Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2065

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2065 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 301, 18.11.2015, p. 14–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2065/oj

    18.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 301/14


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2065

    tas-17 ta' Novembru 2015

    li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni tal-Istati Membri

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(13) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-format tan-notifika skont l-Artikolu 10(10) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandu jkun armonizzat, billi jispeċifika t-tagħrif essenzjali meħtieġ, sabiex jippermetti l-awtentikazzjoni ta' ċertifikat jew attestazzjoni konformi mar-rekwiżiti minimi u mal-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku li ġew stabbiliti.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea aġġornat ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku billi adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 (2) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 (3).

    (3)

    Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 308/2008 (4) għandu jitħassar.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jużaw il-formoli li ġejjin għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 10(10) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014:

    (1)

    għal tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u bil-pompa tas-sħana, u unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, il-formola tan-notifika stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

    (2)

    għal sistemi stazzjonarji ta' protezzjoni min-nar u għal pompi tat-tifi tan-nar, il-formola ta' notifika speċifikata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

    (3)

    għal tagħmir għat-tqassim tal-elettriku l-formola ta' notifika speċifikata fl-Anness III ta' dan ir-Regolament;

    (4)

    għal tagħmir li fih solventi b'bażi ta' gass fluworurat b'effett ta' serra l-formola ta' notifika speċifikata fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

    (5)

    għal sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur il-formola ta' notifika speċifikata fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 308/2008 jitħassar.

    Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness VI.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi stazzjonarji ta' tkessiħ u tagħmir ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana u unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi stazzjonarji ta' tkessiħ u tagħmir ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ara l-paġna 28 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi li jwettqu l-istallazzjoni, l-għoti ta' servizz, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta' tagħmir għat-tqassim tal-elettriku li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew l-irkupru ta' gassijiet b'effett ta' serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju (ara l-paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 28).


    ANNESS I

    SISTEMI STAZZJONARJI TA' REFRIĠIRAZZJONI, TA' KONDIZZJONAMENT TAL-ARJA U TA' TAGĦMIR TA' POMPI TAS-SĦANA U UNITAJIET TA' REFRIĠERAZZJONI TA' TRAKKIJIET U TREJLERS REFRIĠERATI

    NOTIFIKA

    BIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU JEW JADATTAW IR-REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ U TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-KUMPANIJI U GĦALL-PERSUNI FIŻIĊI INVOLUTI F'ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 10(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 517/2014 DWAR GASSIJIET FLUWORURATI B'EFFETT TA' SERRA

    INFORMAZZJONI ĠENERALI

    (a)

    Stat Membru

     

    (b)

    Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

     

    (c)

    Data tan-Notifika

     

    Parti A — Persuni fiżiċi

    Is-sistemi li ġejjin għall-persuni fiżiċi involuti fl-istallazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, is-servisjar, id-dekommissjonar jew il-kontroll għat-tnixxija ta' tagħmir stazzjonarju tar-refriġirazzjoni, il-kondizzjonament tal-arja u l-pompi tas-sħana, u l-unitajiet tar-refriġirazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġirati, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew fl-irkupru ta' dawk il-gassijiet mit-tali tagħmir, jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku kif jistipulaw l-Artikoli 4 u 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 (1).

    Titolu taċ-Ċertifikat

    Kategorija

    (I, II, III u/jew IV)

    Il-korp taċ-Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (…)

    Parti B — Kumpaniji

    Is-sistemi ta' ċertifikazzjoni li ġejjin għall-kumpaniji involuti fl-istallazzjoni, il-manutenzjoni, is-servisjar jew id-dekumissjonar ta' tagħmir stazzjonarju ta' refriġirazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku stipulati fl-Artikoli 6 u 10 tar-Regolament (UE) 2015/2067.

    Titolu taċ-Ċertifikat

    Il-Korp ta' Ċertifikazzjoni tal-Kumpaniji (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

     

     

     

     

     

     

     

    (…)


    (1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi stazzjonarji ta' refriġirazzjoni u tagħmir ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana u unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi stazzjonarji ta' refriġirazzjoni u tagħmir ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 28).


    ANNESS II

    TAGĦMIR TA' PROTEZZJONI TAN-NAR STAZZJONARJU

    NOTIFIKA

    BIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ U TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-KUMPANIJI U GĦALL-PERSUNI FIŻIĊI INVOLUTI F'ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 10(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 517/2014 DWAR GASSIJIET FLUWORURATI B'EFFETT TA' SERRA

    INFORMAZZJONI ĠENERALI

    (a)

    Stat Membru

     

    (b)

    Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

     

    (c)

    Data tan-Notifika

     

    Parti A — Persuni fiżiċi

    Is-sistema/sistemi ta' ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-persuni fiżiċi involuti fl-istallazzjoni, il-manutenzjoni, is-servisjar, id-dekomissjonar jew il-kontrolli għat-tnixxija ta' sistemi stazzjonarji tal-protezzjoni min-nar li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew fl-irkupru ta' dawk il-gassijiet minn sistemi stazzjonarji ta' protezzjoni min-nar u pompi tat-tifi tan-nar, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 (1).

