Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1363

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1363 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 210, 7.8.2015, p. 24–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1363/oj

    7.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 210/24


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1363

    tas-6 ta' Awwissu 2015

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

    (3)

    L-Istati Uniti huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċertu partijiet tat-territorju tiegħu, għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta wara t-tifqigħat ta' HPAI fl-Istati ta' Indiana u Nebraska mir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 (4), (UE) 2015/342 (5), (UE) 2015/526 (6), (UE) 2015/796 (7), (UE) 2015/1153 (8) and lastly by (EU) 2015/1220 (9).

    (4)

    Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (10) fih provvedimenti biex jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

    (5)

    Wara t-tifqigħat tal-HPAI fl-Istati ta' Nebraska u ta' Indiana, l-ebda Stat ieħor tal-Istati Uniti ma ġie infettat bl-HPAI. L-Istati Uniti implimentaw politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti komplew jissospendu l-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti tat-tjur maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-territorju kollu tal-Istati affettwati jew minn partijiet minnhom li jkunu tqiegħdu taħt restrizzjonijiet u li huma soġġetti għall-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni tal-Unjoni.

    (6)

    L-Istati Uniti ppreżentaw ukoll informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, jixraq li tiġi modifikata l-projbizzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti biex jiġu koperti biss ċertu partijiet tal-Istati ta' Indiana, ta' Nebraska u ta' South Dakota, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat preċedenti.

    (7)

    Barra minn hekk, l-Istati Uniti rrapportaw it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u ta' diżinfettar wara l-qerda tat-tjur f'azjendi fl-Istati ta' Arkansas, ta' California, ta' Indiana u ta' Missouri fejn ġew skoperti tifqigħat tal-HPAI bejn Frar u Mejju 2015. Għalhekk jixraq li jiġu indikati d-dati meta ż-żoni tat-territorju affettwati f'dawn l-Istati, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji minħabba dawk it-tifqigħat, jistgħu jitqiesu ħielsa mill-ġdid mill-HPAI u jerġgħu jkunu awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dawk iż-żoni.

    (8)

    Għaldaqstant, l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

    (9)

    Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Awwissu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 5).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 tat-2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 31).

    (6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/526 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward ta' tifqigħat oħra tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 30).

    (7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/796 tal-21 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż (ĠU L 127, 22.5.2015, p. 9).

    (8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1153 tal-14 ta' Lulju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż (ĠU L 187, 15.7.2015, p. 10).

    (9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1220 tal-24 ta' Lulju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istati ta' Indiana u Nebraska (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 1).

    (10)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika fuq miżuri ta' saħħa biex jipproteġu s-saħħa pubblika u saħħet l-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti minn annimali, kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


    ANNESS

    Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tinbidel b'dan li ġej:

    Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

    Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

    Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

    Ċertifikat veterinarju

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja

    Status tat-tilqim tal-influwenza avjarja

    Status tal-kontroll tas-salmonella

    Mudell(i)

    Garanziji addizzjonali

    Data tal-għeluq (1)

    Data tal-ftuħ (2)

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    6 A

    6B

    7

    8

    9

    “US — L-Istati Uniti

    US-0

    Il-pajjiż kollu

    SPF

     

     

     

     

     

     

     

    EP, E

     

     

     

     

     

     

    S4

    US-1

    Iż-żona tal-Istati Uniti, minbarra t-territorju US-2

    BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA

     

    N

     

     

    A

     

    S3, ST1”

    WGM

    VIII

     

     

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

     

     

     

     

     

    US-2

    Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal:

     

     

     

     

     

     

     

     

    US-2.1

    L-Istat ta' Washington:

     

    Il-Kontea ta' Benton

     

    Il-Kontea ta' Franklin

    WGM

    VIII

    P2

    19.12.2014

    7.4.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    US-2.2

    L-Istat ta' Washington:

    Il-Kontea ta' Clallam

    WGM

    VIII

    P2

    19.12.2014

    11.5.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    US-2.3

    L-Istat ta' Washington:

    Il-Kontea ta' Okanogan (1):

    (a)

    It-Tramuntana: Ibda fl-intersezzjoni ta' bejn US 97 WA 20 u S.Janis Road u ikser fuq il-lemin għal S Janis Road. Ikser fuq ix-xellug għal McLaughlin Canyon Road, ikser fuq il-lemin għal Hardy Road, u mbagħad dur fuq ix-xellug għal Chewilken Valley Road.

