This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1776
Council Regulation (EU) 2015/1776 of 5 October 2015 repealing Regulation (EC) No 872/2004 concerning further restrictive measures in relation to Liberia
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1776 tal-5 ta' Ottubru 2015 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1776 tal-5 ta' Ottubru 2015 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja
ĠU L 259, 6.10.2015, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
6.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1776
tal-5 ta' Ottubru 2015
li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/487/PESK tad-29 ta' April 2004 li tirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 (2) jipprevedi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-korpi u tal-entitajiet elenkati fl-Anness għal dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-5 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1782 (3) li timplimenta r-Riżoluzzjoni 2237 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-2 ta' Settembru 2015 li temmet il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-miżuri tal-iffriżar tal-assi imposti mill-paragrafu 4 tal-UNSCR 1521 (2003) u l-paragrafu 1 tal-UNSCR 1532 (2004), rispettivament. |
|
(3) |
Għaldaqstant huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 872/2004 jitħassar b'effett immedjat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa mħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 116; (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 003 p. 155).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 tad-29 ta' April 2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 003 p. 148).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1782 tal-5 ta' Ottubru 2015 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/487/PESK li tirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja u li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ara l-paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).