ċertifikazzjoni li jkollu l-permess joħroġ ċertifikati lil persuni fiżiċi jew lil kumpaniji involuti f'waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2.
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.
2. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri għall-ħruġ, għall-waqfien u għall-irtirar taċ-ċertifikati.
3. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jżomm rekords li jippermettu li jsiru verifiki tal-istatus ta' persuna jew kumpanija ċertifikata. Ir-rekords għandhom juru li l-proċess ta' ċertifikazzjoni twettaq b'mod effettiv. Ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' ħames snin.
Artikolu 8
Korp ta' evalwazzjoni
1. Korp ta' evalwazzjoni maħtur mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew minn entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandu jorganizza l-eżamijiet għall-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1). Korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 jista' wkoll jikkwalifika bħala korp ta' evalwazzjoni. Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.
2. L-eżamijiet għandhom ikunu ppjanati u strutturati b'tali mod li jiġi żgurat li l-ħiliet u l-għarfien minimi mniżżla fl-Anness I huma koperti.
3. Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jadotta proċeduri ta' rrappurtar u jżomm reġistri sabiex ikun hemm dokumentazzjoni dwar il-persuna u dwar ir-riżultati globali tal-evalwazzjoni.
4. Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jiżgura li l-eżaminaturi li jkunu ntgħażlu għal eżami jkollhom għarfien xieraq tal-metodi u tad-dokumenti rilevanti għall-eżami, kif ukoll kompetenza xierqa fil-qasam li jkun se jiġi eżaminat. Huwa għandu jiżgura wkoll li t-tagħmir, l-għodda u l-materjali meħtieġa għall-eżamijiet prattiċi jkunu disponibbli.
Artikolu 9
Notifika
1. Sal-1 ta' Jannar 2017, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi u kumpaniji koperti mill-Artikolu 7, flimkien mat-titoli taċ-ċertifikati għal persuni fiżiċi li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 u għal kumpaniji li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6, billi jużaw il-format stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2065 (5).
2. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw in-notifika mibgħuta skont il-paragrafu 1 b'informazzjoni rilevanti ġdida, u għandhom jippreżentawha lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 10
Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku
1. Ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati maħruġa fi Stati Membri oħra għandu japplika biss għal ċertifikati maħruġa skont l-Artikolu 4 għal persuni fiżiċi, u skont l-Artikolu 6 għall-kumpaniji.
2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lil min għandu ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor biex jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.
Artikolu 11
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 303/2008 jitħassar.
Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 303/2008 imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 3(1) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017 għal persuni fiżiċi li jwettqu waħda jew aktar mill-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 2(1) fir-rigward ta' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji u persunal fir-rigward ta' tagħmir fiss ta' refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3).
(4) Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2065 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ara l-paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS I
