EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1949

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1949 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

ĠU L 284, 30.10.2015, p. 71–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1949/oj

30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/71


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1949

tad-29 ta' Ottubru 2015

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża T-276/12, Y. Chyzh u oħrajn v. il-Kunsill  (2) ma għadx hemm raġunijiet sabiex erba' entitajiet jinżammu fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

L-informazzjoni relatata ma' ċerti persuni u entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandha tiġi aġġornata.

(4)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 hu b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(2)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Ottubru 2015. Yury Aleksandrovich Chyzh vs il-Kunsill, T-276/12, ECLI:EU:T:2015:748 (Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra tal-Każijiet).


ANNESS

I.

L-entitajiet li ġejjin għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fil-Parti B (Entitajiet) tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

8.

LLC Triple Metal Trade

10.

JV LLC Triple-Techno

18.

MSSFC Logoysk

19.

Triple-Agro ACC

II.

L-entrati għall-persuni li ġejjin li jinsabu fil-Parti A tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

4.

Alinikau Siarhei Aliaksandravich (Alinikau Siarhey Alyaksandravich) Aleinikov Sergei Aleksandrovich

АЛИНИКАЎ, Сяргей Аляксандравич

АЛEЙНИКOВ, Сергей Aлександрович

Indirizz:

Исправительное учреждение “Исправительная колония № 17” управления Департамента исполнения наказаний МВД Республики Беларусь по Могилевской области, г. Шклов, Могилевская область

Maġġur, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Tefa' pressjoni fuq priġunieri politiċi billi ċaħħadhom mid-dritt tagħhom ta' korrispondenza u laqgħat, ħareġ ordnijiet biex jiġu soġġetti għal reġim kriminali aktar strett, tiftix u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Huwa kien direttament responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni fl-2011-2012 bl-użu ta' forza eċċessiva kontrihom. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

7.

Ananich, Liliia Stanislavauna

(Ananich, Lilia Stanislavauna; Ananich, Liliya Stanislavauna)

Ananich, Liliia Stanislavovna

(Ananich, Lilia Stanislavovna; Ananich, Liliya Stanislavovna)

АНАНIЧ, Лiлiя Станiславаўна

АНАНИЧ, Лилия Станиславовна

Data tat-twelid: 1960

Post tat-twelid: Leonovo, district of Borisov, region of Minsk

ID: 4020160A013PB7

Indirizz:

220004, г. Минск, пр. Победителей, 11 Министерствo информации Belarus

Ministru tal-Informazzjoni mit-30.6.2014 'il hawn, kienet l-Ewwel Viċi Ministru tal-Informazzjoni. Sa mill-2003 kellha rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-propaganda tal-istat, li tipprovoka, tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, u billi trażżan il-libertà tal-mezzi tal-informazzjoni. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jitpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.

10.

Atabekau, Khazalbek Bakhtibekavich

Atabekov, Khazalbek Bakhtibekovich

АТАБЕКАЎ, Хазалбек Бактiбекавiч

АТАБЕКОВ, Хазалбек Баxтибекович (АТАБЕКОВ, Кхазалбек Баxтибекович)

Indirizz:

Главное Управление Командующего Внутренними Войсками

220028 г. Минск, ул.Маяковского, 97

Kurunell, Viċi Kap tad-Dipartiment tat-taħriġ fil-ġlied tat-truppi tal-Ministeru tal-Intern, eks kmandant ta' brigata speċjali ta' Truppi Interni fis-subborg ta' Uruchie, f'Minsk. Huwa kkmanda l-unità tiegħu matul it-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010 fejn sar użu eċċessiv ta' qawwa. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

11.

Badak Ala Mikalaeuna

Bodak Alla Nikolaevna

БАДАК, Ала Мiкалаеўна

БОДАК, Алла Николаевна

Data tat-twelid: 30.8.1967

Numru tal-passaport: SP0013023

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.)

Belarus

Viċi Ministru tal-Ġustizzja, inkarigata mis-superviżjoni u l-kontroll tal-Avukatura, li qabel kienet inkarigata mill-appoġġ legali għall-istituzzjonijiet li jabbozzaw atti leġislattivi u regolatorji.

Hija kienet responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-ġudikatura tal-Bjelorussja, li huma strumenti ewlenin tar-repressjoni tal-popolazzjoni, billi elaborat liġijiet li huma repressivi fir-rigward tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

12.

Bakhmatau, Ihar Andreevich

Bakhmatov, Igor Andreevich

БАХМАТАЎ, Irap Андрэевiч

БАХМАТОВ, Игорь Андреевич

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, kien resposnsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ġie riassenjat mal-forzi tar-riżerva f'Mejju 2012.

16.

Barouski Aliaksandr Genadzevich

Borovski Aleksandr Gennadievich

БАРОЎСКI, Аляксандр Генадзевiч

БОРОВСКИЙ, Александр Геннадиевич

Indirizz:

Прокуратура Октябрьского района 220039 г.Минск, ул.Авакяна, 32

Viċi Prosekutur tad-Distrett ta' Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Huwa ttratta l-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich u Vladimir Homichenko. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.

17.

Barsukou, Aliaksandr Piatrovich

Barsukov, Aleksandr Petrovich

БАРСУКОЎ, Аляксандр Пятровiч

БАРСУКОВ, Александр Петрович

Data tat-twelid: 29.4.1965

Indirizz:

Беларусь, 220007 г. Минск, переулок Добромысленский, 5

ГУВД Минского Горисполкома

Ġeneral, Kap tal-pulizija ta' Minsk. Sa mill-ħatra tiegħu bħala Kap tal-pulizija ta' Minsk fil-21 ta' Ottubru 2011, kien responsabbli, bħala kmandant, għar-repressjoni ta' madwar tużżana dimostranti paċifiċi f'Minsk, li aktar tard ġew ikkundannati għal ksur ta' liġi f'avvenimenti tal-massa. Għal diversi snin huwa kkmanda l-azzjoni tal-pulizija kontra d-dimostrazzjonijiet fit-toroq tal-oppożizzjoni.

22.

Bileichyk, Aliaksandr Uladzimiravich Bileichik, Aleksandr Vladimirovich (Bileychik, Aleksandr Vladimirovich)

БIЛЕЙЧЫК, Аляксандр Уладзiмiравiч

БИЛЕЙЧИК, Александр Владимирович

Data tat-twelid: 1964

Kien l-ewwel Viċi Ministru tal-Ġustizzja (sa Diċembru 2014), inkarigat mis-servizzi ġudizzjarji, l-istatus ċivili u s-servizzi notarili. Il-funzjonijiet tiegħu jinkludu s-superviżjoni u l-kontroll tal-Avukatura. Kellu rwol prinċipali fit-tneħħija mill-professjoni kważi sistematika tal-avukati li ddefendew priġunieri politiċi.

25.

Bulash, Ala Biukbalauna

Bulash, Alla Biukbalovna

БУЛАШ, Ала Бюкбалаўнa

БУЛАШ, Алла Бюкбаловнa

 

Eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Kastrichnitski ta' Minsk responsabbli għall-materji kriminali u eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Hija trattat il-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich, Andrei Protasenia u Vladimir Homichenko. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.

