Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1910

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910 tal-21 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-gważatina f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 280, 24.10.2015, p. 2–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1910/oj

    24.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 280/2


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1910

    tal-21 ta' Ottubru 2015

    li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-gważatina f'ċerti prodotti jew fuqhom

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-livelli massimi ta' residwi (MRL) għall-gważatina ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    (2)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ressqet opinjoni motivata dwar l-MRL eżistenti għall-gważatina f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). L-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva gważatina ġew irrevokati. It-tolleranzi tal-importazzjonijiet ma ġewx irrapportati fil-livell tal-Unjoni u lanqas ma kienu disponibbli l-MRL tal-Codex. Ladarba ma kienx hemm tagħrif dwar prattiki agrikoli speċifiċi tajbin li setgħu jintużaw f'valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur, l-Awtorità kkonkludiet li valur ta' 0,05 mg/kg jipprovdi livell sodisfaċenti ta' protezzjoni għall-konsumaturi Ewropej. Għalhekk huwa xieraq li l-MRL jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. Huwa xieraq ukoll li d-definizzjoni tar-residwu tinbidel.

    (3)

    Barra minn hekk, il-Belġju indika li l-MRL eżistenti għall-gważatina fit-tronġiet (grejpfrut) u fil-larinġ jistgħu jqajmu tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi. B'mod partikolari, ma setax jiġi eskluż riskju akut għall-konsumaturi, saħansitra permezz ta' valutazzjoni mirquma tar-riskju, li jqis fattur tal-ipproċessar għall-frott taċ-ċitru. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri rrappreżentati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf qiesu li hija deċiżjoni xierqa ta' ġestjoni tar-riskju li l-MRL jitnaqqsu għal livell li jkun intwera li huwa sikur għall-konsumaturi Ewropej.

    (4)

    Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tressqet applikazzjoni għall-użu tal-gważatina fuq il-frott taċ-ċitru. Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 din l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapport ta' evalwazzjoni ntbagħat lill-Kummissjoni. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta' evalwazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat opinjoni motivata dwar l-MRL proposti (3). L-Awtorità bagħtet din l-opinjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni li ma tirrakkomandax li jiġu stabbiliti l-MRL proposti peress li d-dejta disponibbli ma kinitx biżżejjed sabiex jiġi eskluż riskju għall-konsumaturi Ewropej.

    (5)

    L-applikant talab rieżami amministrattiv tal-opinjoni motivata tal-Awtorità skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Dan ir-rieżami wassal għall-konklużjoni li ma ġew identifikati l-ebda difetti u żbalji sostanzjali ta' valutazzjoni min-naħa tal-Awtorità.

    (6)

    Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li ġew meqjusal-fatturi rilevanti f'dan ir-rigward, il-modifiki xierqa għall-MRL jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    (7)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Sabiex jippermetti t-tqegħid fis-suq, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jistipula arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew prodotti legalment qabel il-modifika tal-MRL u li għalihom it-tagħrif juri li qiegħed jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

    (9)

    L-arranġament tranżizzjonali previst minn dan ir-Regolament għandu jqis it-tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi bl-MRL eżistenti għall-gważatina fit-tronġiet u fil-larinġ.

    (10)

    Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma l-MRL modifikati jsiru applikabbli, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi fin-negozju tal-ikel ikunu jistgħu iħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRL.

    (11)

    Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRL il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u ġew meqjusal-kummenti tagħhom.

    (12)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Fir-rigward tal-gważatina, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b'dan ir-Regolament jibqa' japplika għall-prodotti li ġew prodotti legalment qabel it-13 ta' Mejju 2016 ħlief għat-tronġiet u għal-larinġ.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Madankollu jibda japplika mit-13 ta' Mejju 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

    (2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for guazatine according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 (Opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-limiti massimi tar-residwi (MRL) eżistenti għall-gważatina f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005). EFSA Journal 2013;11(5):3239. [20 pp.].

    (3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for guazatine in citrus fruits. (Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRL eżistenti għall-gważatina fil-frott taċ-ċitru). EFSA Journal 2014;12(8):3818. [29 pp.].


    ANNESS

    L-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness III, il-kolonna għall-gważatina titħassar.