Ir-rekwiżiti minimi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħiliet u mal-għarfien li għandhom jiġu koperti mill-korpi ta' evalwazzjoni
|
1. |
L-eżami għal kull Kategorija msemmija fl-Artikolu 3(2) għandu jkun fih dan li ġej:
|
|
2. |
L-eżami għandu jkopri kull wieħed mill-gruppi ta' ħiliet u għarfien 1, 2, 3, 4, 5, 10 u 11. |
|
3. |
L-eżami għandu jkopri tal-anqas wieħed mill-gruppi ta' ħiliet u għarfien 6, 7, 8 u 9. Il-kandidat ma għandux ikun jaf minn qabel l-eżami dwar liema wieħed minn dawn l-erba' komponenti se jiġi eżaminat. |
|
4. |
Jekk ikun hemm kaxxa waħda biss fil-kolonni tal-kategorija li tikkorrispondi għal diversi kaxex (għadd ta' ħiliet u għarfien) fil-kolonni tal-ħiliet u tal-għarfien, dan ifisser li mhux neċessarjament il-ħiliet u l-għarfien kollha għandhom jiġu eżaminati matul l-eżami. |
|
|
KATEGORIJI |
||||
|
ĦILIET U GĦARFIEN |
I |
II |
III |
IV |
|
|
1 |
Termodinamika bażika |
||||
|
1.01 |
Għarfien dwar l-unitajiet standard ta' kejl bażiċi ISO għat-temperatura, għall-pressjoni, għall-massa, għad-densità, għall-enerġija |
T |
T |
— |
T |
|
1.02 |
Fehim tat-teorija bażika dwar is-sistemi ta' refriġerazzjoni: termodinamika bażika (terminoloġija prinċipali, parametri u proċessi bħal “Superheat”, “High Side”, Sħana ta' Kompressjoni (“Heat of Compression”), “Enthalpy”, Effett ta' Refriġerazzjoni (“Refrigeration Effect”), “Low Side”, Sottotkessiħ (“Sub-cooling”)), proprjetajiet u trasformazzjonijiet termodinamiċi ta' refriġeranti inkluża l-identifikazzjoni ta' taħlitiet zeotropiċi u stati fluwidi. |
T |
T |
— |
— |
|
1.03 |
Użu tat-tabelli u tal-grafiki rilevanti, u l-interpretazzjoni tagħhom fil-kuntest ta' verifika ta' tnixxija indiretta (inkluża verifika rigward it-tħaddim tajjeb tas-sistema): grafika log p/h, tabelli ta' saturazzjoni ta' refriġerant, grafika ta' ċiklu singolu ta' refriġerazzjoni bil-kompressjoni |
T |
T |
— |
— |
|
1.04 |
Deskrizzjoni tal-funzjoni tal-komponenti ewlenin tas-sistema (kumpressur, evaporatur, kundensatur, valvoli ta' espansjoni termostatika) u t-trasformazzjoni termodinamika tar-refriġerant |
T |
T |
— |
— |
|
1.05 |
Għarfien dwar it-tħaddim bażiku tal-komponenti li jintużaw f'sistema ta' refriġerazzjoni li ġejjin, u r-rwol u l-importanza tagħhom fil-prevenzjoni u fl-identifikazzjoni ta' tnixxija ta' refriġerant: (a) valvoli (valvoli ballun, dijaframmi, valvoli globu, valvoli ta' rilaxx), (b) kontrolli ta' temperatura u pressjoni, (c) gejġijiet tal-ħġieġ għall-ispezzjoni ottika u indikaturi tal-umdità, (d) kontrolli kontra l-iffriżar, (e) protetturi tas-sistema, (f) apparat ta' kejl bħat-termometru manifold, (g) sistemi ta' kontroll taż-żejt, (h) riċevituri, (i) separaturi ta' likwidu u żejt |
— |
— |
— |
|
|
1.06 |
Għarfien dwar l-imġiba speċifika, il-parametri fiżiċi, is-soluzzjonijiet, is-sistemi, id-devjanzi ta' refriġeranti alternattivi fiċ-ċiklu ta' refriġerazzjoni u l-komponenti għall-użu tagħhom |
T |
T |
T |
T |
|
2 |
L-impatt ambjentali ta' refriġeranti u r-regolamenti ambjentali korrispondenti |
||||
|
2.01 |
Għarfien bażiku dwar il-politika tal-UE, kif ukoll dik internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, inkluża l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima |
T |
T |
T |
T |
|
2.02 |
Għarfien bażiku dwar il-kunċett ta' Potenzjal ta' Tisħin Globali (GWP), dwar l-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta' sustanzi oħra bħala refriġeranti, dwar l-impatt tal-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fuq il-klima (l-iskala tad-daqs tal-GWP tagħhom), dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u dwar l-atti ta' implimentazzjoni rilevanti |
T |
T |