28.

Busko, Ihar Iauhenavich (Busko, Ihar Yauhenavich Busko, Igor Evgenievich (Busko, Igor Yevgenyevich)

Бусько, Irap Яўгенавiч

Бусько, Игорь Евгеньевич

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Viċi Kap tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Brest. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Brest u fil-Bjelorussja.

31.

Charkas, Tatsiana Stanislavauna

(Cherkas, Tatsiana Stanislavauna)

Cherkas, Tatiana Stanislavovna

Чаркас, (ЧЭРКАС) Таццяна Станiславаўна

Черкас, Татьяна Станиславовна

Indirizz:

Суд Партизанского района г. Минска

220027, г. Минск, ул. Семашко, 33

President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk, eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Frunzenski ta' Minsk, eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Frunzenski ta' Minsk, li qed tittratta l-kawżi tad-dimostranti Aleksandr Otroshchenkov (ikkundannat għal 4 snin priġunerija taħt kondizzjonijiet ristretti), Aleksandr Molchanov (3 snin) u Dmitri Novik (3,5 snin priġunerija taħt kondizzjonijiet ristretti). Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali politikament motivati kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

38.

Davydzka, Henadz Branislavavich

Davydko, Gennadi Bronislavovich

ДАВИДЗЬКА, Генадзь Бранiслававiч

ДАВЫДЬКО, Геннадий Брониславович

Data tat-twelid: 29.9.1955, Senno, Vitebsk region

Indirizz:

Белтеле-радиокомпания,

ул. Макаенка, 9, Минск, 220807, Беларусь

President tal-kumpannija Radio-TV tal-Istat mit-28 ta' Diċembru 2010 'il hawn. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala demokratiku awtoritarju, kien responsabbli għall-promozzjoni tal-propaganda tal-Istat fuq it-TV, li appoġġat u ġġustifikat ir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jitpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.

40.

Dysko, Henadz Iosifavich

Dysko, Gennadi Iosifovich

ДЫСКО, Генадзь Iосiфавiч

ДЫСКО, Генадий Иосифович

Data tat-twelid: 22.3.1964

Post tat-Twelid: Oshmiany, Hrodna region

Indirizz:

210601 г.Витебск, ул. Жесткова, 14а

(ul. Zhestkova, 14a Vitebsk)

Kap prosekutur tar-Reġjun ta' Vitebsk minn Ottubru 2006. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Dan jinkludi r-responsabbiltà għal kawżi kontra Siarhei Kavalenka u Andrei Haidukow.

41.

Dzemiantsei, Vasil Ivanavich (Dzemyantsey, Vasil Ivanovich)

Dementei, Vasili Ivanovich

(Dementey, Vasili Ivanovich)

ДЗЕМЯНЦЕЙ, Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ, Василий Иванович

Data tat-twelid: 20.9.1954

Post tat-Twelid: Chashniki district, Vitebsk region

ID: 3200954E045PB4

Indirizz:

Гродненская региональная таможня

230003, г. Гродно, ул. Карского, 53

Kap tal-Kumitat reġjonali tad-Dwana ta' Hrodna, (mit-22 ta' April 2011), kien l-Ewwel Viċi President tal-KGB (2005-2007), eks Viċi Kap tal-Kumitat tad-Dwana tal-Istat (2007-2011).

Huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari fl-2006 u l-2007.

42.

Dziadkou, Leanid Mikalaevich

Dedkov, Leonid Nikolaevich

ДЗЯДКОЎ, Леанiд Мiкалаевiч

ДЕДКОВ, Леонид Николаевич

Data tat-twelid: 10.1964

ID: 3271064M000PB3

Eks Viċi Kap tal-KGB (2010 sa Lulju 2013), inkarigat mill-intelligence estera. Kien responsabbli wkoll ma' oħrajn għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika.

48.

Halavanau, Viktar Ryhoravich

Golovanov, Viktor Grigorievich

ГАЛАВАНАЎ, Biктap Pыгopaвiч

ГОЛОВАНОВ, Виктор Григорьевич

Data tat-twelid: 15.12.1952, Borisov

Indirizz:

ul. Oktyabrskaya, 5

Minsk

Rettur tal-“Istitut privat tad-Dritt tal-Bjelorussja”. Bħala eks Ministru tal-Ġustizzja, is-servizzi tiegħu fasslu liġijiet li huma repressivi lejn is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Huwa wkoll ċaħad jew neħħa r-reġistrazzjoni lil NGOs u partiti politiċi u injora atti illegali mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà kontra l-popolazzjoni.

50.

Herasimenka, Henadz Anatolievich Gerasimenko, Gennadi Anatolievich

ГЕРАСIМЕНКА, Генадзь Анатольевiч

ГЕРАСИМЕНКО, Геннадий Анатольевич

Indirizz:

“Институт национальной безопасности Республики Беларусь”

220034, г.Минск, ул.З.Бядули, 2

Viċi Kap tal-Istitut tas-Sigurtà Nazzjonali (skola tal-KGB) u eks Kap tal-KGB tad-Distrett ta' Vitebsk.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Vitebsk.

54.

Hrachova, Liudmila Andreeuna

(Hrachova, Lyudmila Andreyeuna)

Gracheva, Liudmila Andreevna

(Grachova, Lyudmila Andreyevna;

Grachiova, Ludmila Andreevna)

ГРАЧОВА, Людмiла Андрэеўна

ГРАЧЕВА, Людмила Андреевна

Indirizz:

Суд Ленинского района города Минска

ул. Семашко, 33

220027, г. Минск

Eks imħallef u Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Leninski ta' Minsk. Trattat il-kawża tal-eks kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll tal-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.

55.

Hureeu Siarhei Viktaravich

(Hureyeu Siarhey Viktaravich)

Gureev Sergei Viktorovich,

(Gureyev Sergey Viktorovich)

ГУРЭЕЎ, Сяргей Biктapaвiч

ГУРЕЕВ, Сергей Викторович

 

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks Viċi Ministru tal-Intern u Kap tal-Investigazzjoni Preliminari, huwa kien responsabbli għas-soppressjoni vjolenti ta' protesti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul il-proċedimenti tal-investigazzjonijiet fir-rigward tal-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Ingħaqad mal-forzi ta' riżerva fi Frar 2012. Attwalment huwa Ġeneral fil-forzi ta' riżerva.

60.

Iaruta, Viktar Heorhevich

(Yaruta, Viktar Heorhevich) Iaruta, Viktor Gueorguievich (Yaruta, Viktor Gueorguievich)

ЯРУТА, Вiктар Георгіевіч

ЯРУТА, Виктор Георгиевич

 

Kap tal-Bord tal-KGB għall-Komunikazzjonijiet tal-Istat. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

61.

