This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1536
Commission Regulation (EU) 2015/1536 of 16 September 2015 amending Regulation (EU) No 1321/2014 as regards alignment of rules for continuing airworthiness with Regulation (EC) No 216/2008, critical maintenance tasks and aircraft continuing airworthiness monitoring (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536 tas-16 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà mar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-impenji tal-manutenzjoni kritika u l-monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536 tas-16 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà mar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-impenji tal-manutenzjoni kritika u l-monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 241, 17.9.2015, p. 16–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1536
tas-16 ta' Settembru 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà mar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-impenji tal-manutenzjoni kritika u l-monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(5) u 8(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi. |
(2) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jistabbilixxi ħtiġiet (rekwiżiti) tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għat-tħadidm tal-inġenju tal-ajru, inklużi rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet li jimmaniġġjaw il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u inġenji tal-ajru operati għal finijiet kummerċjali. Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandu jiġi aġġornat biex ikun żgurat li dawk ir-rekwiżiti jiġu implimentati. |
(3) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li skonthom it-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jkunu jistgħu jħaddmu l-inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti rilevanti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jitħarsu. |
(4) |
Jeħtieġ li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti tal-programm ta' monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru fl-Unjoni. Għal dak l-għan, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 li tikkonċerna l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' programm ta' monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandhom jiġu emendati. |
(5) |
Jeħtieġ li jittaffew ir-riskji marbuta mat-twettiq tal-manutenzjoni u b'mod partikolari li jiġi żgurat li jittieħdu l-miżuri meħtieġa mill-persuni u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati biex jinstabu l-iżbalji magħmula matul it-twettiq tal-manutenzjoni li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tat-titjir. Għalhekk, ir-rekwiżiti għat-twettiq ta' manutenzjoni stabbiliti fl-Anness I u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandhom jiġu emendati. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Jeħtieġ li l-industrija ajrunawtika u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jingħataw żmien suffiċjenti l biex jadattaw għall-qafas regolatorju l-ġdid. Għalhekk għandha tingħata data tal-applikazzjoni differita għal dan ir-Regolament kollu kemm hu. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li jiżguraw:
(*) Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).”" |
(2) |
L-Artikolu 2 hu emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Għandhom jinħarġu approvazzjonijiet lil organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, is-Subparti F, jew skont l-Anness II.” |
(5) |
L-Artikolu 8 hu emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Anness I (il-Parti-M) huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
L-Anness II (il-Parti-145) huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
(8) |
L-Anness III (il-Parti-66) huwa emendat skont fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
(9) |
It-test stipulat fl-Anness V ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Va (il-Parti-T). |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta' Awwissu 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(3) Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).
ANNESS I
L-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-werrej hu emendat kif ġej:
|
(2) |
Fil-punt M.1, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
Fil-punt M.A.201, il-punti (d), (e), (f), (g), (h), (i) u (j) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(4) |
Il-punt M.A.301 hu emendat kif ġej:
|
(5) |
Il-punt M.A.302 hu emendat kif ġej:
|
(6) |
Fil-punt M.A.305, il-punt 2 tal-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
(7) |
Il-punt M.A.306 hu emendat kif ġej:
|
(8) |
Il-punt M.A.402 jinbidel b'dan li ġej: “M.A.402 Twettiq ta' manutenzjoni Ħlief għall-manutenzjoni mwettqa minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont l-Anness II (il-Parti-145), kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li twettaq il-manutenzjoni għandha:
|
(9) |
Fil-punt M.A.403, il-punti (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(10) |