    (2)

    Fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-gważatina:

    “Ir-residwi ta' pestiċidi u l-livelli massimi ta' residwi (mg/kg)

    In-numru tal-kodiċi

    Il-gruppi u l-eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRL (1)

    Gważatina (aċetat tal-gważatina, it-total tal-komponenti)

    (1)

    (2)

    (3)

    0100000

    FROTT, FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

    0,05  (*)

    0110000

    Frott taċ-ċitru

     

    0110010

    Grejpfrut

     

    0110020

    Larinġ

     

    0110030

    Lumi

     

    0110040

    Xkomp

     

    0110050

    Mandolin

     

    0110990

    Oħrajn

     

    0120000

    Ġewż tas-siġar

     

    0120010

    Lewż

     

    0120020

    Ġewż tal-Brażil

     

    0120030

    Ġewż tal-anakardju

     

    0120040

    Qastan

     

    0120050

    Ġewż tal-Indi

     

    0120060

    Ġellewż/ġellewż Ewropew

     

    0120070

    Makadamja

     

    0120080

    Ġewż Amerikan

     

    0120090

    Qlub tal-ġewż tal-arżnu

     

    0120100

    Pistaċċi

     

    0120110

    Ġewż

     

    0120990

    Oħrajn

     

    0130000

    Pomu

     

    0130010

    Tuffieħ

     

    0130020

    Lanġas

     

    0130030

    Sfarġel

     

    0130040

    Naspli

     

    0130050

    Naspli tal-Ġappun

     

    0130990

    Oħrajn

     

    0140000

    Frott tal-għadma

     

    0140010

    Berquq

     

    0140020

    Ċiras (ħelu)

     

    0140030

    Ħawħ

     

    0140040

    Għanbaqar

     

    0140990

    Oħrajn

     

    0150000

    Kukku u frott żgħir ieħor

     

    0151000

    (a)

    għeneb

     

    0151010

    Għeneb tal-mejda

     

    0151020

    Għeneb tal-inbid

     

    0152000

    (b)

    frawli

     

    0153000

    (c)

    frott tal-kannamiela

     

    0153010

    Tut

     

    0153020

    Ċawsli iswed [Dewberries]

     

    0153030

    Lampun (aħmar u isfar)

     

    0153990

    Oħrajn

     

    0154000

    (d)

    frott żgħir u kukku oħrajn

     

    0154010

    Mirtill

     

    0154020

    Cranberries

     

    0154030

    Passolina (ħamra, sewda u bajda)

     

    0154040

    Ribes (ħodor, ħomor u sofor)

     

    0154050

    Warda Skoċċiża

     

    0154060

    Ċawsli (suwed u bojod)

     

    0154070

    Għanżalor/naspli tal-Mediterran

     

    0154080

    Frott tas-sebuqa

     

    0154990

    Oħrajn

     

    0160000

    Frott — diversi bi

     

    0161000

    (a)

    qoxra li tittiekel

     

    0161010

    Tamal

     

    0161020

    Tin

     

    0161030

    Żebbuġ tal-mejda

     

    0161040

    Larinġ tal-qsari

     

    0161050

    Karambola

     

    0161060

    Kaki

     

    0161070

    Jambolan

     

    0161990

    Oħrajn

     

    0162000

    (b)

    qoxra li ma tittikilx, żgħar

     

    0162010

    Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

     

    0162020

    Liċċi

     

    0162030

    Frotta tal-passjoni

     

    0162040

    Bajtar tax-xewk/frotta tal-kaktus

     

    0162050

    Tuffieħ stilla

     

    0162060

    Kaki Amerikan/Kaki tal-Virġinja

     

    0162990

    Oħrajn

     

    0163000

    (c)

    qoxra li ma tittikilx, kbar

     

    0163010

    Avokado

     

    0163020

    Banana

     

    0163030

    Mango

     

    0163040

    Papaja

     

    0163050

    Rummien

     

    0163060

    Ċerimoja

     

    0163070

    Gwava

     

    0163080

    Ananas

     

    0163090

    Frotta tas-siġra tal-ħobż

     

    0163100

    Durian

     

    0163110

    Il-frotta tal-annona

     

    0163990

    Oħrajn

     

    0200000

    ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

    0,05  (*)

    0210000

    Ħxejjex tal-għeruq u tuberi

     

    0211000

    (a)

    patata

     

    0212000

    (b)

    ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

     

    0212010

    Għeruq tal-kassava

     