Iasianovich, Leanid Stanislavavich (Yasianovich, Leanid Stanislavavich)

Iasenovich, Leonid Stanislavovich (Yasenovich, Leonid Stanislavovich)

ЯСЯНОВIЧ, Леанiд Станiслававiч

ЯСЕНОВИЧ, Леонид Станиславович

Data tat-twelid: 26.11.1961

Post tat-Twelid: Buchani, Vitebsk district

Indirizz:

Glavnoye Upravlenie Yustitsy Mingorispolkoma

220030 Minsk

Prospekt Nezavisimosti 8

Numru tal-passaport: MP0515811

L-ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Prinċipali tal-Ġustizzja tal-Amministrazzjoni tal-Belt ta' Minsk. Eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Minsk, eks Imħallef tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Minsk. Fis-6 ta' Awwissu 2006, ikkundanna għall-ħabs lill-attivisti tas-soċjetà ċivili tal-Inizjattiva Ċivika “Sħubija” talli mmonitorjaw l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-2006. Nikolai Astreiko ġie kkundannat għal sentejn ħabs, Timofei Dranchuk għal sena, Aleksandr Shalaiko u Enira Bronitskaya għal 6 xhur. Fl-2007, 2010, 2011 u 2012, huwa kkundanna diversi attivisti għal jiem il-ħabs; partikolarment fl-20 ta' Diċembru 2010, huwa kkundanna lil Andrei Luhin, Serhey Krauchanka u Stanislau Fedorau għal 10 ijiem ħabs, u lil Volha Chernykh għal 12-il jum ħabs. Fil-21 ta' Diċembru 2010, ikkundanna lil Mykalai Dzemidenka għal 15-il jum ħabs. Fl-20 ta' Diċembru 2011, huwa kkundanna żewġ attivisti li pparteċipaw f'azzjoni marbuta mal-anniversarju tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, Vassil Parfenkau u Siarhey Pavel rispettivament għal 15 u 12-il jum ħabs.

Fis-6 ta' Settembru 2012, huwa kkundanna lil Aliaksey Tseply għal 5 ijiem ħabs għar-reżistenza allegata għal pulizija, filwaqt li kien qed iqassam gazzetta tal-oppożizzjoni f'Minsk ċentrali.

Il-mod kif mexxa l-proċessi kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

62.

Iauseev, Ihar Uladzimiravich

(Yauseev, Ihar Uladzimiravich; Yauseyev, Ihar Uladzimiravich)

Evseev, Igor Vladimirovich (Yevseev, Igor Vladimirovich; Yevseyev, Igor Vladimirovich)

ЯЎСЕЕЎ, Irap Уладзiмiравiч

ЕВСЕЕВ, Игорь Владимирович

Data tat-twelid: 1968

Indirizz:

Minsk 220073 Kalvariiskaya 29

Kap tal-Pulizija reġjonali ta' Minsk (minn Marzu jew April 2015), eks Kap tal-pulizija reġjonali ta Vitebsk, pulizija ġenerali (mill-2013). EksViċi Kap tal-Pulizija ta' Minsk u Kap tal-iskwadra ta' kontra l-irvellijiet (OMON) ta' Minsk. Kellu l-kmand tat-truppi li xejnu d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tad-19 ta' Diċembru 2010 u ħa sehem personalment fil-brutalità, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. Fl-2011, kellu l-kmand ukoll tat-truppi li rażżnu diversi protesti oħra minn attivisti politiċi u ċittadini paċifiċi f'Minsk.

63.

Ihnatovich-Mishneva, Liudmila

Ignatovich-Mishneva, Liudmila

IГНАТОВIЧ-МIШНЕВА Людмiла

ИГНАТОВИЧ- МИШНЕВА Людмила

 

Prosekutur f'Minsk li fl-2011 kienet involuta fiċ-ċaħda tal-appell kontra s-sentenza ta' Dmitri Dashkevich u Eduard Lobov, attivisti tal-Molodoi Front (Front taż-Żgħażagħ). Il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

66.

Kachanau Uladzimir Uladzimiravich Kachanov Vladimir Vladimirovich

КАЧАНАУ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

КАЧАНОВ, Владимир Владимирович

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.)

Belarus

Ajjutant/Konsulent għall-Ministru tal-Ġustizzja. Bħala l-ajjutant għall-Ministru tal-Ġustizzja, huwa kien responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-ġudikatura tal-Bjelorussja, billi elabora liġijiet li huma repressivi għas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, issorvelja l-ħidma tal-imħallfin u l-prosekuturi, caħad jew neħħa r-reġistrazzjoni għal NGOs u partiti politiċi, ħa deċiżjonijiet kontra avukati li jiddefendu l-priġunieri politiċi, kif ukoll injora deliberatament l-atti illegali mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà kontra l-popolazzjoni.

67.

Kadzin, Raman Viktaravich

Kadin, Roman Viktorovich

КАДЗIН, Раман Вiктаравiч

КАДИН, Роман Викторович

Data tat-twelid: 17.7.1977

Present passport: MP3260350

Uffiċjal Kmandant tal-Provvista Teknika u tal-Armi tas-Servizz tal-Għassa Motorizzata.

Fi Frar 2011, huwa rċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu u l-implimentazzjoni tal-ordnijiet matul ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010.

68.

Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich

(Kakunin, Aliaxandr Aliaxandravich)

Kakunin, Aleksandr Aleksandravich

(Kakunin, Alexandr Alexandrovich)

КАКУНИН Александр Александрович

КАКУНІН Аляксандр, Аляксандровіч

Indirizz:

Исправительная колония № 2

213800, г. Бобруйск, ул. Сикорского, 1

Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk, responsabbli għat-trattament inuman tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, imċaħħda mill-aċċess għall-avukati u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-superviżjoni tiegħu. Kakunin għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

69.

Kalach, Uladzimir Viktaravich

Kalach, Vladimir Viktorovich

КАЛАЧ, Уладзiмiр Вiктаравiч

КАЛАЧ, Владимир Викторович

 

Kap tal-KGB tar-reġjun u l-belt ta' Minsk u eks Viċi Kap tal-KGB għal Minsk. Responsabbli għall-attività repressiva tas-soċjetà ċivili tal-KGB u l-oppożizzjoni demokratika f'Minsk.

73.

Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich

Konoplev, Vladimir Nikolaevich

КАНАПЛЕЎ, Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ, Владимир Николаевич

Data tat-twelid: 3.1.1954

Post tat-Twelid: Akulintsi, Mohilev region

ID: 3030154A124PB9

Indirizz:

220114, Filimonova Str., 55/2, Minsk, Belarus

Huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-President Lukashenka li miegħu ħadem mill-qrib matul is-snin tmenin u l-aktar fis-snin disgħin. Viċi Kap tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali (Il-Kap huwa Alexandr Lukashenka). Kap tal-Federazzjoni tal-Handball, elett mill-ġdid fl-2014. Eks President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament. Kien wieħed mill-atturi ewlenin fl-elezzjoni presidenzjali frodulenti fl-2006.

80.

Kazheunikau Andrey Kozhevnikov Andrey

КАЖЭЎНIКАЎ, Андрэйу

КОЖЕВНИКОВ, Андрей

 

Kap tal-Kumitat Investigattiv tad-distrett ta' Oktiabrsky ta' Minsk, Eks prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-eks kandidati presidenzjali Vladimir Neklyaev, Vitaly Rimashevsky, il-membri tat-tim tal-kampanja ta' Neklyaev, Andrei Dmitriev, Aleksandr Feduta u Sergei Vozniak, kif ukoll il-Viċi President tal-Front taż-Żgħażagħ, Anastasia Polozhanka. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet tikser b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.