Fil-punt M.A.502, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:
|
(11) |
Fil-punt M.A.504, il-punt (b) jinbidel b'li ġej:
|
(12) |
Il-Punt M.A.601 jinbidel b'dan li ġej: “M.A.601 Kamp ta' applikazzjoni Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew il-kontinwazzjoni ta' approvazzjoni għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u l-komponenti li għandhom jiġi installati fuqhom li ma jintużawx minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008.”; |
(13) |
Il-punt M.A.606 jiġi emendat kif ġej: Il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:
|
(14) |
Fil-punt M.A.703, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
(15) |
Fil-punt M.A.704 il-punt (a), il-punt 9 jinbidel b'dan li ġej:
|
(16) |
Il-punt M.A.706 hu emendat kif ġej:
|
(17) |
Il-punt M.A.707 hu emendat kif ġej: Il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(18) |
Il-punt M.A.708 hu emendat kif ġej:
|
(19) |
Fil-punt M.A.709, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
(20) |
Fil-punt (a) tal-M.A.711, il-punti 1 u 2 jinbidlu b'dawn li ġejjin:
|
(21) |
Fil-punt M.A.712, il-punti (e) u (f) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(22) |
Fil-punt M.A.801, il-punti (c) u (d) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(23) |
Fil-punt M.A.803, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
(24) |
Il-punt M.A.901 hu emendat kif ġej:
|
(25) |
Fil-punt M.B.105, il-punt (a) jinbidel b'li ġej:
|
(26) |
Il-punti M.B.303 u M.B.304 jinbidlu b'dan li ġej: “M.B.303 Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru
M.B.304 Revoka u sospensjoni L-awtorità kompetenti għandha:
|
(27) |
Fil-punt M.B.701, il-punt (a) jinbdiel b'dan li ġej:
|
(28) |
Fil-punt M.B.703, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:
|
(29) |
Fil-M.B.902, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
(30) |
L-Appendiċi I jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi I Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
|
(31) |
L-Appendiċi VI jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi VI Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ġestjoni tal-Manutenzjoni tal-Ajrunavigabbiltà msemmija fl-Anness I (il-Parti M), is-Subparti G Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(32) |
Fl-Appendiċi VIII: Il-Manutenzjoni Limitata tal-Bdot-Sid, il-punt 1 tal-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness II (il-Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-werrej jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
Fil-punt 145.A.30, il-punti (h) u (i) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(3) |
Jiddaħħal il-punt 145.A.48 li ġej: “145.A.48 Twettiq tal-manutenzjoni L-organizzazzoni għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex jiġi żgurat li:
|
(4) |
Fil-punt 145.A.65, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
ANNESS III
L-Anness III (il-Parti-66) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punti 66.A.30, il-punt (a), il-punti 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:
|
(2) |
Fil-punt 66.A.70, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
L-Appendiċi V jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi V Il-Formola tal-Applikazzjoni – Il-Formola 19 tal-EASA: Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(4) |
L-Appendiċi VI jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi VI Liċenzja tal-Manutenzjoni ta' Inġenji tal-Ajru msemmija fl-Anness III (il-Parti-66): Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
ANNESS IV
L-Anness Va (il-Parti-T) li ġej jiżdied mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
“ANNESS Va
PARTI-T
Werrej
T.1 |
Awtorità kompetenti |
Taqsima A — |
Rekwiżiti tekniċi |
Is-Subparti A — |
ĠENERALI |
T.A.101 |
Kamp ta' Applikazzjoni |
Is-Subparti B — |
REKWIŻITI |
T.A.201 |
Responsabbiltajiet |
Is-Subparti E – |
ORGANIZZAZZJONI TA' MANUTENZJONI |
Subparti G — |
REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS I (PARTI-M) SUBPARTI G |
T.A.701 |
Kamp ta' applikazzjoni |
T.A.704 |
Espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
T.A.706 |
Rekwiżiti tal-persunal |
T.A.708 |
Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
T.A 709 |
Dokumentazzjoni |
T.A.711 |
Privileġġi |
T.A.712 |
Sistema ta' kwalità |
T.A.714 |
Żamma tar-rekords |
T.A.715 |
Validità kontinwa tal-approvazzjoni |
T.A.716 |
Sejbiet |
Taqsima B — |
Proċeduri għall-awtoritajiet kompetenti |
Is-Subparti A — |
ĠENERALI |
T.B.101 |
Kamp ta' applikazzjoni |
T.B.102 |
Awtorità kompetenti |
T.B.104 |
Żamma tar-rekords |
Is-Subparti B — |
KONTABBILTÀ |
T.B.201 |
Responsabbiltajiet |
T.B.202 |
Sejbiet |
Subparti G — |
REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS I (PARTI-M) SUBPARTI G |
T.B.704 |
Sorveljanza kontinwa |
T.B.705 |
Sejbiet |
T.1 Awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta' din il-Parti, l-awtorità kompetenti għas-sorveljanza tal-inġenji tal-ajru u l-organizzazzjonijiet għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru lill-operatur.
