Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2017

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2017 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' fatturi aġġustati biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita għall-muniti marbuta mal-euro skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 295, 12.11.2015, pp. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2017/oj

12.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2017

tal-11 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' fatturi aġġustati biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita għall-muniti marbuta mal-euro skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 109a(2)(c) tagħha,

Billi:

(1)

L-aġġustamenti stabbiliti f'dan ir-Regolament iqisu l-kriterji dettaljati stabbiliti fl- Artikolu 188(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (2).

(2)

Sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti ta' muniti marbutin mal-euro fil-kalkolu tar-rekwiżit kapitali għar-riskju tal-munita, għandhom jiġu pprovduti fatturi aġġustati għar-riskju tal-munita fir-rigward tar-rati tal-kambju bejn l-euro u l-muniti marbutin mal-euro kif ukoll fir-rigward tar-rati tal-kambju bejn żewġ muniti marbutin mal-euro.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1094/2010 (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fatturi aġġustati għar-riskju tal-munita meta l-munita lokali jew barranija hija l-euro

Meta l-munita lokali jew barranija hija l-euro, għall-finijiet tal-Artikolu 188(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35, il-fattur ta' 25 % huwa sostitwit bi:

(a)

0,39 % meta l-munita l-oħra hija l-krona Daniż (DKK);

(b)

1,81 % meta l-munita l-oħra hija l-lev (BGN);

(c)

2,18 % meta l-munita l-oħra hija l-frank CFA tal-Punent tal-Afrika (BCEAP) (XOF);

(d)

1,96 % meta l-munita l-oħra hija l-frank CFA taċ-Ċentru tal-Afrika (BEAP) (XAF);

(e)

2,00 % meta l-munita l-oħra hija l-frank Comorjan (KMF).

Artikolu 2

Fatturi aġġustati għar-riskju tal-munita meta l-munita lokali jew barranija huma marbutin mal-euro

Għall-finijiet tal-Artikolu 188(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35, il-fattur ta' 25 % huwa sostitwit bi:

(a)

2,24 % meta ż-żewġ muniti huma d-DKK u l-BGN;

(b)

2,62 % meta ż-żewġ muniti huma d-DKK u l-XOF;

(c)

2,40 % meta ż-żewġ muniti huma d-DKK u l-XAF;

(d)

2,44 % meta ż-żewġ muniti huma d-DKK u l-KMF;

(e)

4,06 % meta ż-żewġ muniti huma l-BGN u l-XOF;

(f)

3,85 % meta ż-żewġ muniti huma l-BGN u l-XAF;

(g)

3,89 % meta ż-żewġ muniti huma l-BGN u l-KMF;

(h)

4,23 % meta ż-żewġ muniti huma l-XOF u l-XAF;

(i)

4,27 % meta ż-żewġ muniti huma l-XOF u l-KMF;

(j)

4,04 % meta ż-żewġ muniti huma l-XAF u l-KMF.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan- negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


Top