83.

Kharyton, Aliaksandr Khariton, Aleksandr

ХАРЫТОН, Аляксандр

ХАРИТОН, Александр

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.)

Belarus

Konsulent Anzjan tad-Diviżjoni tal-Organizzazzjonijiet Soċjali, Partiti u NGOs tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Ilu jieħu attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-2001, billi personalment ċaħad li jirreġistra NGOs u partiti politiċi, li f'bosta każi wassal biex jiġu aboliti.

89.

Kisialiou, Anatol Siamionavich

Kiselev, Anatoli Semenovich

(Kiselyov, Anatoli Semyonovich)

КИСЯЛЕЎ, Анатоль Сяменавiч

КИСЕЛЕВ, Анатолий Семенович

Indirizz:

Брестский областной комитет профсоюза работников государственных учреждений

224005, г. Брест,

ул. К. Маркса, 19

EksKap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali fir-reġjun ta' Brest għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010. Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali fir-reġjun ta' Brest għall-elezzjonijiet lokali f'Marzu 2014. Kap tal-organizzazzjoni ta' trade unions reġjonali favur-ir-reġim. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għal falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Brest.

94.

Kornau, Uladzimir Uladzimiravich

Kornov, Vladimir Vladimirovich

КОРНАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

КОРНОВ, Владимир Владимирович

Indirizz:

Суд Советского района г. Минска

220113, г. Минск, Логойский тракт, 3

Kap tal-Qorti Distrettwali ta' Sovetski ta' Minsk, eks Imħallef fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk li awtorizza ċ-ċaħda tal-appell ta' Byalyatski. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' għajnuna lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

95.

Korzh, Ivan Aliakseevich

Korzh, Ivan Alekseevich

КОРЖ, Iван Аляксеевiч

КОРЖ, Иван Алексеевич

Indirizz:

KGB Training Centre Бядули 2, 220034, Минск

Maġġur Ġeneral, maħtur bħala l-Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Hrodna.

101.

Kryshtapovich, Leu Eustafievich

(Kryshtapovich, Leu Yeustafievich)

Krishtapovich, Lev Evstafievich

(Krishtapovich, Lev Yevstafievich)

КРЫШТАПОВIЧ, Леў Еўстафьевiч

КРИШТАПОВИЧ, Лев Евстафьевич

Data tat-twelid: 1949

Post tat-Twelid: Pekalin, Smolevichi district, Minsk region

Indirizz:

Научно-исследовательский отдел Белорусского государственного университета культуры

Minsk

Kap tad-Dipartiment tar-Riċerka Xjentifika tal-Università tal-Kultura u l-Arti tal-Istat (minn Settembru 2014). Eks Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Informazzjoni u l-Analiżi tal-Amministrazzjoni tal-President li jaġixxi bħala wieħed mill-għejun prinċipali tal-propaganda tal-istat, li jappoġġa u jiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

104.

Kuliashou, Anatol Nilavich

Kuleshov, Anatoli Nilovich

КУЛЯШОЎ, Анатоль Нiлавiч

КУЛЕШОВ, Анатолий Нилович

Data tat-twelid: 25.7.1959

Post tat-Twelid: Ali-Bairamly, Azerbaijan

ID: 3250759A066PB3

Indirizz:

220030 Minsk, K. Marx st. 3

Konsulent fid-Dipartiment għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u d-drogi, il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza u sfidi u theddidiet ġodda għall-Kumitat Eżekuttiv tas-CIS. Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala Ministru tal-Intern ikkmanda t-truppi tal-Ministeru tal-Intern li wettqu repressjoni brutali tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010 u wera li kien kburi minn din ir-responsabbiltà. Assenjat mal-forzi ta' riżerva tal-armata f'Jannar 2012.

105.

Kuzniatsou, Ihar Nikonavich

Kuznetsov, Igor Nikonovich

КУЗНЯЦОЎ, Irap Нiконaвiч

КУЗНЕЦОВ, Игорь Никонович

 

Maġġur Ġeneral, eks Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, eks Kap tal-KGB fir-reġjun ta' Minsk u fil-belt ta' Minsk, mibgħut fil-forzi ta' riżerva. Bħala l-persuna responsabbli għat-tħejjija u t-taħriġ tal-persunal tal-KGB, huwa kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fir-rigward tal-funzjonijiet preċedenti tiegħu, huwa kien responsabbli għall-istess attività repressiva tal-KGB fil-belt ta' Minsk u fir-reġjun ta' Minsk.

110.

Laptsionak, Ihar Mikalaevich

Laptionok, Igor Nikolaevich

ЛАПЦЕНАК, Irap Мiкалаевiч

ЛАПТЕНОК, Игорь Николаевич

Data tat-twelid: 31.8.1947,

Post tat-Twelid: Minsk

Indirizz:

220034, г. Минск, ул. Фрунзе, 5

Membru tal-Bord tal-Għaqda tal-Kittieba li hija favur ir-reġim. Responsabbli għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tat-tixrid ta' informazzjoni falsifikata permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni kkontrollati mill-Istat. Bħala eks Viċi Ministru tal-Informazzjoni kellu rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-propaganda tal-istat li tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili tpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju bl-użu ta' informazzjoni falsifikata u li mhix vera.

112.

Lazavik, Mikalai Ivanavich Lozovik, Nikolai Ivanovich

ЛАЗАВIК, Мiкалай Iванавiч

ЛОЗОВИК Николай Иванович

Data tat-twelid: 18.1.1951

Nevinyany, Minsk region (Невинянн Вилейского р-на Минской обл)

ID: 3180151H004PB2

Indirizz:

220010, г.Минск, ул.Советская, 11

Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Bjelorussja.

Mis-sena 2000 kien wieħed mill-atturi ewlenin involuti fil-falsifikazzjonijiet f'elezzjonijiet u referenda frodulenti, b'mod partikolari fl-2004, l-2006, l-2008, l-2010, l-2012, l-2014.

113.

Lemiashonak, Anatol Ivanavich

Lemeshenok, Anatoli Ivanovich

ЛЕМЯШОНАК, Анатоль Iванавiч

ЛЕМЕШЕНОК, Анатолий Иванович

Data tat-twelid: 14.5.1947

Indirizz:

220013, г. Минск, ул. Б. Хмельницкого 10а

President tal-Unjoni Bjelorussa tal-Ġurnalisti li hija favur ir-reġim. Kap Editur ta' “Respublika”, gazzetta tal-Kunsill tal-Ministri. Fil-pożizzjoni tiegħu huwa wieħed mill-aktar membri li jinstema' u influwenti tal-magna ta' propaganda tal-Istat fil-midja stampata. Huwa appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, li huma sistematikament deskritti b'mod negattiv u derogatorju bl-użu ta' informazzjoni falsifikata, partikolarment wara l-elezzjonijiet presidenzjali fl-2010.

116.