    0212020

    Patata ħelwa

     

    0212030

    Jammijiet

     

    0212040

    Ararut

     

    0212990

    Oħrajn

     

    0213000

    (c)

    ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

     

    0213010

    Pitravi

     

    0213020

    Zunnarija

     

    0213030

    Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

     

    0213040

    Għerq tal-mustarda

     

    0213050

    Artiċokks

     

    0213060

    Zunnarija bajda

     

    0213070

    Tursin tuberuż

     

    0213080

    Ravanell

     

    0213090

    Sassefrika

     

    0213100

    Swedes

     

    0213110

    Lift/nevew

     

    0213990

    Oħrajn

     

    0220000

    Ħxejjex tal-basla

     

    0220010

    Tewm

     

    0220020

    Basal

     

    0220030

    Shallots

     

    0220040

    Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales

     

    0220990

    Oħrajn

     

    0230000

    Ħxejjex tal-frott

     

    0231000

    (a)

    solanacea

     

    0231010

    Tadam

     

    0231020

    Bżar ħelu

     

    0231030

    Brunġiel

     

    0231040

    Okra

     

    0231990

    Oħrajn

     

    0232000

    (b)

    kukurbiti tal-qoxra kommestibbli

     

    0232010

    Ħjar

     

    0232020

    Gherkins (ħjar żgħir)

     

    0232030

    Zukkini

     

    0232990

    Oħrajn

     

    0233000

    (c)

    cucurbits tal-qoxra li ma tittikilx

     

    0233010

    Bettieħ

     

    0233020

    Qara' aħmar

     

    0233030

    Dulliegħ

     

    0233990

    Oħrajn

     

    0234000

    (d)

    qamħirrum

     

    0239000

    (e)

    ħxejjex tal-frott oħrajn

     

    0240000

    Ħxejjex tal-ġenus Brassica (minbarra l-għeruq tal-brassica u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

     

    0241000

    (a)

    Brassika li tagħmel il-fjuri

     

    0241010

    Brokkli

     

    0241020

    Pastard

     

    0241990

    Oħrajn

     

    0242000

    (b)

    brassika bir-ras

     

    0242010

    Kaboċċi ta' Brussell

     

    0242020

    Kaboċċa bir-ras

     

    0242990

    Oħrajn

     

    0243000

    (c)

    brassika bil-weraq

     

    0243010

    Kaboċċi Ċiniżi

     

    0243020

    Kale

     

    0243990

    Oħrajn

     

    0244000

    (d)

    ġdur

     

    0250000

    Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

     

    0251000

    (a)

    ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

     

    0251010

    Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

     

    0251020

    Ħass

     

    0251030

    Escaroles/Indivja tal-weraq wiesa'

     

    0251040

    Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

     

    0251050

    Krexxuni tal-art

     

    0251060

    Aruka

     

    0251070

    Mustarda ħamra

     

    0251080

    Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom speċijiet ta' Brassica)

     

    0251990

    Oħrajn

     

    0252000

    (b)

    spinaċi u weraq simili

     

    0252010

    Spinaċi

     

    0252020

    Burdlieq

     

    0252030

    Weraq tal-pitravi

     

    0252990

    Oħrajn

     

    0253000

    (c)

    weraq tad-dwieli u u ta' speċijiet simili

     

    0254000

    (d)

    krexxuni

     

    0255000

    (e)

    witloof/indivja tal-Belġju

     

    0256000

    (f)

    ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

     

    0256010

    Maxxita

     

    0256020

    Kurrat selvaġġ

     

    0256030

    Weraq tal-karfus

     

    0256040

    Tursin

     

    0256050

    Salvja

     

    0256060

    Klin

     

    0256070

    Sagħtar

     

    0256080

    Ħabaq u l-fjuri tiegħu kommestibbli

     

    0256090

    Weraq tar-rand

     

    0256100

    Stragun

     

    0256990

    Oħrajn

     

    0260000

    Legumi

     

    0260010

    Fażola (bil-miżwed)

     

    0260020

    Fażola (bla miżwed)

     

    0260030

    Piżelli (bil-miżwed)

     

    0260040

    Piżelli (bla miżwed)

     

    0260050

    Għads

     

    0260990

    Oħrajn

     

    0270000

    Ħxejjex biz-zokk

     

    0270010

    Spraġ

     

    0270020

    Kardun

     

