This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1830
Commission Delegated Regulation (EU) 2015/1830 of 8 July 2015 amending Regulation (EEC) No 2568/91 on the characteristics of olive oil and olive-residue oil and on the relevant methods of analysis
Regolament ta' Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1830 tat-8 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti
Regolament ta' Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1830 tat-8 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti
ĠU L 266, 13.10.2015, p. 9–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2104
13.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/9 |
REGOLAMENT TA' DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1830
tat-8 ta' Lulju 2015
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni għal swieq agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 75(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) jiddefinixxi l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u jistabbilixxi l-metodi għall-valutazzjoni ta' dawk il-karatteristiċi. Dawk il-metodi u l-valuri ta' limitu għall-karatteristiċi taż-żjut għandhom jiġu aġġornati abbażi tal-opinjoni tal-esperti kimiċi u skont il-ħidma mwettqa fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (l-IOC). |
(2) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-aktar standards internazzjonali riċenti stabbiliti mill-IOC, il-valuri tal-limitu l-aktar baxx għall-aċidu linolejku stipulati f'nota fit-tieni tabella fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandhom jiġu aġġustati. Barra minn hekk, ir-riferiment għall-2015 fl-iskeda tat-tnaqqis gradwali tal-limitu ta' ester etiliku tal-aċidi xaħmin fiż-żejt taż-żebbuġa straverġni stabbilit f'dak l-Anness għandu jiġi sostitwit b'referenza għall-2016. |
(3) |
Ma għadux jintuża l-metodu għad-detezzjoni ta' żjut veġetali barranin fiż-żjut taż-żebbuġa stabbilit fl-Anness XXa tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91. In-nota fl-ewwel tabella fl-Anness I ta' dak ir-Regolament li tirreferi għal dak il-metodu għandha għalhekk titħassar. |
(4) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).
ANNESS
ANNESS I
KARATTERISTIĊI TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA
Kategorija |
Esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin (FAEEs) (*) |
Aċidità (%) (*) |
Valur tal-perossidu mEq O2/kg (*) |
Xama' mg/kg (**) |
2 gliċerilmonopalmitat (%) |
Stigmastadieni mg/kg (1) |
Differenza: ECN42 (HPLC) u ECN42 (kalkolu teoretiku) |
K232 (*) |
K268 jew K270 (*) |
Delta-K (*) |
Evalwazzjoni organolettika Medjan tad-difett (Md) (*) |
Evalwazzjoni organolettika Medjan tat-togħma tal-frott (Mf) (*) |
||
|
FAEEs ≤ 40 mg/kg (is-sena tal-ħsad 2013-2014) (2) FAEEs ≤ 35 mg/kg (is-sena tal-ħsad 2014-2016) FAEEs ≤ 30 mg/kg (is-snin tal-ħsad wara l-2016) |
≤ 0,8 |
≤ 20 |
C42 + C44 + C46 ≤ 150 |
≤ 0,9 jekk il-% totali tal-aċidu palmitiku ≤ 14 % |
≤ 0,05 |
≤ |0,2| |
≤ 2,50 |
≤ 0,22 |
≤ 0,01 |
Md = 0 |
Mf > 0 |
||
≤ 1,0 jekk il-% totali tal-aċidu palmitiku > 14 % |
||||||||||||||
|
— |
≤ 2,0 |
≤ 20 |
C42 + C44 + C46 ≤ 150 |
≤ 0,9 jekk il-% totali tal-aċidu palmitiku ≤ 14 % |