Liushtyk, Siarhei Anatolievich

(Lyushtyk, Siarhey Anatolyevich)

Liushtyk, Sergei Anatolievich

(Lyushtyk, Sergey Anatolyevich)

ЛЮШТЫК, Сяргей Анатольевiч

ЛЮШТЫК, Сергей Анатольевич

Indirizz:

Суд Первомайского района г. Минска

220012, г. Минск, ул. Толбухина, 9

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaiski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immulta jew ikkundanna lir-rappreżentanti li ġejjin tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom: a) 2011.7.14, Struy Vitali, 10 unitajiet bażi ta' kuljum (35 000  BLR); b) 2011.7.4, Shalamitski Paval, 10 ijiem ħabs; c) 2010.12.20, Sikirytskaya Tatsyana, 10 ijiem ħabs; d) 2010.12.20, Dranchuk Yuliya, 13-il jum ħabs; e) 2010.12.20, Lapko Mikalay, 12-il jum ħabs; f) 2010.12.20, Pramatoraw Vadzim, 12-il jum ħabs.

Impona ripetutament sentenzi ta' ħabs u multi kbar kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u, b'riżultat ta' dan, kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja. Fl-24 ta' Lulju 2012, anki wara l-inklużjoni tiegħu fuq il-lista ta' sanzjonijiet, huwa mmulta għal ħuliganiżmu doluż lill-attivist tal-oppożizzjoni, Andrej Molchan, li ġie msawwat severament minn żewġ pulizija.

117.

Lomats, Zianon Kuzmich

Lomat, Zenon Kuzmich

ЛОМАЦЬ, Зянон Кузьмiч

ЛОМАТЬ, Зенон Кузьмич

Data tat-twelid: 27.1.1944, Karabani, Minsk region

Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala President tal-Kumitat għall-Kontroll mill-Istat (sat-28 ta' Diċembru 2010) kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fil-każ ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri mill-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

118.

Lapatka, Aliaksandr Aliaksandravich

(Lapatka, Aliaxandr Aliaxandravich)

Lopatko, Aleksandr Aleksandrovich

(Lopatko, Alexandr Alexandrovich)

ЛОПАТКО Александр Александрович

ЛАПАТКА Аляксандр Аляксандровіч

Indirizz:

Исправительная колония № 9

213410, г. Горки, ул. Добролюбова, 16

Kap tal-kolonja penali IK-9 f'Horki, responsabbli għat-trattament inuman ta' D. Dashkevich, li jinkludi torturi u ċaħda tal-aċċess għal rappreżentanti legali. Lopatko kellu pożizzjoni ewlenija fil-kolonja penali fejn inżamm Dashekevich u fejn ġiet applikata pressjoni psikoloġika, inkluża ċ-ċaħda ta' irqad u l-iżolament, fuq il-priġunieri politiċi inkluż is-Sur Dashekevich.

119.

Lukashenka, Aliaksandr Ryhoravich Lukashenko, Aleksandr Grigorievich

ЛУКАШЭНКА, Аляксандр Pыгopaвiч

ЛУКАШЕНКО, Александр Григорьевич

Data tat-twelid: 30.8.1954

Post tat-Twelid: Kopys, Vitebsk district

Indirizz:

Резиденция Президента Республики Беларусь

г. Минск, ул.Кирова, д. 43

President tar-Repubblika tal-Bjelorussja.

121.

Lukashenka, Viktar Aliaksandravich

Lukashenko, Viktor Aleksandrovich

ЛУКАШЭНКА, Biктap Аляксандравiч

ЛУКАШЕНКО, Виктор Александрович

Data tat-twelid: 28.11.1975

Indirizz:

Администрация президента Республики Беларусь

220016, Минск, Маркса 38

Assistent/Ajjutant tal-President f'Affarijiet ta' Sigurtà Nazzjonali. F'Mejju 2013, inħatar kosuperviżur tal-Kummissjoni Bjelorussa-Russa dwar l-Esportazzjoni tal-Potaxx minn missieru. Bħala wieħed mill-eqreb kollaboraturi tiegħu, kellu rwol ċentrali fil-miżuri repressivi implimentati kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. Bħala membru ewlieni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Istat, kien responsabbli għall-koordinazzjoni ta' miżuri repressivi kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari fir-repressjoni vjolenti tad-dimostrazzjoni tad-19 ta' Diċembru 2010.

122.

Lukomski, Aliaksandr Valiantsinavich Lukomski, Aleksandr Valentinovich

ЛУКОМСКI, Аляксандр Валянцiнавiч

ЛУКОМСКИЙ, Александр Валентинович

Data tat-twelid: 12.8.1971

ID: 3120871A074PB7

Kmandant tar-Riġment Speċjali tal-Ministeru tal-Intern tal-Belt ta' Minsk.

Huwa kkmanda t-truppi li rażżnu dimostrazzjoni paċifika fid-19 ta' Diċembru 2010, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. F'Ġunju 2011, ikkmanda wkoll truppi li wettqu repressjoni fuq ċittadini paċifiċi f'Minsk. Fis-7 ta' Mejju 2014, ir-riġment taħt il-kmand tiegħu rċieva bandiera speċjali ta' rikonoxximent mill-Ministeru tal-Affarijiet Interni.

124.

Makei, Uladzimir Uladzimiravich

(Makey, Uladzimir Uladzimiravich)

Makei, Vladimir Vladimirovich

(Makey, Vladimir Vladimirovich)

МАКЕЙ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

МАКЕЙ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 5.8.1958,

Hrodna region

ID: 3050858A060PB5

Indirizz:

Ministry of Foreign Affairs

ул.Ленина, 19, Минск 220030

Ministru tal-Affarijiet Barranin, eks Kap tal-Amministrazzjoni tal-President.

Bħala Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, kien meqjus it-tieni l-aktar persuna b'saħħitha fir-reġim u, bħala tali, kien responsabbli għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet frodulenti fl-2008 u l-2010 u għar-repressjoni sussegwenti ta' dimostranti paċifiċi.

127.

Maslakou, Valery Anatolievich

Maslakov, Valeri Anatolievich

МАСЛАКОЎ, Валерый Анатольевiч

МАСЛАКОВ, Валерий Анатольевич

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tal-Bord tal-KGB tal-kontrospjunaġġ militari. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

133.

Miklashevich, Piotr Piatrovich Miklashevich, Petr Petrovich

МIКЛАШЭВIЧ, Пётр Пятровiч

МИКЛАШЕВИЧ, Петр Петрович

Data tat-twelid: 18.10.1954

Post tat-Twelid: Kosuta, Minsk region

Indirizz:

ul. Gvardeiskaya, 16-17

Kap tal-Qorti Kostituzzjonali u eks Prosekutur Ġenerali attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fil-kapaċità preċedenti tiegħu, kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili, mill-2004 sal-2008. Sa mill-ħatra tiegħu fil-Qorti Kostituzzjonali fl-2008, implimenta fedelment il-politika repressiva tar-reġim u vvalida liġijiet repressivi anke meta dawn kienu jiksru l-kostituzzjoni.

135.

Morozau, Viktar Mikalaevich

Morozov, Viktor Nikolaevich

МАРОЗАЎ, Biктap Мiкалаевiч

МОРОЗОВ, Виктор Николаевич

Indirizz:

Прокуратурa Гродненской области

г.Гродно, 230012, ул.Доватора, 2а

Prosekutur tar-reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

136.