T |
T |
|
3 |
Verifiki qabel ma jinbeda t-tħaddim għall-ewwel darba, wara perjodu twil ta' nuqqas ta' użu, wara xogħol ta' manutenzjoni jew ta' tiswija, jew matul l-operazzjoni |
||||
|
3.01 |
It-twettiq ta' test tal-pressjoni sabiex tiġi vverifikata l-qawwa tas-sistema |
P |
P |
— |
— |
|
3.02 |
It-twettiq ta' test tal-pressjoni sabiex jiġi vverifikat li ma hemm ebda tnixxija mis-sistema |
||||
|
3.03 |
L-użu ta' pompa li toħloq vakwu |
||||
|
3.04 |
L-evakwazzjoni tas-sistema sabiex jitneħħew l-arja u l-umdità skont il-prattika standard |
||||
|
3.05 |
Il-mili tad-dejta fir-rekords tat-tagħmir, u l-mili ta' rapport dwar test wieħed jew aktar, kif ukoll il-verifiki li jkunu twettqu matul l-eżami. |
T |
T |
— |
— |
|
4 |
Verifiki għal tnixxija |
||||
|
4.01 |
Għarfien dwar il-punti possibbli ta' tnixxija ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u ta' pompi tas-sħana |
T |
T |
— |
T |
|
4.02 |
Verifika tar-rekords dwar it-tagħmir qabel issir verifika għal tnixxija, u l-identifikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar kwalunkwe kwistjonijiet jew oqsma problematiċi rikorrenti li għandhom jingħataw attenzjoni speċjali |
T |
T |
— |
T |
|
4.03 |
It-twettiq ta' spezzjoni viżwali u manwali tas-sistema kollha b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 (1) |
P |
P |
— |
P |
|
4.04 |
It-twettiq ta' verifika għat-tnixxija fis-sistema permezz ta' metodu indirett skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 u skont il-manwal tal-istruzzjonijiet tas-sistema |
P |
P |
— |
P |
|
4.05 |
L-użu ta' strumenti ta' kejl li jinġarru bħal settijiet ta' manometri, termometri u multimetri għall-kejl fl-unitajiet Volt/Amp/Ohm fil-kuntest ta' metodi indiretti għal verifiki għal tnixxija, u l-interpretazzjoni tal-parametri mkejla. |
P |
P |
— |
P |
|
4.06 |
It-twettiq ta' verifika għal tnixxija fis-sistema permezz ta' wieħed mill-metodi diretti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1516/2007 |
P |
— |
— |
— |
|
4.07 |
It-twettiq ta' verifika għal tnixxija fis-sistema permezz ta' wieħed mill-metodi diretti li ma jinvolvux li wieħed jiżgassa ċ-ċirkuwitu ta' refriġerazzjoni, li ssir referenza għalihom fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 |
— |
P |
— |
P |
|
4.08 |
L-użu ta' apparat elettroniku xieraq għad-detezzjoni tat-tnixxija |
P |
P |
— |
P |
|
4.09 |
Il-mili tad-dejta fir-rekords tat-tagħmir |
T |
T |
— |
T |
|
5 |
Maniġġar ekoloġiku tas-sistema u tar-refriġerant waqt l-istallazzjoni, il-manutenzjoni, is-servisjar jew l-irkupru |
||||
|
5.01 |
It-tqabbid u l-iskonnettjar ta' gejġijiet u ta' linji bl-inqas emissjonijiet possibbli |
P |
P |
— |
— |
|
5.02 |
It-tbattil u l-mili ta' ċilindru ta' refriġerant fi stat kemm likwidu kif ukoll ta' fwar |
P |
P |
P |
— |
|
5.03 |
L-użu ta' sett ta' rkupru għall-irkupru tar-refriġerant, u għall-iskonnettjar tas-sett ta' rkupru bl-inqas emissjonijiet possibbli |
P |
P |
P |
— |
|
5.04 |
It-tneħħija mis-sistema ta' żejt ikkontaminat b'gassijiet fluworurati b'effett ta' serra |
P |
P |
P |
— |
|
5.05 |
L-identifikazzjoni tal-istat tar-refriġerant (likwidu, fwar) u tal-kundizzjoni tiegħu (subimkessaħ, saturat jew superimsaħħan) qabel ma jiġi ċċarġjat, sabiex jiġi żgurat li l-iċċarġjar isir b'mod korrett u b'volum xieraq ta' refriġerant. Il-mili tas-sistema b'refriġerant (kemm fil-fażi likwida u dik ta' fwar) mingħajr telf tar-refriġerant |
P |
P |
— |
— |
|
5.06 |
L-għażla tat-tip korrett ta' skali, u l-użu tagħhom għall-kejl tal-piż tar-refriġerant |
P |
P |
P |
— |
|
5.07 |
Il-mili tar-rekords dwar it-tagħmir bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-refriġerant li jiġi rkuprat jew miżjud |