≤ 0,05 |
≤ |0,2| |
≤ 2,60 |
≤ 0,25 |
≤ 0,01 |
Md ≤ 3,5 |
Mf > 0 |
||
≤ 1,0 jekk il-% totali tal-aċidu palmitiku > 14 % |
||||||||||||||
|
— |
> 2,0 |
— |
C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 300 (3) |
≤ 0,9 jekk il-% totali tal-aċidu palmitiku ≤ 14 % |
≤ 0,50 |
≤ |0,3| |
— |
— |
— |
Md > 3,5 (4) |
— |
||
≤ 1,1 jekk il-% totali tal-aċidu palmitiku > 14 % |
||||||||||||||
|
— |
≤ 0,3 |
≤ 5 |
C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 350 |
≤ 0,9 jekk il-% totali tal-aċidu palmitiku ≤ 14 % |
— |
≤ |0,3| |
— |
≤ 1,10 |
≤ 0,16 |
— |
— |
||
≤ 1,1 jekk il-% totali tal-aċidu palmitiku > 14 % |
||||||||||||||
|
— |
≤ 1,0 |
≤ 15 |
C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 350 |
≤ 0,9 jekk il-% totali tal-aċidu palmitiku ≤ 14 % |
— |
≤ |0,3| |
— |
≤ 0,90 |
≤ 0,15 |
— |
— |
||
≤ 1,0 jekk il-% totali tal-aċidu palmitiku > 14 % |
||||||||||||||
|
— |
— |
— |
C40 + C42 + C44 + C46 > 350 (5) |
≤ 1,4 |
— |
≤ |0,6| |
— |
— |
— |
— |
— |
||
|
— |
≤ 0,3 |
≤ 5 |
C40 + C42 + C44 + C46 > 350 |
≤ 1,4 |
— |
≤ |0,5| |
— |
≤ 2,00 |
≤ 0,20 |
— |
— |
||
|
— |
≤ 1,0 |
≤ 15 |
C40 + C42 + C44 + C46 > 350 |
≤ 1,2 |
— |
≤ |0,5| |
— |
≤ 1,70 |
≤ 0,18 |
— |
— |
Kategorija |
Kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi (6) |
Ammont totali ta' isomeri tranżolejċi (%) |
Ammont totali ta' isomeri tranżlinolejċi u isomeri tranżlinoleniċi (%) |
Kompożizzjoni tal-isteroli |
Ammont totali ta' steroli (mg/kg) |
Eritrodiol u uvaol (%) (**) |
||||||||||||
Miristiku (%) |
Linoleniku (%) |
Arakidiku (%) |
Ejkosenojku (%) |
Beħeniku (%) |
Linjoċeriku (%) |
Kolesterol (%) |
Brassikasterol (%) |
Kampesterol (7) (%) |
Stigmasterol (%) |
App βsitosterol (8) (%) (**) |
Delta-7-stigmastenol (7) (%) |
|||||||
|
≤ 0,03 |
≤ 1,00 |
≤ 0,60 |
≤ 0,40 |
≤ 0,20 |
≤ 0,20 |
≤ 0,05 |
≤ 0,05 |
≤ 0,5 |
≤ 0,1 |
≤ 4,0 |
< Camp. |
≥ 93,0 |
≤ 0,5 |
≥ 1 000 |
≤ 4,5 |
||
|
≤ 0,03 |
≤ 1,00 |
≤ 0,60 |
≤ 0,40 |
≤ 0,20 |
≤ 0,20 |
≤ 0,05 |
≤ 0,05 |
≤ 0,5 |
≤ 0,1 |
≤ 4,0 |
< Camp. |
≥ 93,0 |
≤ 0,5 |
≥ 1 000 |
≤ 4,5 |
||
|
≤ 0,03 |
≤ 1,00 |
≤ 0,60 |
≤ 0,40 |
≤ 0,20 |
≤ 0,20 |
≤ 0,10 |
≤ 0,10 |
≤ 0,5 |
≤ 0,1 |
≤ 4,0 |
— |
≥ 93,0 |
≤ 0,5 |
≥ 1 000 |
≤ 4,5 (9) |
||
|
≤ 0,03 |
≤ 1,00 |
≤ 0,60 |
≤ 0,40 |
≤ 0,20 |
≤ 0,20 |
≤ 0,20 |
≤ 0,30 |
≤ 0,5 |
≤ 0,1 |
≤ 4,0 |
< Camp. |
≥ 93,0 |
≤ 0,5 |
≥ 1 000 |
≤ 4,5 |
||
|
≤ 0,03 |
≤ 1,00 |
≤ 0,60 |
≤ 0,40 |
≤ 0,20 |
≤ 0,20 |
≤ 0,20 |
≤ 0,30 |
≤ 0,5 |
≤ 0,1 |
≤ 4,0 |
< Camp. |
≥ 93,0 |
≤ 0,5 |
≥ 1 000 |
≤ 4,5 |
||
|
≤ 0,03 |
≤ 1,00 |
≤ 0,60 |
≤ 0,40 |
≤ 0,30 |
≤ 0,20 |
≤ 0,20 |
≤ 0,10 |
≤ 0,5 |
≤ 0,2 |
≤ 4,0 |
— |
≥ 93,0 |
≤ 0,5 |
≥ 2 500 |
> 4,5 (10) |
||
|
≤ 0,03 |
≤ 1,00 |
≤ 0,60 |
≤ 0,40 |
≤ 0,30 |
≤ 0,20 |
≤ 0,40 |
≤ 0,35 |
≤ 0,5 |
≤ 0,2 |
≤ 4,0 |
< Camp. |
≥ 93,0 |
≤ 0,5 |
≥ 1 800 |
> 4,5 |
||
|
≤ 0,03 |
≤ 1,00 |
≤ 0,60 |
≤ 0,40 |
≤ 0,30 |
≤ 0,20 |
≤ 0,40 |
≤ 0,35 |
≤ 0,5 |
≤ 0,2 |
≤ 4,0 |
< Camp. |
≥ 93,0 |
≤ 0,5 |
≥ 1 600 |
> 4,5 |
Noti:
(a) |
Ir-riżultati tal-analiżi għandhom jingħataw bl-istess għadd ta' ċifri wara l-punt deċimali bħal dak użat għal kull karatteristika. L-aħħar ċifra trid tiżdied b'unità waħda jekk iċ-ċifra ta' warajha tkun ta' iktar minn 4. |
(b) |