Motyl, Tatsiana Iaraslavauna

(Motyl, Tatsiana Yaraslavauna)

Motyl, Tatiana Iaroslavovna (Motyl, Tatyana Yaroslavovna)

МОТЫЛЬ, Таццяна Яраславаўна

МОТЫЛЬ, Татьяна Ярославовна

Indirizz:

Суд Московского района г. Минска

220042, г. Минск, Проспект газеты “Правда”, 27

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-belt ta' Minsk.

Kienet direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-10 ta' Jannar 2011, hija kkundannat lill-attivist tal-Front taż-Żgħażagħ Yulian Misiukevich għal 12-il jum ħabs, u fil-21 ta' Jannar 2011 u fil-31 ta' Jannar 2011 rispettivament, hija kkundannat lill-attivist politiku, Usevalad Shasharin, u lill-attivist tas-soċjetà ċivili, Tsimafei Atranschankau, għal 9 ijiem ħabs kull wieħed.

Hija kkundannat ukoll fis-27 ta' Diċembru 2010 u fl-20 ta' Jannar 2011 rispettivament, lid-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Mikhail Matskevich għal 10 ijiem ħabs u lill-attivist tas-soċjetà ċivili Valer Siadou għal 12-il jum ħabs għall-parteċipazzjoni tagħhom f'azzjoni b'appoġġ għall-priġunieri politiċi. Hija kienet ukoll direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tal-attivisti tas-soċjetà ċivili fl-2011. Fl-4 u fis-7 ta' Lulju 2011, hija kkundannat lil Anton Glinisty u Andrei Ignatchyk għal 10 ijiem ħabs. Hija kienet ukoll direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tal-attivisti politiċi fl-2012.

Fit-22 ta' Frar 2012, hija kkundannat lill-attivist politiku prominenti Pavel Vinagradu għal 10 ijiem ħabs, li fuqu hija imponiet, fl-10 ta' April 2012, superviżjoni preventiva tal-pulizija għal sentejn. Fit-23 ta' Marzu 2012, hija kkundannat lill-attivisti politiċi Mikhas Kostka u Anastasia Shuleika għal “Revoluzzjoni permezz tan-netwerks soċjali” għal 5 ijiem ħabs.

Fil-21 ta' April 2012, hija reġgħet ikkundannat lil din tal-aħħar għal 10 ijiem ħabs.

Fl-24, il-25 u s-26 ta' Mejju 2012, hija kkundannat lill-attivisti tal-Front taż-Żgħażagħ Uladzimir Yaromenak, Zmitser Kremenetski u Raman Vasiliev għal 10 ijiem, 10 ijiem u 12-il jum ħabs rispettivament.

Fit-22 ta' Ġunju 2012, hija kkundannat lill-ġurnalist tal-Euroradio Paval Sverdlou għal 15-il jum ħabs. Fit-18 ta' Lulju 2012, hija kkundannat lill-attivista Katsiarina Halitskaya għal 10 ijiem ħabs. Fit-8 u d-9 ta' Novembru 2012, hija reġgħet ikkundannat lill-attivisti tal-Front taż-Żgħażagħ, Uladzimir Yaromenak u Raman Vasiliev għal 15-il jum ħabs. Fis-7 ta' Mejju 2013, hija kkundannat lill-attivist Aliaksandr Yarashevich għal 12-il jum ħabs. Il-mod kif mexxiet il-proċessi kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija aċċettat l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi li ma kinux rilevanti għall-akkużati. Fis-6 ta' Awwissu 2014 hija kkundannat lill-attivist Oleg Korol għal 10 ijiem detenzjoni amministrattiva mingħajr ma tagħtu ċ-ċans li jitkellem quddiem il-qorti; minflok hija ddikjarat: “Naf li inti tammetti l-ħtija tiegħek”.

137.

Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

Naumov, Vladimir Vladimirovich

НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

НАУМОВ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 7.2.1956,

Post tat-Twelid: Smolensk (Russia)

Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll ex-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa.

Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni “Għall-Mertu” grad III mill-President Lukashenka.

142.

Padabed, Iury Mikalaevich

(Padabed, Yury Mikalaevich)

Podobed, Iuri Nikolaevich

(Podobed, Yuri Nikolaevich)

ПАДАБЕД, Юрый Мiкалаевiч

ПОДОБЕД, Юрий Николаевич

Data tat-twelid: 5.3.1962,

Post tat-Twelid: Slutsk (Minsk Region)

Indirizz:

ul. Beruta, 15-62 (2 korp)

ID: 3050362A050PB2

Passport: MP2272582

Kap tas-servizz tas-sigurtà tal-kumpannija holding Triple ta' Yuri Chizh, eks Kap tal-Unità għal Skopijiet Speċjali fil-Ministeru tal-Intern. Bħala kmandant tat-truppi interni kontra l-irvellijiet kien responsabbli u involut direttament fir-repressjoni vjolenti ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi, b'mod partikolari fl-2004 u l-2008.

148.

Piakarski, Aleh Anatolievich

Pekarski, Oleg Anatolievich

ПЯКАРСКI, Алег Анатольевiч

ПЕКАРСКИЙ, Олег Анатольевич

ID: 3130564A041PB9

Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala l-ewwel Viċi Ministru tal-Intern (sa Diċembru 2012), kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Kurunell fil-forzi ta' riżerva.

152.

Praliaskouski, Aleh Vitoldavich Proleskovski, Oleg Vitoldovich (Proleskovsky, Oleg Vitoldovich)

ПРАЛЯСКОЎСКI, Алег Вiтольдавiч

ПРОЛЕСКОВСКИЙ, Олег Витольдович

Data tat-twelid: 1.10.1963

Post tat-Twelid: Zagorsk

(Sergijev Posad/ Russia)

Eks Ministru tal-Informazzjoni (ħalla l-kariga f'Ġunju 2014), eks Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, eks Kap tad-Direttorat Ġenerali għall-Ideoloġija fl-Amministrazzjoni tal-President, ex-Direttur taċ-Ċentru tal-Analiżi u l-Informazzjoni fl-Amministrazzjoni tal-President.

Kien wieħed mill-għejun u l-ilħna ewlenin tal-propaganda tal-Istat u tal-appoġġ ideoloġiku għar-reġim. Ingħata promozzjoni għall-pożizzjoni ta' Ministru, u minn dakinhar kompla jleħħen propaganda u appoġġ favur l-atti tar-reġim fil-konfront tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

156.

Radzkou, Aliaksandr Mikhailavich

Radkov, Aleksandr Mikhailovich

РАДЗЬКОЎ, Аляксандр Мiхайлавiч

РАДЬКОВ, Александр Михайлович

Data tat-twelid: 1.7.1951

Post tat-Twelid: Votnia, Mohilev region

ID: 3010751M102PB0

Eks Konsulent tal-President Lukashenka (mit-18 ta' Mejju 2015), kien l-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, eks Ministru tal-Edukazzjoni.

Għalaq l-Università tal-Umanità Ewropea, ordna r-repressjoni tal-istudenti tal-oppożizzjoni, u organizza lill-istudenti biex iġiegħlhom jivvutaw għar-reġim. Huwa kellu rwol attiv fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet frodulenti fl-2008, l-2010 u l-2012, u fir-repressjoni sussegwenti ta' dimostranti paċifiċi fl-2008 u l-2010. Huwa qrib ħafna tal-President Lukashenka. Huwa l-Kap ta' Belaya Rus, l-organizzazzjoni ideoloġika u politika ewlenija tar-reġim.

