EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1919

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1919 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

ĠU L 281, 27.10.2015, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1919/oj

27.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1919

tas-26 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (1) jimplimenta diversi miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2), inkluż l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi.

(2)

Fis-26 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1924 (3), li tneħħi persuna deċeduta mill-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(3)

Dik il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat, u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Fis-26 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni adotatt ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1921 (4), li neħħa persuna deċeduta mill-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 314/2004.

(5)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Barra minn hekk, huwa xieraq li tiddaħħal dispożizzjoni ġdida sabiex jiġu osservati r-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data personali.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jinħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 314/2004, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

1.   L-Anness III għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati.

2.   L-Anness III għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.”.

Artikolu 2

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6)

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1924 tas-26 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ara l-paġna 10 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1921 tas-26 ta' Ottubru 2015. li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ara l-paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

Fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004, l-entrata għall-persuna fiżika li ġejja titneħħa mit-taqsima “I. Persuni”:

I.   Persuni

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

44.

MIDZI, Amos Bernard (Mugenva)


Top