T |
T |
— |
— |
|
5.08 |
Għarfien dwar ir-rekwiżiti u l-proċeduri għall-maniġġar, għall-użu mill-ġdid, għar-riġenerazzjoni, għall-ħażna u għat-trasport ta' refriġeranti u ta' żjut kontaminati |
T |
T |
T |
— |
|
6 |
Komponent: stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni ta' kumpressuri reċiprokanti, “screw and scroll”, singoli jew b'żewġ stadji |
||||
|
6.01 |
Spjegar tal-funzjonament bażiku ta' kumpressur (inklużi kontrolli tal-kapaċità u s-sistema ta' lubrikazzjoni) u riskji ta' tnixxija tar-refriġerant jew ta' emissjoni assoċjati mar-refriġerant. |
T |
T |
— |
— |
|
6.02 |
Stallazzjoni korretta ta' kumpressur, inkluż tagħmir ta' kontroll u ta' sikurezza, sabiex ma jseħħu l-ebda tnixxija jew emissjonijiet kbar ladarba s-sistema titħaddem |
P |
P |
— |
— |
|
6.03 |
Aġġustament tas-swiċċijiet ta' sikurezza u ta' kontroll |
P |
— |
— |
— |
|
6.04 |
Aġġustament tal-valvoli tal-ġbid u tal-ħruġ |
||||
|
6.05 |
Verifika tas-sistema ta' ritorn taż-żejt |
||||
|
6.06 |
Startjar u tifi ta' kumpressur, u verifika tal-kundizzjoni tajba ta' tħaddim tal-kumpressur, inkluż billi jsir kejl matul it-tħaddim tal-kumpressur |
P |
P |
— |
— |
|
6.07 |
Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni tal-kumpressur, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim tal-kumpressur li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni |
T |
T |
— |
— |
|
7 |
Komponent: stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni ta' kundensaturi mkessħa bl-arja u bl-ilma |
||||
|
7.01 |
Spjegar tal-funzjonament bażiku ta' kundensatur, u tar-riskji ta' tnixxija assoċjati miegħu |
T |
T |
— |
— |
|
7.02 |
Aġġustament tal-kontroll għar-rilaxx tal-pressjoni tal-kundensatur |
P |
— |
— |
— |
|
7.03 |
Stallazzjoni korretta ta' kundensatur/unità esterna, inkluż tagħmir ta' kontroll u ta' sikurezza, sabiex ma jseħħu l-ebda tnixxija jew emissjonijiet kbar ladarba s-sistema titħaddem |
P |
P |
— |
— |
|
7.04 |
Aġġustament tas-swiċċijiet ta' sikurezza u ta' kontroll |
P |
— |
— |
— |
|
7.05 |
Verifika tal-linji ta' ħruġ u tal-likwidu |
||||
|
7.06 |
Tneħħija ta' gassijiet li ma jikkundensawx mill-kundensatur permezz ta' apparat għat-tindif ta' sistemi ta' refriġerazzjoni |
P |
— |
— |
— |
|
7.07 |
Startjar u tifi ta' kunsdensatur, u verifika tal-kundizzjoni tajba ta' tħaddim tal-kundensatur, inkluż billi jsir kejl matul it-tħaddim |
P |
P |
— |
— |
|
7.08 |
Spezzjoni tal-wiċċ tal-kundensatur |
P |
P |
— |
— |
|
7.09 |
Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni tal-kundensatur, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni |
T |
T |
— |
— |
|
8 |
Komponent: stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni ta' evaporaturi mkessħa bl-arja u bl-ilma |
||||
|
8.01 |
Spjegar tal-funzjonament bażiku ta' evaporatur (inkluża sistema kontra l-iffriżar) u tar-riskji ta' tnixxija assoċjati miegħu |
T |
T |
— |
— |
|
8.02 |
Aġġustament tal-kontroll tal-pressa tal-evaporazzjoni tal-evaporatur |
P |
— |
— |
— |
|
8.03 |
Stallazzjoni ta' evaporatur, inkluż tagħmir ta' kontroll u ta' sikurezza, sabiex ma jseħħu l-ebda tnixxija jew emissjonijiet kbar ladarba s-sistema titħaddem |
P |
P |
— |
— |
|
8.04 |
Aġġustament tas-swiċċijiet ta' sikurezza u ta' kontroll |
P |
— |
— |
— |
|
8.05 |
Verifika biex jiġi żgurat li l-linji tal-pajpijiet tal-likwidu u tal-ġbid jinsabu f'pożizzjoni korretta |
||||
|
8.06 |
Verifika tal-pajpijiet tal-gass sħun kontra l-iffriżar |
||||
|
8.07 |
Aġġustament tal-valv ta' regolazzjoni tal-pressjoni tal-evaporazzjoni |
||||
|
8.08 |