161.

Rusak, Viktar Uladzimiravich

Rusak, Viktor Vladimirovich

РУСАК, Вiктар Уладзiмiравiч

РУСАК, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 4.5.1955

Post tat-Twelid: Minsk

Indirizz:

Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь

220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11

Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi President tal-Kumitat Permanenti għas-Sigurtà Nazzjonali, Viċi Kap tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali. Eks Kap tal-Bord tal-KGB għas-Sigurtà Ekonomika.

Kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

163.

Saikouski Valeri Yosifavich

Saikovski Valeri Yosifovich

САЙКОЎСКI, Валерый Iосiфавiч

САЙКОВСКИЙ, Валерий Иосифович

Data tat-twelid: 1977

Indirizz:

220035 Minsk, ul. Saperov. 7

Maħtur Viċi Kap tad-Diviżjoni ta' Minsk tal-Kumitat tal-Investigazzjoni f'Jannar 2012. Bħala Prosekutur Pubbliku tad-Distrett Pervomaiski ta' Minsk, huwa ttratta l-proċess ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru Bjelorussu HR “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. L-akkuża ppreżentata mill-prosekutur fil-proċess kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kissret b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' għajnuna lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

166.

Sauko, Valery Iosifavich

Savko, Valeri Iosifovich

САЎКО, Валерый Iосiфавiч

САВКО, Валерий Иосифович

Indirizz:

230023 Hrodna,

vul. Ozheshko, 1

Kap tal-fergħa Hrodna tat-trade union favur ir-reġim. Eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (KER) tar-Reġjun ta' Hrodna għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010 u l-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għall-falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Hrodna.

167.

Shaeu, Valiantsin Piatrovich

(Shayeu, Valyantsin Piatrovich)

Shaev, Valentin Petrovich (Shayev, Valentin Petrovich)

ШАЕЎ Валянцiн Пятровiч

ШАЕВ, Валентин Петрович

Indirizz:

220034 Minsk, vul. Frunze, 19

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Viċi Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Prosekutur tar-reġjun ta' Homel. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

168.

Shahrai, Ryta Piatrouna

Shagrai, Rita Petrovna

ШАГРАЙ, Рнта Пятроўна

ШАГРАЙ, Рита Петровна

Indirizz:

Суд Заводского района г. Минска

220107, г. Минск, пр. Партизанский, 75А

President tal-Qorti Distrettwali ta' Zavodskoy tal-belt ta' Minsk (mill-2014), eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski tal-belt ta' Minsk, eks Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Oktiabrski tal-belt ta' Minsk.

Kienet direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-20 ta' Diċembru 2010, hija kkundannat lill-attivisti tas-soċjetà ċivili Ales Sobal, Maksim Hrishel u Kastantsin Chufistau, għal 10 ijiem ħabs u lil Siarhei Kardymon għal 15-il jum ħabs. Fis-7 ta' Lulju 2011, hija kkundannat lill-attivist Artur Zauharodny għal 13-il jum ħabs. Fit-12 ta' Ottubru 2012, hija kkundannat lill-attivisti Aleh Korban u Uladzimir Siarheeu għal 5 ijiem ħabs. Il-mod kif mexxiet il-proċessi kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.

169.

Shamionau Vadzim Iharavich Shamenov Vadim Igorevich (Shamyonov Vadim Igorevich)

ШАМЁНАЎ, Вадзiм Iгаравiч

ШАМЁНОВ, Вадим Игоревич

Indirizz:

Исправительная колония № 17

213004, г. Шклов, ул. 1-я Заводская д. 8

Kaptan, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Tefa' pressjoni fuq il-priġunieri politiċi, ċaħħadhom mid-dritt tagħhom ta' korrispondenza, u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Direttament responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

173.

Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich) Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich)

ШЭЙМАН, Biктap Уладзiмiравiч

ШЕЙМАН, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 26.5.1958,

Post tat-Twelid: Hrodna region

Indirizz:

Управлениe Делами Президента

ул. К.Маркса, 38

220016, г. Минск

Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.

174.

Shastakou, Iury Valerievich

(Shastakou, Yury Valerievich)

Shestakov, Iuri Valerievich

(Shestakov, Yuri Valerievich)

ШАСТАКОЎ, Юрый Валер'евiч

ШЕСТАКОВ, Юрий Валерьевич

Indirizz:

Суд Московского района г. Минска

220042, г. Минск, Проспект газеты “Правда”, 27

Imħallef u Viċi President fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-belt ta' Minsk.

Huwa kien direttament involut fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-20 u s-27 ta' Diċembru 2010, huwa kkundanna lill-attivisti tas-soċjetà ċivili Illya Vasilievich, Nadzeya Chayukhova, Tatsiana Radzetskaya, Siarhei Kanapatski u Volha Damarad għal 10 ijiem ħabs. Fl-20 ta' Diċembru 2011 huwa kkundanna lill-attivist Siarhei Kanapatski għall-kommemorazzjoni tar-repressjoni fid-19 ta' Diċembru 2010. Il-mod kif mexxa l-proċessi kien kiser b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Appoġġa l-użu ta' evidenza u xhieda li ma kellhiex rilevanza għall-akkużat.

175.

Shuhaeu, Siarhei Mikhailavich

(Shuhayeu, Siarhei Mikhailavich)

Shugaev, Sergei Mikhailovich

(Shugayev, Sergey Mikhailovich))

ШУГАЕЎ, Сяргей Михайлaвiч

ШУГАЕВ, Сергей Михайлович

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tad-Diviżjoni ta' Kontrospjunaġġ tal-KGB u kien Viċi Kap tal-Bord ta' Kontrospjunaġġ Militari tal-KGB. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

177.

Shykarou, Uladzislau Aleksandravich

Shikarov, Vladislav Aleksandrovich

ШЫКАРОЎ, Уладiзлаў Александравiч

ШИКАРОВ, Владислав Александрович

Indirizz:

Суд Железнодорожного района города Витебска

210001, г. Витебск, ул. Кирова,16

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Zheleznodorozhny ta' Vitebsk. Huwa kkundanna diversi dimostranti matul il-proċess ta' appell, minkejja l-fatt li huma ma kinux instabu ħatja mill-Qorti tal-Prim'Istanza. Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali motivati politikament kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inkluż l-attivist politiku Siarhei Kavalenka.

179.

Siankevich, Eduard Aliaksandravich

Senkevich, Eduard Aleksandrovich

СЯНЬКЕВIЧ, Эдуард Аляксандравiч

СЕНЬКЕВИЧ, Эдуард Александрович

Data tat-twelid: 15.4.1952

Post tat-Twelid: Slonim, Hrodna region

Indirizz:

Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь

220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11

Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi Kap tal-Kumitat Permanenti dwar il-Liġi, kien Prosekutur tar-Reġjun ta' Mohilev. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

180.