    0270030

    Krafes

     

    0270040

    Bużbież ta' Firenze

     

    0270050

    Qaqoċċ

     

    0270060

    Kurrat

     

    0270070

    Rabarbru

     

    0270080

    Rimi tal-pjanta tal-bambu

     

    0270090

    Qlub tal-palm

     

    0270990

    Oħrajn

     

    0280000

    Faqqiegħ, ħażiż u likeni

     

    0280010

    Faqqiegħ ikkultivat

     

    0280020

    Faqqiegħ salvaġġ

     

    0280990

    Ħażiż u likeni

     

    0290000

    Alka u organiżmi prokarjoti

     

    0300000

    ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN TAL-LEGUMI

    0,05  (*)

    0300010

    Fażola

     

    0300020

    Għads

     

    0300030

    Piżelli

     

    0300040

    Lupini

     

    0300990

    Oħrajn

     

    0400000

    ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

    0,05  (*)

    0401000

    Żrieragħ żejtnija

     

    0401010

    Żerriegħa tal-kittien

     

    0401020

    Karawett

     

    0401030

    Żerriegħa tal-peprin

     

    0401040

    Ġulġlien

     

    0401050

    Żerriegħa tal-ġirasol

     

    0401060

    Żerriegħa tal-lift

     

    0401070

    Fażola tas-sojja

     

    0401080

    Żerriegħa tal-mustarda

     

    0401090

    Żerriegħa tal-qoton

     

    0401100

    Żerriegħa tal-qara' ħamra

     

    0401110

    Żrieragħ tal-għosfor

     

    0401120

    Żerriegħa tal-fiddloqom

     

    0401130

    Żerriegħa tal-camelina sativa

     

    0401140

    Qannebusa

     

    0401150

    Żerriegħa tar-riġnuwa

     

    0401990

    Oħrajn

     

    0402000

    Frott taż-żejt

     

    0402010

    Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

     

    0402020

    Il-qlub taż-żerriegħa tal-palm taż-żejt

     

    0402030

    Il-frott tal-palm taż-żejt

     

    0402040

    Kapok

     

    0402990

    Oħrajn

     

    0500000

    ĊEREALI

    0,05  (*)

    0500010

    Xgħir

     

    0500020

    Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

     

    0500030

    Qamħirrum

     

    0500040

    Millieġ komuni

     

    0500050

    Ħafur

     

    0500060

    Ross

     

    0500070

    Segala

     

    0500080

    Sorgu

     

    0500090

    Qamħ

     

    0500990

    Oħrajn

     

    0600000

    TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

    0,05  (*)

    0610000

    Tejiet

     

    0620000

    Żrieragħ tal-kafè

     

    0630000

    Infużjonijiet erbali minn

     

    0631000

    (a)

    fjuri

     

    0631010

    Kamomilla

     

    0631020

    Ibisku

     

    0631030

    Ward

     

    0631040

    Ġiżimin

     

    0631050

    Tilju

     

    0631990

    Oħrajn

     

    0632000

    (b)

    weraq u ħxejjex aromatiċi

     

    0632010

    Frawla

     

    0632020

    Rooibos

     

    0632030

    Maté

     

    0632990

    Oħrajn

     

    0633000

    (c)

    għeruq

     

    0633010

    Valerjana

     

    0633020

    Ġinseng

     

    0633990

    Oħrajn

     

    0639000

    (d)

    kull parti oħra tal-pjanta

     

    0640000

    Żerriegħa tal-Kawkaw

     

    0650000

    Ħarrub

     

    0700000

    ĦOPS

    0,05  (*)

    0800000

    ĦWAWAR

     

    0810000

    Ħwawar taż-żerriegħa

    0,05  (*)

    0810010

    Ħlewwa

     

    0810020

    Ħlewwa sewda/kemmun iswed

     

    0810030

    Karfus

     

    0810040

    Kosbor

     

    0810050

    Kemmun

     

    0810060

    Xibt

     

    0810070

    Bużbież

     

    0810080

    Fienu

     

    0810090

    Noċemuskata

     

    0810990

    Oħrajn

     

    0820000

    Ħwawar tal-frott

    0,05  (*)

    0820010

    Bżar tal-Ġamajka/piment

     

    0820020

    Bżar tas-Sichuan

     

    0820030

    Karwija

     

    0820040

    Kardamomu

     

