Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2000

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2000 tad-9 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 546/2003, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 952/2006, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1295/2008, (KE) Nru 1296/2008, (UE) Nru 1272/2009, (UE) Nru 738/2010, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u (UE) Nru 511/2012 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli

ĠU L 292, 10.11.2015, pp. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2000/oj

10.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2000

tad-9 ta' Novembru 2015

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 546/2003, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 952/2006, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1295/2008, (KE) Nru 1296/2008, (UE) Nru 1272/2009, (UE) Nru 738/2010, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u (UE) Nru 511/2012 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/ 72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 223(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (2) jistabbilixxi regoli komuni għan-notifikar tal-informazzjoni u tad-dokumenti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. B'mod partikolari, dawn ir-regoli jkopru l-obbligu tal-Istati Membri li jużaw is-sistemi tal-informazzjoni li għamlet disponibbli l-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 jistabbilixxi wkoll prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi tal-informazzjoni sabiex jiżguraw l-awtentiċità, l-integrità u l-leġibbiltà tad-dokumenti matul iż-żmien, u jipprevedi l-protezzjoni tad-dejta personali. L-obbligu li jintużaw dawn is-sistemi tal-informazzjoni għandu jiġi previst f'kull Regolament li jistabbilixxi obbligu speċifiku ta' notifika.

(2)

Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta' informazzjoni li, fil-proċeduri ta' ħidma interni tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni, tippermettilha tamministra d-dokumenti u l-proċeduri b'mod elettroniku.

(3)

Bosta obbligi ta' komunikazzjoni u ta' notifika jistgħu jitwettqu permezz ta' dik is-sistema, b'mod partikolari dawk previsti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2003 (3), (KE) Nru 1342/2003 (4), (KE) Nru 952/2006 (5), (KE) Nru 826/2008 (6), (KE) Nru 1295/2008 (7), (KE) Nru 1296/2008 (8), (UE) Nru 1272/2009 (9), (UE) Nru 738/2010 (10), u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (11) and (UE) Nru 511/2012 (12).

(4)

Fl-interess ta' amministrazzjoni effiċjenti u filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza, uħud mill-obbligi ta' notifika għandhom jiġu emendati.

(5)

Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 546/2003, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 952/2006, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1295/2008, (KE) Nru 1296/2008, (UE) Nru 1272/2009, (UE) Nru 738/2010, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u (UE) Nru 511/2012 għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 546/2003, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*1).

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).” "

Artikolu 2

Fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:

“3.   L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(ii) u (iii) kif ukoll fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 matul il-perjodi meta ma tkun stabbilita l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni, l-ebda taxxa fuq l-esportazzjoni jew l-ebda għajnuna alimentari.

4.   In-notifiki u l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*2).

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).” "

Artikolu 3

Fl-Artikolu 15a tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni qabel it-tmiem ta' kull xahar, il-medji tal-prezzijiet miġbura fil-livell nazzjonali, kif ukoll it-total tal-kwantitajiet korrispondenti u d-devjazzjonijiet standard. Il-medji u d-devjazzjonijiet standard għandhom ikunu pponderati bil-kwantitajiet ikkomunikati mill-impriżi skont il-paragrafu preċedenti. Il-komunikazzjoni għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*3).

(*3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).” "

Artikolu 4

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1, inkluż notifiki 'xejn', għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.

4.   Aktar informazzjoni ddettaljata dwar in-notifiki għandha tiġi stabbilita fir-Regolamenti li jiftħu l-proċedura tas-sejħa għall-offerti inkwestjoni.”

(2)

il-paragrafu 5 jitħassar.

Artikolu 5

Fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1295/2008, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*4).

(*4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).” "

Artikolu 6

Fir-Regolament (UE) Nru 1296/2008, l-Artikolu 21a jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 21a

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*5).

(*5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).” "

Artikolu 7

Fir-Regolament (UE) Nru 1272/2009, l-Artikolu 58 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 58

Il-metodu li japplika għall-obbligi ta' notifika

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*6).

(*6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).” "

Artikolu 8

Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 738/2010, jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:

“10.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 9 għandha ssir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*7).

(*7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).” "

Artikolu 9

Fl-Artikolu 146 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   In-notifiki stipulati fl-Artikolu 9(2), l-Artikolu 18(3) u (4), l-Artikoli 97 u 128, l-Artikolu 129(1), l-Artikoli 130 u 131, l-Artikolu 134(1) u f'dan l-Artikolu u t-talba prevista fl-Artikolu 92(1), għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.”

Artikolu 10

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(1) jiżdied il-punt d) li ġej:

“(d)

In-numru totali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti.”

(2)

Fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

il-volum totali ta' ħalib mhux ipproċessat, speċifikat għal kull Stat Membru ta' produzzjoni, ikkonsenjat fit-territorju tagħhom skont kuntratti nnegozjati permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti skont l-Artikolu 149(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) fis-sena kalendarja preċedenti, kif notifikat lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 2(3) ta' dan ir-Regolament, u bin-numru ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta' assoċjazzjonijiet u l-volumi kkonsenjati rispettivi.

(*8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).” "

(3)

jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 3(2), għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*9).

(*9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).” "

Artikolu 11

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mis-16 ta' Novembru 2015.

Madankollu, l-Artikolu 3 japplika mill-1 ta' Ottubru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2003 tas-27 ta' Marzu 2003 dwar ċerti notifiki li jirrigwardjaw l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75 u (KEE) Nru 2783/75 fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur (ĠU L 81, 28.3.2003, p. 12).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1295/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-importazzjoni tal-ħops minn pajjiżi terzi (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 45).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57):

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 738/2010 tas-16 ta' Awwissu 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar pagamenti lil organizzazzjonijiet tal-produtturi Ġermaniżi fis-settur tal-ħops (ĠU L 216, 17.8.2010, p. 11).

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2012 tal-15 ta' Ġunju 2012 dwar notifiki li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u negozjati kuntrattwali u relazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 156, 16.6.2012, p. 39).


Top