Siarheenka, Ihar Piatrovich

Sergeenko, Igor Petrovich

(Sergeyenko, Igor Petrovich)

СЯРГЕЕНКА, Iгар Пятровiч

СЕРГЕЕНКО, Игорь Петрович

Data tat-twelid: 14.1.1963

Post tat-Twelid: Stolitsa, Vitebsk region

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

L-ewwel Viċi Kap tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Mohilev. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Mohilev u fil-Bjelorussja.

184.

Sirenka, Viktar Ivanavich

Sirenko, Viktor Ivanovich

CIРЭНКА, Biктap Iванавiч

СИРЕНКО, Виктор Иванович

Data tat-twelid: 4.3.1962

Post tat-Twelid: Borisov, Minsk region

ID: 3040362B062PB7

Numru tal-passaport: MP2249974 (issued on 30.3.2007)

Indirizz:

ул. Лобанка, 81, кв. 19, 220000, г. Минск

Viċi Gvernatur tar-reġjun ta' Minsk (minn Jannar 2015), eks Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk u eks Kap Kirurgu tal-Isptar tal-Emerġenza ta' Minsk. Huwa ma opponiex il-ħtif tal-kandidat presidenzjali Nekliayev, li kien ittrasportat lejn l-isptar tiegħu wara li safa' msawwat severament fid-19 ta' Diċembru 2010 u, billi naqas li jsejjaħ lill-pulizija, ikkoopera mal-awturi mhux magħrufa. Dan in-nuqqas ta' azzjoni wassal għall-promozzjoni. Bħala Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk huwa kien responsabbli għas-superviżjoni tal-użu ta' istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa għall-ħaddiema fis-soppressjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

187.

Slizheuski, Aleh Leanidavich

Slizhevski, Oleg Leonidovich

СЛIЖЭЎСКI, Алег Леанідавіч

СЛИЖЕВСКИЙ, Олег Леонидович

Data tat-twelid: 16.8.1972

Post tat-Twelid: Hrodna

Indirizz:

220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.) 220004 Minsk

Belarus

Ministru tal-Ġustizzja, Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC); u kien Kap tad-Diviżjoni tal-Organizzazzjonijiet soċjali u l-partiti politiċi fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Bħala Membru taċ-CEC, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali li seħħew fl-elezzjonijiet sa mill-2007. Bil-pożizzjonijiet tiegħu fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-kontroll li jeżerċita fuq il-ġudikatura, ħa sehem attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, billi ċaħad ir-reġistrazzjoni ta' NGOs u partiti politiċi, li f'bosta każi wassal biex jiġu aboliti.

188.

Smalenski, Mikalai Zinouevich

Smolenski, Nikolai Zinovievich

СМАЛЕНСКI, Мiкалай 3iноўeвiч

СМОЛЕНСКИЙ, Николай Зиновьевич

 

Viċi Kap taċ-Ċentru tal-Antiterroriżmu CIS u kien Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tal-kompiti tagħhom. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

196.

Talstashou, Aliaksandr Alehavich

Tolstashov, Aleksandr Olegovich

ТАЛСТАШОЎ, Аляксандр Алегавiч

ТОЛСТАШОВ, Александр Олегович

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tal-Bord tal-KGB għall-Protezzjoni tal-Ordni Kostituzzjonali u l-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

201.

Traulka Pavel

Traulko Pavel

ТРАУЛЬКА, Павел

ТРАУЛЬКО, Павел

Indirizz:

220034, г. Минск, ул. Фрунзе, 5

Logutenent Kurunell, li kien operattiv tal-kontrospjunaġġ militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja). Huwa ffalsifika provi kontra attivisti tal-oppożizzjoni u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħandhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti u għaċ-ċaħda tad-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

202.

Trutka, Iury Igorevich

(Trutka, Yury Igorevich)

Trutko, Iury (Yurij, Yuri) Igorevich

ТРУТКA, Юрый Iгаравич

ТРУТКО, Юрий Игоревич

Indirizz:

Исправительная колония № 2

213800, г. Бобруйск, ул. Сикорского, 1

Ul. Sikorskogo 1

213800 Bobruisk

Viċi Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk, responsabbli għat-trattament inuman u krudili tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, miċħuda l-aċċess għal rappreżentazzjoni legali u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-sorveljanza tiegħu. Trutko għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

204.

Tsertsel, Ivan Stanislavavich

Tertel, Ivan Stanislavovich

ЦЕРЦЕЛЬ, Iван Станiслававiч

ТЕРТЕЛЬ, Иван Станиславович

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-kriminalità ekonomika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

207.

Tushynski Ihar Heraninavich

Tushinski Igor Geroninovich

ТУШЫНСКИЙ, Irap Геранiнавiч

ТУШИНСКИЙ, Игорь Геронинович

Indirizz:

220004, г. Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции

(10 Kollektornaya str.) 220004 Minsk

Belarus

Viċi Ministru tal-Ġustizzja inkarigat mill-appoġġ legali għall-istituzzjonijiet li jabbozzaw attivi leġislattivi u regolatorji dwar kwistjonijiet ekonomiċi u inkarigat mir-reġistrazzjoni tal-entitajiet legali.

Huwa responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-ġudikatura tal-Bjelorussja, li huma strumenti ewlenin tar-repressjoni tal-popolazzjoni, billi jimponi l-propaganda tal-istat fuq il-ġudikatura, li tipprovoka, u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili, billi jiċħad jew ineħħi r-reġistrazzjoni għal NGOs u partiti politiċi.

209.

Utsiuryn, Andrei Aliaksandravich

(Utsiuryn, Andrey Aliaksandravich; Utsyuryn, Andrei Aliaksandravich) Vtiurin, Andrei Aleksandrovich

(Vtiurin, Andrey Aleksandrovich; Vtyurin, Andrei Aleksandrovich)

УЦЮРЫН, Андрэй Аляксандравiч

ВТЮРИН, Андрей Александрович

Data tat-twelid: 1971,

Penza (Russia)

Viċi Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Bjelorussja (mill-2014).

Eks Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President.

Taħt is-superviżjoni tiegħu, diversi membri tas-servizz tiegħu ħadu sehem f'interrogazzjonijiet ta' attivisti politiċi wara d-dimostrazzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010.

210.

Vakulchyk, Valery Paulavich

Vakulchik, Valeri Pavlovich

ВАКУЛЬЧЫК, Валерый Паўлавiч

ВАКУЛЬЧИК, Валерий Павлович

Data tat-twelid: 19.6.1964,

Brest region

Indirizz:

КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

Kap tal-KGB, eks Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Kap taċ-Ċentru Operattiv u Analitiku tal-Amministrazzjoni tal-President, responsabbli għat-telekomunikazzjoni, inkluż il-monitoraġġ, l-iffiltrar, il-kontroll u l-interferenza ta' diversi mezzi ta' komunikazzjoni, pereżempju l-internet. Bħala Kap tal-KGB, huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

216.

Vehera, Viktar Paulavich

Vegera, Viktor Pavlovich

BEГEPA, Biктap Паўлавiч

ВЕГЕРА, Виктор Павлович

 

Kien l-Ewwel Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-kontrospjunaġġ. Irtirat mill-1 ta' April 2013 u mibgħut mal-forzi ta' riserva.

Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ta bidu għall-każ tal-priġunier politiku Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.


Top