TAQSIMA A
REKWIŻITI TEKNIĊI
IS-SUBPARTI A
ĠENERALI
T.A.101 Kamp ta' Applikazzjoni
Din it-taqsima tistabbilixxi rekwiżiti biex tiżgura li tinżamm kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(b) f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness IV tar-Regolament Nru 216/2008
Tispeċifika wkoll il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-persuni u l-organizzazzjonijiet responsabbli mill-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u l-manutenzjoni ta' tali inġenji tal-ajru.
IS-SUBPARTI B
IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
T.A.201 Responsabbiltajiet
1. |
L-operatur hu responsabbli għall-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u għandu jiżgura li dan ma jitħaddimx sakemm:
|
2. |
Il-kompiti speċifikati fit-T.A.201 (1) għandhom jiġu kkontrollati mill-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-operatur. Għal dan il-għan l-organizzazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali tat-T.A. Is-Subparti G |
3. |
L-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija f'(2) għandha tiżgura li l-manutenzjoni u r-rilaxx tal-inġenju tal-ajru jitwettqu minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tas-Subparti E. Għal dan il-għan, meta l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti tas-subparti E stess, għandha tistabbilixxi kuntratt ma' tali organizzazzjonijiet. |
IS-SUBPARTI E
ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI
L-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha tiżgura li l-inġenju tal-ajru u l-komponeneti tiegħu jinżammu mill-organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(1) |
L-organizzazzjoni jkollha approvazzjoni għal organizzazzjoni ta' manutenzjoni maħruġa jew aċċettabbli mill-Istat tar-Reġistrazzjoni. |
(2) |
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-organizzazzjoni jinkludi l-kapaċità tal-inġenji tal-ajru u/jew il-komponenti xierqa. |
(3) |
L-organizzazzjoni tkun stabbilixxiet sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi li tiżgura li kwalunkwe kundizzjoni identifikata ta' inġenju tal-ajru jew komponent li tpoġġi f'riskju s-sikurezza tat-titjira tiġi rrappurtata lill-operatur, l-awtorità kompetenti tal-operatur, l-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tip jew id-disinn tat-tip supplimentali u l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. |
(4) |
L-organizzazzjoni tkun stabbilixxiet manwal tal-organizzazzjoni li jagħti deskrizzjoni tal-proċeduri tal-organizzazzjoni. |
SUPARTI G
REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS I (PARTI-M) SUBPARTI G
T.A.701 Kamp ta' applikazzjoni
Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati flimkien mar-rekwiżiti tal-Parti-M Subparti G minn organizzazzjoni approvata skont il-Parti-M Subparti G biex tikkontrolla l-kompiti speċifikati f'T.A.201
T.A.704 Espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Minbarra r-rekwiżiti ta' M.A.704 (a), l-espożizzjoni għandha tinkludi proċeduri li jispeċifikaw kif l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiżgura konformità mal-Parti-T
T.A.706 Rekwiżiti tal-persunal
Minbarra r-rekwiżiti tal-M.A.706, il-persunal tal-MA.706 (c) u (d) għandu jkollu għarfien xieraq tar-regolamenti applikabbli fil-pajjiżi terzi.
