Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1885

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, Aċibenżolar-s-metil, Amitrol, Bentażon, Ċjalofop-butil, Dikwat, Esfenvalerat, Famoksadon, Flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), Glifosat, Iprovalikarb, Isoproturon, Lambda-Ċjalotrina, Metalaksil-M, Metsulfuron-metil, Pikolinafen, Prosulfuron, Pimetrożina, Piraflufen-etil, Tijabendażol, Tifensulfuron-metil u Triasulfuron (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1885/oj

    21.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 276/48


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1885

    tal-20 ta' Ottubru 2015

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, Aċibenżolar-s-metil, Amitrol, Bentażon, Ċjalofop-butil, Dikwat, Esfenvalerat, Famoksadon, Flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), Glifosat, Iprovalikarb, Isoproturon, Lambda-Ċjalotrina, Metalaksil-M, Metsulfuron-metil, Pikolinafen, Prosulfuron, Pimetrożina, Piraflufen-etil, Tijabendażol, Tifensulfuron-metil u Triasulfuron

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (2)

    L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi 2,4-D, aċibenżolar-s-metil, amitrol, bentażon, ċjalofop-butil, dikwat, esfenvalerat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), glifosat, iprovalikarb, isoproturon, lambda-ċjalotrina, metalaksil-M, metsulfuron-metil, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, piraflufen-etil, tijabendażol, tifensulfuron-metil u triasulfuron se jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2015. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-inklużjoni ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) ġew sottomessi f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (4).

    (3)

    Minħabba l-evalwazzjoni ta' dawn is-sustanzi ġiet ittardjata għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikanti, l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi x'aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Jeħtieġ għalhekk li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

    (4)

    Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament mhix se tiġġedded minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data li kien hemm qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva mhix se tiġġedded, skont liema minnhom tkun l-aktar waħda tard.

    (5)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).


    ANNESS

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 7, metsulfuron-metil, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (2)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 9, triasulfuron, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (3)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 10, esfenvalerat, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (4)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 11, bentażon, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (5)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 12, lambda-ċjalotrina, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (6)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 14, amitrol, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (7)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 15, dikwat, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (8)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 17, tijabendażol, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (9)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 19, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (10)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 20, aċibenżolar-s-metil, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (11)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 23, pimetrożina, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (12)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 24, piraflufen-etil, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (13)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 25, glifosat, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (14)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 26, it-tifensulfuron-metil, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (15)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 27, 2,4-D, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (16)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 28, isoproturon, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (17)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 30, iprovalikarb, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (18)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 31, prosulfuron, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (19)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 34, ċjalofop-butil, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (20)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, famoksadon, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (21)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 37, metalaksil-M, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (22)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 38, pikolinafen, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2016”;

    (23)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 39, flumjoksażina, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2015” tinbidel bid data “30 ta' Ġunju 2016”.


    Top