EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1980

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1980 tal-4 ta' Novembru 2015 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 289, 5.11.2015, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1980/oj

5.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1980

tal-4 ta' Novembru 2015

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 (3) jelenka l-Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH bħala korp tal-kontroll rikonoxxut għall-kategorija tal-prodotti D għall-Korea t'Isfel, minkejja li dan ir-rikonoxximent ġie irtirat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 (4) wara l-inklużjoni tar-Repubblika tal-Korea fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Billi r-Repubblika tal-Korea hija elenkata bħala pajjiż terz rikonoxxut fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għall-kategorija tal-prodotti D, inkluż għall-ipproċessar ta' ingredjenti importati, il-Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH ma tistax tiġi rikonoxxuta għar-Repubblika tal-Korea għal dik il-kategorija tal-prodotti skont l-Artikolu 10(2)(b) ta' dak ir-Regolament. Għalhekk, ir-rikonoxximent tal-kategorija tal-prodotti D għandu jitħassar mill-Anness IV. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza mat-termini użati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/131, “il-Korea t'Isfel” għandha tiġi sostitwita b'“ir-Repubblika tal-Korea” fir-rikonoxximenti li fadal għall-Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH.

(2)

Ir-rikonoxximent tal-Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH għall-kategoriji tal-prodotti A, D u F għall-Guinea Bissau mogħti preċedentement bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2014 (5) ma jidhirx fit-tabella fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, għalkemm ir-rikonoxximent ta' dak il-korp tal-kontroll għal dak il-pajjiż ma ġiex irtirat. Dan ir-rikonoxximent għandu għalhekk jiġi inserit mill-ġdid fl-Anness IV.

(3)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 fih ukoll żbalji b'rabta man-numri tal-kodiċijiet li għandhom jiġu kkoreġuti wkoll. In-numri tal-kodiċijiet għall-Bożnija-Ħerzegovina għall-korp tal-kontroll “Abcert AG”, għall-Kosta tal-Avorju għall-korp tal-kontroll “Istituto Certificazione Etica e Ambientale” u għall-Każakistan u l-Kirgiżistan għall-korp tal-kontroll “Organic Standard” għandhom għalhekk jiġu kkoreġuti. Fl-istess ħin huwa opportun li jiġi kkoreġut żball b'rabta man-numru tal-kodiċi għall-Kirgiżistan għall-korp tal-kontroll “Bio.inspecta AG”, magħmul fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 (6).

(4)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan.

(5)

Fl-interessi taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, dawn il-korrezzjonijiet għandhom isiru mingħajr dewmien. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, għal ċerti korrezzjonijiet magħmula b'dan ir-Regolament fir-rigward ta' żbalji fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/931, huwa xieraq li dawn japplikaw b'mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(6)

Id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1), (3), (4)(b) u (5) tal-Anness jibdew japplikaw mit-8 ta' Lulju 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 tas-17 ta' Ġunju 2015 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 151, 18.6.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-26 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 23, 29.1.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2014 tat-28 ta' Novembru 2014 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 348, 4.12.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat-8 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15).


ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

Fl-anotazzjoni dwar “Abcert AG”, fil-punt 3, ir-ringiela għall-Bożnija-Ħerżegovina tinbidel kif ġej:

“Il-Bosnija-Ħerzegovina

BA-BIO-137

x

x

—”

(2)

Fl-annotazzjoni dwar “Bio.inspecta AG”, fil-punt 3, ir-ringiela għall-Kirgiżistan tinbidel kif ġej:

“Il-Kirgiżistan

KG-BIO-161

x

x

—”

(3)

Fl-annotazzjoni dwar “Istituto Certificazione Etica e Ambientale”, fil-punt 3, ir-ringiela għall-Côte d'Ivoire tinbidel kif ġej:

“Il-Kosta tal-Avorju

CI-BIO-115

x

x

—”

(4)

Fl-annotazzjoni dwar “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela għall-Korea t'Isfel tinbidel kif ġej:

“Ir-Repubblika tal-Korea

KR-BIO-141

x

x

x

—”

(b)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“Il-Guinea-Bissau

GW-BIO-141

x

x

X”

(5)

Fl-annotazzjoni dwar “Organic Standard”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela għall-Kazakistan tinbidel kif ġej:

“Il-Każakistan

KZ-BIO-108

x

x

—”

(b)

ir-ringiela għall-Kirgiżistan tinbidel kif ġej:

“Il-Kirgiżistan

KG-BIO-108

x

x

—”


Top