T.A.708 Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Minkejja M.A.708, għall-inġenji tal-ajru ġestiti skont ir-rekwiżiti tal-Parti-T, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata għandha:
(a) |
tiżgura li l-inġenju tal-ajru jittieħed f'organizzazzjoni ta' manutenzjoni kull meta jkun meħtieġ; |
(b) |
tiżgura li l-manutenzjoni titwettaq skont il-programm ta' manutenzjoni; |
(c) |
tiżgura l-applikazzjoni tal-informazzjoni obbligatorja ta' T.A.201 (1)(f); |
(d) |
tiżgura li kull difett skopert matul il-manutenzjoni skedata jew irrappurtat korrett mill-organizzazzjoni ta' manutenzjoni skont id-dejta dwar il-manutenzjoni aċċettabbli mill-Istat tar-Reġistrazzjoni; |
(e) |
tikkoordina l-manutenzjoni skedata, l-applikazzjoni tal-informazzjoni obbligatorja ta' T.A.201 (1)(f), is-sostituzzjoni tal-parts b'ħajja limitata, u l-ispezzjoni tal-komponenti biex jiġi żgurat li x-xogħol jitwettaq kif suppost; |
(f) |
timmaniġġja u tarkivja r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà meħtieġa minn T.A.201 (1)(j); |
(g) |
tiżgura li l-modifiki u t-tiswijiet jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-Istat tar-Reġistrazzjoni. |
T.A.709 Dokumentazzjoni
Minkejja M.A.709(a) u (b), għal kull inġenju tal-ajru ġestit skont ir-rekwiżiti tal-Parti-T, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandu jkollha u tuża dejta ta' manutenzjoni applikabbli aċċettabbli mill-Istat tar-Reġistrazzjoni.
T.A.711 Privileġġi
Organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont il-Parti-M tas-Subparti G tista' twettaq il-kompiti speċifikati f'T.A.708, sakemm dik l-organizzazzjoni tkun stabbilixxiet proċeduri, approvati mill-awtorità kompetenti, biex tiżgura konformità mal-Parti-T.
T.A.712 Sistema ta' kwalità
Minbarra r-rekwiżiti tal-M.A.712, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha tiżgura li s-sistema ta' kwalità tissorvelja li l-attivitajiet kollha ta' din is-Subparti jitwettqu skont il-proċeduri approvati.
T.A.714 Żamma tar-rekords
Minbarra r-rekwiżiti tal-M.A.714(a), l-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekords meħtieġa mit-T.A.201(1)(j).
T.A.715 Validità kontinwata tal-approvazzjoni
Minbarra l-kundizzjonijiet ta' M.A.715(a), għal organizzazzjoni li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont din is-Subparti, l-approvazzjoni għandha tibqa' valida sakemm:
(a) |
l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Parti-T; u |
(b) |
l-organizzazzjoni tiżgura li kwalunkwe persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti tingħata aċċess għal kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet, inġenji tal-ajru jew dokumenti tagħha li huma relatati mal-attivitajiet, inkluża kull attività sottokuntrattata, biex tiġi stabbilita konformità ma' din il-Parti. |
T.A.716 Sejbiet
Wara l-wasla ta' notifika tas-sejbiet skont T.B.705, l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha tiddefinixxi pjan ta' azzjoni korrettiv u turi azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti f'perjodu miftiehem ma' din l-awtorità.
IT-TAQSIMA B
PROĊEDURI ADDIZZJONALI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
IS-SUBPARTI A
ĠENERALI
T.B.101 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti li jieħdu ħsieb l-applikazzjoni u l-infurzar tat-Taqsima A ta' din il-Parti-T.
T.B.102 Awtorità kompetenti
1. Ġenerali
Stat Membru għandu jagħżel awtorità kompetenti b'responsabbiltajiet allokati kif imsemmi f'T.1. Din l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri dokumentati u struttura organizzattiva.