    Titolu taċ-Ċertifikat

    Il-korp taċ-Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

     

     

     

     

     

     

     

    (…)

    Parti B — Kumpaniji

    Is-sistema/sistemi ta' ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-kumpaniji involuti fl-istallazzjoni, il-manutenzjoni, is-servisjar jew id-dekomissjonar ta' sistemi stazzjonarji ta' protezzjoni min-nar li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku stipulati fl-Artikoli 8 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 304/2008.

    Titolu taċ-Ċertifikat

    Il-Korp ta' Ċertifikazzjoni tal-Kumpaniji (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

     

     

     

     

     

     

     

    (…)


    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi stazzjonarji ta' protezzjoni min-nar u ma' pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12).


    ANNESS III

    TAGĦMIR TAT-TQASSIM TAL-ELETTRIKU

    NOTIFIKA

    BIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ U TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-PERSUNI FIŻIĊI INVOLUTI F'ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 10(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 517/2014 DWAR GASSIJIET FLUWORURATI B'EFFETT TA' SERRA

    INFORMAZZJONI ĠENERALI

    (a)

    Stat Membru

     

    (b)

    Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

     

    (c)

    Data tan-Notifika

     

    Is-sistema/sistemi ta' ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-persuni fiżiċi involuti fl-istallazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, is-servisjar, jew id-dekomissjonar ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew fl-irkupru ta' dawk il-gassijiet minn sistemi stazzjonarji ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 (1).

    Titolu taċ-Ċertifikat

    Il-Korp taċ-Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

     

     

     

     

     

     

     

    (…)


    (1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi li jwettqu l-istallazzjoni, l-isservisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta' tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 22).


    ANNESS IV

    TAGĦMIR LI JINKLUDI SOLVENTI B'BAŻI TA' GASS FLOWURURAT B'EFFETT TA' SERRA

    NOTIFIKA

    BIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ U TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-PERSUNI FIŻIĊI INVOLUTI F'ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 10(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 517/2014 DWAR GASSIJIET FLUWORURATI B'EFFETT TA' SERRA

    INFORMAZZJONI ĠENERALI

    (a)

    Stat Membru

     

    (b)

    Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

     

    (c)

    Data tan-Notifika

     

    Is-sistema/i ta' ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-persuni fiżiċi involuti fl-irkupru ta' solventi b'bażi ta' gass fluworurat b'effett ta' serra mit-tagħmir, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 (1).

    Titolu taċ-Ċertifikat

    Il-korp taċ-Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

     

     

     

     

     

     

     

    (…)


    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta' rkupru ta' ċerti solventi b'bażi ta' gass fluworurat b'effett ta' serra mit-tagħmir (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 21).


    ANNESS V

    SISTEMI TAL-IKKONDIZZJONAR TAL-ARJA F'VETTURI BIL-MUTUR

    NOTIFIKA

    BIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ U TA' KWALIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-PERSUNI FIŻIĊI INVOLUTI F'ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 10(1) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 517/2014 DWAR GASSIJIET FLUWORURATI B'EFFETT TA' SERRA

    INFORMAZZJONI ĠENERALI

    (a)

    Stat Membru

     

    (b)

    Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

     

    (c)

    Data tan-Notifika

     

    Il-programm(i) ta' taħriġ li ġej/ġejjin għall-persuni fiżiċi involuti fl-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn sistemi tal-ikkondizzjonar tal-arja fil-vetturi bil-mutur, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku stipulati fl-Artikoli 2(1) u 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 (1).

    It-Titolu tal-Attestazzjoni

    Il-Korp tal-Attestazzjoni għal persuni fiżiċi (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt)

     

     

     

     

     

     

     

    (…)


    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta' taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku tal-attestazzjonijiet ta' taħriġ tal-persunal f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi ta' kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet fluworurati b'effett ta' serra f'vetturi bil-mutur (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 25).


    ANNESS VI

    Tabella ta' korrelazzjoni

    Ir-Regolament (KE) Nru 308/2008

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Anness I

    Anness I

    Anness II

    Anness II

    Anness III

    Anness III

    Anness IV

    Anness IV

    Anness V

    Anness V

    Anness VI


    Top