Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1725

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1725 tat-28 ta' Settembru 2015 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-Etil lawrojl arġinat (E 243) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 252, 29.9.2015, pp. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1725/oj

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1725

tat-28 ta' Settembru 2015

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-Etil lawrojl arġinat (E 243)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(2)

Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, kemm b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara talba.

(3)

Fis-17 ta' Novembru 2014, tressqet applikazzjoni għall-emenda ta' speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-addittiv tal-ikel Etil lawrojl arġinat (E 243). L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(4)

L-ispeċifikazzjoni attwali tiddefinixxi l-Etil lawrojl arġinat bħala sinteżizzat bl-estrifikazzjoni tal-arġinina bl-etanol, segwita bir-reazzjoni tal-ester mal-klorur tal-lawrojl. L-Etil lawrojl arġinat li jirriżulta jiġi rkuprat bħala l-melħ tal-idroklorur, li jiġi ffiltrat u mnixxef.

(5)

L-applikant wera li d-definizzjoni attwali hija wiesgħa wisq u għandha tirrifletti d-dettalji fir-rigward tat-temperatura u tal-pH, li kienu inklużi fl-applikazzjoni oriġinali u li huma importanti sabiex jinkiseb l-istess profil li kien ġie evalwat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fl-opinjoni tagħha dwar is-sikurezza tal-użu tal-Etil lawrojl arġinat bħala preservattiv (4).

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandu jiġi emendat skont dan,

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)   EFSA Journal (2007) 511, 1-27.


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, l-entrata għall-“E 243 Etil lawrojl arġinat”, id-definizzjoni tinbidel b'dan li ġej:

Definizzjoni

L-Etil lawrojl arġinat jiġi sinteżizzat bl-estrifikazzjoni tal-arġinina bl-etanol, segwita bir-reazzjoni tal-ester mal-klorur tal-lawrojl, f'meżżi milwiema f'temperatura kkontrollata bejn 10 u 15 °C u b'pH bejn 6.7 u 6.9. L-Etil lawrojl arġinat li jirriżulta jiġi rkuprat bħala l-melħ tal-idroklorur, li jiġi ffiltrat u mnixxef.”


Top