2. Riżorsi
In-numru ta' staff għandu jkun xieraq biex iwettaq ir-rekwiżiti kif spjegat f'din it-Taqsima
3. Kwalifiki u taħriġ
L-istaff kollu involut fl-attivitajiet tal-Parti-M għandu jkun kwalifikat kif xieraq u jkollu għarfien, esperjenza, taħriġ inizjali u taħriġ ta' kontinwazzjoni xierqa sabiex iwettaq il-kompiti allokati lilu.
4. Proċeduri
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura li tispjega kif tintlaħaq konformità ma' din il-Parti.
T.B.104 Żamma tar-rekords
1. |
Ir-rekwiżiti tal-M.B.104 (a), (b) u (c) tal-Anness I għandhom japplikaw. |
2. |
Ir-rekords minimi għas-sorveljanza ta' kull inġenju tal-ajru għandhom jinkludu, tal-anqas, kopja ta':
|
3. |
Kull rekord speċifikat f'T.B.104 għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni, fuq talba, lil Stat Membru ieħor, lill-Aġenzija jew lill-Istat tar-Reġistrazzjoni. |
4. |
Ir-rekords speċifikati f'(2) għandhom jinżammu sa erba' (4) snin wara t-tmiem ta' tal-perjodu tal-ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ. |
T.B.105 Skambju reċiproku ta' informazzjoni
Ir-rekwiżiti tal-M.B.105 tal-Anness I għandhom japplikaw.
IS-SUBPARTI B
RESPONSABBILTÀ
T.B.201 Responsabbiltajiet
1. |
L-awtoritajiet kompetenti kif speċifikat fit-T.1 huma responsabbli għat-twettiq ta' spezzjonijiet u investigazzjonijiet, inkluż stħarriġ fuq l-inġenji tal-ajru, sabiex jiġi vverifikat li hemm konformità mar-rekwiżiti ta' din il-Parti. |
2. |
L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet u investigazzjonijiet qabel l-approvazzjoni tal-ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ skont l-ARO.OPS.110 (a)(1), biex jiġi vverifikat li wara jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-A.T. 201. |
3. |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura l-koordinazzjoni mal-Istat tar-Reġistrazzjoni kif meħtieġ biex teżerċita r-responsabbiltajiet ta' sorveljanza tal-inġenji tal-ajru li jinsabu f'dan l-Anness Va (il-Parti-T). |
T.B.202 Sejbiet
1. |
Sejba tal-livell 1 hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti tal-Parti-T li jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u jpoġġi f'riskju serju s-sikurezza tat-titjira. |
2. |
Sejba tal-livell 2 hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-T li jista' jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u jpoġġi f'riskju serju s-sikurezza tat-titjira. |
3. |
Meta tiġi skoperta sejba matul l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet, l-istħarriġ fuq l-inġenju tal-ajru jew b'mezzi oħra, l-awtorità kompetenti għandha:
|
4. |
Għal sejbiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha titlob li tittieħed azzjoni korrettiva xierqa qabel titjir ieħor u tinnotifika lis-Stat tar-Reġistrazzjoni. |
IS-SUPARTI G
REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS I (IL-PARTI-M) IS-SUBPARTI-G
T.B.702 Approvazzjoni inizjali
Minbarra r-rekwiżiti tal-M.B.702, meta l-espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jkun fiha proċeduri biex timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi li dawk il-proċeduri jikkonformaw mal-Parti-T u għandha tivverifika li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti-T.
T.B.704 Sorveljanza kontinwa
Minbarra r-rekwiżiti tal-M.B.704, kampjun rilevanti tal-inġenji tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(2) ġestit mill-organizzazzjoni għandu jiġi mistħarreġ f'kull perjodu ta' 24 xahar.
T.B.705 Sejbiet
Minbarra r-rekwiżiti ta' M.B.705, għall-organizzazzjonijiet li jimmaniġġjaw l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtorità kompetenti għandha wkoll tieħu azzjoni meta matul il-verifiki, l-ispezzjonijiet tar-rampa jew b'mezzi oħra tinstab evidenza li turi nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-T.”