Jekk karatteristika waħda biss ma tkunx konformi mal-valuri ddikjarati, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-kategorija taż-żejt tista' tinbidel jew iż-żejt jista' jiġi ddikjarat bħala żejt li mhux pur. |
(c) |
Il-karatteristiċi indikati bi stilla (*), b'referenża għall-kwalità taż-żejt, jimplikaw li: — għaż-żejt taż-żebbuġa lampante, jista' jkun li ż-żewġ limiti rilevanti jkunu differenti mill-valuri ddikjarati fl-istess ħin, - għaż-żjut taż-żebbuġa verġni, jekk mill-inqas wieħed minn dawn il-limiti jkun differenti mill-valuri ddikjarati, il-kategorija taż-żejt tinbidel, għalkemm iż-żjut xorta waħda jibqgħu kklassifikati f'waħda mill-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa verġni. |
(d) |
Jekk karatteristika tkun immarkata b'żewġ asterisks (**), dan ifisser li, għat-tipi kollha ta' żejt mir-residwi taż-żebbuġ, iż-żewġ limiti rilevanti jistgħu jkunu differenti mill-valuri ddikjarati fl-istess ħin. |
Appendiċi
ARBLU TAD-DEĊIŻJONIJIET
Arblu tad-deċiżjonijiet għall-kampesterol għaż-żejt taż-żebbuġa verġni u ż-żejt taż-żebbuġa straverġni:
Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Dijagramma tad-deċiżjonijiet għad-delta-7-stigmastenol:
— |
Żjut taż-żebbuġa verġni u straverġni
|
Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
— |
Żjut mir-residwi taż-żebbuġ (raffinati u mhux)
|
(1) L-isomeri kollha li setgħu (jew li ma setgħux) jiġu sseparati permezz tal-kolonna kapillari.
(2) Il-limitu japplika għaż-żjut taż-żebbuġa prodotti mill-1 ta' Marzu 2014 'il quddiem.
(3) Iż-żjut li jkollhom bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg ta' xama' jitqiesu bħala żjut taż-żebbuġa lampante jekk il-kontenut totali ta' alkoħol alifatiku ikun ta' 350 mg/kg jew inqas jew jekk il-kontenut ta' eritrodiol u uvaol fihom ikun ta' 3,5 % jew inqas.
(4) Il-medjan tad-difett jista' jkun 3,5 jew inqas u l-medjan tat-togħma tal-frott 0.
(5) Iż-żjut li jkollhom bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg ta' xama' jitqiesu bħala żjut mhux raffinati mir-residwi taż-żebbuġ jekk il-kontenut totali ta' alkoħol alifatiku jkun ta' 350 mg/kg jew inqas jew jekk il-kontenut tal-eritrodiol u l-uvaol fihom ikun ta' 3,5 % jew inqas.
(6) Kontenut ta' aċidi xaħmin oħra (%): palmitiku: 7,50-20,00; palmitolejku: 0,30-3,50; eptadekanojku: ≤ 0,30; eptadekenojku: ≤ 0,30; steariku: 0,50-5,00; olejku: 55,00-83,00; linolejku: 2,50-21,00.
(7) Ara l-Appendiċi ta' dan l-Anness.
(8) App β-sitosterol: Delta-5,23-stigmastadienol + klerosterol + beta-sitosterol + sitostanol + delta-5-avenasterol + delta-5,24-stigmastadienol.
(9) Iż-żjut li jkollhom bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg ta' xama' jitqiesu bħala żjut taż-żebbuġa lampante jekk il-kontenut totali ta' alkoħol alifatiku ikun ta' 350 mg/kg jew inqas jew jekk il-kontenut ta' eritrodiol u uvaol fihom ikun ta' 3,5 % jew inqas.
(10) Iż-żjut li jkollhom bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg ta' xama' jitqiesu bħala żjut mhux raffinati mir-residwi taż-żebbuġ jekk il-kontenut totali ta' alkoħol alifatiku jkun ta' 350 mg/kg jew inqas jew jekk il-kontenut tal-eritrodiol u tal-uvaol fihom ikun ta' iktar minn 3,5 %.