    0820050

    Frott tal-ġnibru

     

    0820060

    Bżar (iswed, aħdar u abjad)

     

    0820070

    Vanilja

     

    0820080

    Tamar tal-Indja

     

    0820990

    Oħrajn

     

    0830000

    Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

    0,05  (*)

    0830010

    Kannella

     

    0830990

    Oħrajn

     

    0840000

    Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

     

    0840010

    Għud is-sus

    0,05  (*)

    0840020

    Ġinġer

    0,05  (*)

    0840030

    Żagħfran tal-Indja

    0,05  (*)

    0840040

    Għerq tal-mustarda

    (+)

    0840990

    Oħrajn

    0,05  (*)

    0850000

    Ħwawar tal-blanzuni

    0,05  (*)

    0850010

    Imsiemer tal-qronfol

     

    0850020

    Kappar

     

    0850990

    Oħrajn

     

    0860000

    Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

    0,05  (*)

    0860010

    Żagħfran

     

    0860990

    Oħrajn

     

    0870000

    Ħwawar tal-aril

    0,05  (*)

    0870010

    Qoxra ta' barra tan-noċemuskata

     

    0870990

    Oħrajn

     

    0900000

    PJANTI TAZ-ZOKKOR

    0,05  (*)

    0900010

    Pitravi taz-zokkor

     

    0900020

    Kannamieli

     

    0900030

    Għeruq taċ-Ċikwejra

     

    0900990

    Oħrajn

     

    1000000

    PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI — ANNIMALI TAL-ART

     

    1010000

    Tessuti minn

    0,05  (*)

    1011000

    (a)

    ħnieżer

     

    1011010

    Muskoli

     

    1011020

    Tessut xaħmi

     

    1011030

    Fwied

     

    1011040

    Kliewi

     

    1011050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1011990

    Oħrajn

     

    1012000

    (b)

    bovini

     

    1012010

    Muskoli

     

    1012020

    Tessut xaħmi

     

    1012030

    Fwied

     

    1012040

    Kliewi

     

    1012050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1012990

    Oħrajn

     

    1013000

    (c)

    nagħaġ

     

    1013010

    Muskoli

     

    1013020

    Tessut xaħmi

     

    1013030

    Fwied

     

    1013040

    Kliewi

     

    1013050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1013990

    Oħrajn

     

    1014000

    (d)

    mogħoż

     

    1014010

    Muskoli

     

    1014020

    Tessut xaħmi

     

    1014030

    Fwied

     

    1014040

    Kliewi

     

    1014050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1014990

    Oħrajn

     

    1015000

    (e)

    ekwini

     

    1015010

    Muskoli

     

    1015020

    Tessut xaħmi

     

    1015030

    Fwied

     

    1015040

    Kliewi

     

    1015050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1015990

    Oħrajn

     

    1016000

    (f)

    tjur

     

    1016010

    Muskoli

     

    1016020

    Tessut xaħmi

     

    1016030

    Fwied

     

    1016040

    Kliewi

     

    1016050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1016990

    Oħrajn

     

    1017000

    (g)

    annimali terrestri mrobbija oħrajn

     

    1017010

    Muskoli

     

    1017020

    Tessut xaħmi

     

    1017030

    Fwied

     

    1017040

    Kliewi

     

    1017050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1017990

    Oħrajn

     

    1020000

    Ħalib

    0,02  (*)

    1020010

    Frat

     

    1020020

    Nagħaġ

     

    1020030

    Mogħoż

     

    1020040

    Żwiemel

     

    1020990

    Oħrajn

     

    1030000

    Bajd tat-tjur

    0,05  (*)

    1030010

    Tiġieġ

     

    1030020

    Papri

     

    1030030

    Wiżż

     

    1030040

    Summien

     

    1030990

    Oħrajn

     

    1040000

    Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

    0,05  (*)

    1050000

    Amfibji u Rettili

    0,05  (*)

    1060000

    Annimali terrestri invertebrati

    0,05  (*)

    1070000

    Annimali vertebrati terrestri slavaġ

    0,05  (*)


    (*)  Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika

    (1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRL, għandha ssir referenza għall-Anness I.

    Gważatina (aċetat tal-gważatina, it-total tal-komponenti)

    (+)

    Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex mill-għeruq u mit-tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    0840040

    Għerq tal-mustarda”


    Top