Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1489

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1489 tat-3 ta' Settembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238 u ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 231, 4.9.2015, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1489/oj

    4.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 231/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1489

    tat-3 ta' Settembru 2015

    dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238 u ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 10(1) sa (4) tiegħu, jistipula d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi li jitħalltu mal-foraġġ insilat.

    (2)

    Skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum MBS-LP-01 (NCIMB 30238) u tal-Pediococcus pentosaceus MBS-PP-01 (NCIMB 30237) iddaħħlu fir-Reġistru tal-Unjoni Ewropea tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta' addittivi tal-għalf, għall-ispeċi tal-annimali kollha.

    (3)

    Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu żewġ applikazzjonijiet biex il-preparazzjonijiet jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha, u ntalab li l-addittivi jitniżżlu fil-kategorija tal-“addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali tal-“addittivi tal-foraġġ insilat”. Dawn l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Fl-opinjonijiet tagħha tat-23 ta' Mejju 2012 (2) u l-11 ta' Settembru 2014 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjonijiet ikkonċernati ma għandhomx effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li t-taħlita ta' preparazzjonijiet ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237 u Lactobacillus plantarum NCIMB 30238, meta jintużaw fi proporzjon ta' 8:2, għandha l-potenzjal li ttejjeb il-preservazzjoni ta' nutrijenti fil-foraġġ insilat ippreparat minn materjal li jinħażen fis-sajlo, jew b'mod faċli jew b'daqsxejn diffikultà jew b'mod diffiċli. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Iż-żewġ applikazzjonijiet ġew ivvalutati separatament għas-sikurezza u l-effikaċja, iżda l-Awtorità kkonkludiet li l-effikaċja ntweriet biss fit-taħlita ppreparata fi proporzjoni preċiża tat-tnejn li huma. Għalhekk qed jiġi propost li tiġi awtorizzata preparazzjoni waħda biss. Il-valutazzjoni tal-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum NCIMB 30238 u Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif inhu speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (6)

    Billi mhijiex meħtieġa minnufih l-applikazzjoni tat-tibdiliet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni minħabba raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjoni

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-foraġġ insilat”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Miżuri tranżizzjonali

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih din il-preparazzjoni, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-24 ta' Marzu 2016 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel l-24 ta' Settembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jiġu eżawriti l-ħażniet eżistenti.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Settembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  EFSA Journal 2012; 10(6):2732 u 2733.

    (3)  EFSA Journal 2014; 12(9):3829.


    ANNESS

    Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta' materjal frisk

    Il-kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tal-ħżin tal-foraġġ insilat

    1k21008

    Lactobacillus plantarum

    NCIMB 30238

    Pediococcus pentosaceus

    NCIMB 30237

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238 li fiha minimu ta' 2,0 × 1010 CFU/g addittiv u ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237 li fiha minimu ta' 2,6 × 1010 CFU/g addittiv.

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Ċelloli vijabbli ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238 u ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237.

    Metodu analitiku  (1)

    Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238: metodu tat-tifrix bl-użu ta' MSR agar (EN 15787).

    Identifikazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE).

    Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237: metodu tat-tifrix (EN 15786)

    Indentifikazzjoni ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237: elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

    L-ispeċijiet kollha tal-annimali

    1.

    Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti, agħti l-kundizzjonijiet għall-ħżin.

    2.

    Kontenut minimu ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238 u Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237: 1 × 108 CFU (proporzjon 1:4) għal kull kg ta' materjal frisk.

    3.

    Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li jintużaw forom ta' protezzjoni għall-imnifsejn u l-għajnejn u anke l-ingwanti waqt l-immaniġġjar.

    l-24 ta' Settembru 2025


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fuq l-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Top