Startjar u tifi tal-evaporatur, u verifika tal-kundizzjoni tajba ta' tħaddim tal-evaporatur, inkluż billi jsir kejl matul it-tħaddim |
P |
P |
— |
— |
|
8.09 |
Verifika tal-wiċċ tal-evaporatur |
P |
P |
— |
— |
|
8.10 |
Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni tal-evaporatur, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni |
T |
T |
— |
— |
|
9 |
Komponent: stallazzjoni, tħaddim u servisjar ta' Valvoli ta' Espansjoni Termostatiċi (TEV) u ta' komponenti oħra |
||||
|
9.01 |
Spjegar tat-tħaddim bażiku ta' tipi differenti ta' regolaturi ta' espansjoni (valvoli ta' espansjoni termostatiċi, tubi kapillari), u tar-riskji ta' tnixxija assoċjati miegħu |
T |
T |
— |
— |
|
9.02 |
Stallazzjoni ta' valvoli f'pożizzjoni korretta |
P |
— |
— |
— |
|
9.03 |
Aġġustament ta' TEV mekkanika/elettronika |
P |
— |
— |
— |
|
9.04 |
Aġġustament ta' termostati mekkaniċi u elettroniċi |
||||
|
9.05 |
Aġġustament ta' valvirregolat bil-pressa |
||||
|
9.06 |
Aġġustament ta' limitaturi tal-pressa elettroniċi u mekkaniċi |
||||
|
9.07 |
Verifika tal-funzjonament ta' separatur taż-żejt |
P |
— |
— |
— |
|
9.08 |
Verifika tal-kundizzjoni tat-tagħmir ta' filtrazzjoni u tnixxif |
||||
|
9.09 |
Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni ta' dawn il-komponenti, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni |
T |
— |
— |
— |
|
10 |
Pajpijiet: il-kostruzzjoni ta' sistema ta' pajpijiet li ma tippermettix tnixxija fi stallazzjoni ta' refriġerazzjoni |
||||
|
10.01 |
Iwweldjar, ibbrejżjar u/jew issaldjar ta' ġonot li ma jippermettux tnixxija fuq tubi, pajpijiet u komponenti tal-metall li jistgħu jintużaw f'sistemi ta' refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata jew ta' sistemi ta' pompi tas-sħana |
P |
P |
— |
— |
|
10.02 |
Il-fabbrikazzjoni/verifika tal-appoġġi tal-pajpijiet u tal-komponenti |
P |
P |
— |
— |
|
11 |
Informazzjoni dwar it-teknoloġiji rilevanti għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u dwar l-immaniġġar sikur tagħhom |
|
|
|
|
|
11.01 |
Għarfien dwar it-teknoloġiji alternattivi rilevanti għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u dwar l-immaniġġar sikur tagħhom |
T |
T |
T |
T |
|
11.02 |
Għarfien dwar id-disinni tas-sistemi rilevanti biex jitnaqqas id-daqs taċ-ċarġ ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika |
T |
T |
— |
— |
|
11.03 |
Għarfien dwar ir-regolamenti u l-istandards rilevanti tas-sikurezza għall-użu, għall-ħażna u għat-trasport ta' refriġeranti tossiċi jew li jieħdu n-nar, jew ta' refriġeranti li jeħtieġu livelli ogħla ta' pressjoni waqt it-tħaddim |
T |
T |
— |
— |
|
11.04 |
Fehim tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi rispettivi, b'mod partikolari b'rabta mal-effiċjenza enerġetika, ta' refriġeranti alternattivi skont l-applikazzjoni ppjanata, u skont il-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjuni differenti |
T |
T |
— |
— |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta' tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, ikkundizzjonar tal-arja u b'pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10).
ANNESS II
Tabella ta' korrelazzjoni
|
Ir-Regolament (KE) Nru 303/2008 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
— |
|
Artikolu 4(1) u (2) |
Artikolu 3(1) u (2) |
|
Artikolu 4(3)(a) |
Artikolu 3(4) |
|
Artikolu 4(3)(b) u (c) |
Artikolu 3(3)(a) u (b) |
|
Artikolu 4(4) |
— |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 6 |
— |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 9 |
— |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 10 |
|
— |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 12 |
|
Anness |
Anness I |
|
— |
Anness II |