This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1556
Commission Delegated Regulation (EU) 2015/1556 of 11 June 2015 supplementing Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards for the transitional treatment of equity exposures under the IRB approach (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1556 tal-11 ta' Ġunju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għat-trattament tranżizzjonali tal-iskoperturi tal-ekwità skont l-approċċ IRB (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1556 tal-11 ta' Ġunju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għat-trattament tranżizzjonali tal-iskoperturi tal-ekwità skont l-approċċ IRB (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 244, 19.9.2015, pp. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
19.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/9 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1556
tal-11 ta' Ġunju 2015
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għat-trattament tranżizzjonali tal-iskoperturi tal-ekwità skont l-approċċ IRB
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 495(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li skonthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw mit-trattament IRB ċerti kategoriji ta' skoperturi tal-ekwità tal-istituzzjonijiet u tas-sussidjarji tal-istituzzjonijiet fl-UE fl-Istat Membru rispettiv tagħhom fil-31 ta' Diċembru 2007. |
|
(2) |
Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stipulati b'mod armonizzat b'tali mod li ma jkollhomx effett negattiv sproporzjonat fuq it-tranżizzjoni mingħajr xkiel tas-sistemi legali nazzjonali mir-reġim stabbilit mit-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u speċjalment tal-Artikolu 154(6) tagħha, għar-reġim stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(3) |
Meta jiġu stipulati dawn il-kundizzjonijiet, għandhom jiġu kkunsidrati, sa fejn ikun possibbli, l-aspettattivi leġittimi tal-istituzzjonijiet li kienu ngħataw l-eżenzjoni taħt ir-reġim ta' qabel, li kienu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2013. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jagħtu dik l-eżenzjoni lil dawk l-istituzzjonijiet. Istituzzjonijiet oħra ma għandhiex tingħatalhom dik l-eżenzjoni. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Kkonċernati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu lill-istituzzjonijiet u s-sussidjarji tal-istituzzjonijiet fl-UE eżenzjoni mit-trattament IRB imsemmi fl-Artikolu 495(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fir-rigward biss ta' dawk il-kategoriji tal-iskoperturi tal-ekwità tagħhom li fil-31 ta' Diċembru 2013 kienu diġà jibbenefikaw minn eżenzjoni mit-trattament IRB.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).