    (b)

    Il-Lvant: Minn Chewilken Valley Road dur fuq il-lemin għal JH Green Road, ikser fuq ix-xellug għal Hosheit Road, erġa' ikser fuq ix-xellug għal Tedrow Trail Road, u ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal Brown Pass Road sal-linja tal-fruntiera ta' Colville Tribe. Imxi lejn il-Punent mal-linja tal-fruntiera ta' Colville Tribe u wara imxi lejn in-Nofsinhar sa ma taqsam il-US 97 WA 20.

    (c)

    In-Nofsinhar: Ikser fuq il-lemin għal US 97 WA 20, wara ikser fuq ix-xellug għal Cherokee Road, imbagħad dur fuq il-lemin għal Robinson Canyon Road. Ikser fuq ix-xellug għal Bide A Wee Road, erġa' ikser fuq ix-xellug għal Duck Lake Road, dur fuq il-lemin għal Soren Peterson Road, dur fuq ix-xellug għal Johnson Creek Road, u mbagħad ikser fuq il-lemin għal George Road. Ikser fuq ix-xellug għal Wetherstone Road u mbagħad ikser fuq il-lemin għal Eplay Road.

    (d)

    Il-Punent: Minn Eplay Road ikser fuq il-lemin għal Conconully Road/6th Avenue N., ikser fuq ix-xellug għal Green Lake Road, wara dur fuq il-lemin għal Salmon Creek Road, erġa' dur fuq il-lemin għal Happy Hill Road u fl-aħħar ikser fuq ix-xellug għal Conconully Road (li tiġi fil-Main Street). Ikser fuq il-lemin għal Broadway, ikser fuq ix-xellug għal C Street, wara dur fuq il-lemin għal Lake Street E, erġa' dur fuq il-lemin għal Sinlahekin Road, ikser darba oħra fuq il-lemin għal S. Fish Lake Road, u erġa' ikser fuq il-lemin għal Fish Lake Road. Dur fuq ix-xellug għal N. Pine Creek Road, ikser fuq il-lemin għal Henry Road (li tiġi fl-N. Pine Creek Road), wara ikser fuq il-lemin għal Indian Springs Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Hwy 7 biex tispiċċa fil-US 97 WA 20.

    WGM

    VIII

    P2

    29.1.2015

    16.6.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.4

    L-Istat ta' Washington:

    Il-kontea ta' Okanogan (2):

    (a)

    It-Tramuntana: Ibda fejn US Hwy 97 taqsam il-fruntiera Kanadiża, kompli lejn il-Lvant matul il-fruntiera Kanadiża u wara dur fuq il-lemin għal 9 Mile Road (County Hwy 4777).

    (b)

    Il-Lvant: Minn 9 Mile Road dur fuq il-lemin għal Old Hwy 4777 li tagħti għan-Nofsinhar għal Molson Road. Ikser fuq il-lemin għal Chesaw Road, dur fuq ix-xellug għal Forest Service 3525, u erġa' ikser fuq ix-xellug għal Forest Development Road 350, li tispiċċa f'Forest Development Road 3625. Minn hemm imxi lejn il-Punent u dur fuq ix-xellug għal Forest Service 3525, ikser fuq il-lemin għal Rone Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Box Spring Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal Mosquito Creek Road, u fl-aħħar ikser fuq il-lemin għal Swanson Mill Road.

    (c)

    In-Nofsinhar: Minn Swanson Mill Road ikser fuq ix-xellug għal O'Neil Road u wara imxi lejn in-Nofsinhar f'US 97. Dur fuq il-lemin għal Ellis Forde Bridge Road, ikser fuq ix-xellug għal Janis Oroville (SR 7), wara ikser fuq il-lemin għal Loomis Oroville Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Wannacut Lake Road, ikser fuq ix-xellug għal Ellemeham Mountain Road, erġa' dur fuq ix-xellug għal Earth Dam Road, ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal triq bla isem, ikser fuq il-lemin għal triq bla isem, imbagħad dur fuq il-lemin għal triq oħra bla isem, ikser fuq ix-xellug għal triq bla isem u fl-aħħar dur fuq ix-xellug għal triq oħra bla isem.

    (d)

    Il-Punent: Mit-triq bla isem dur fuq il-lemin għal Loomis Oroville Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal Smilkameen Road sal-fruntiera Kanadiża.

    WGM

    VIII

    P2

    3.2.2015

    6.5.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.5

    L-Istat ta' Oregon:

    Il-Kontea ta' Douglas

    WGM

    VIII

    P2

    19.12.2014

    23.3.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    US-2.6

    L-Istat ta' Oregon:

    Il-Kontea ta' Deschutes

    WG

    VIII

    P2

    14.2.2015

    19.5.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    US-2.7

    L-Istat ta' Oregon:

    Il-Kontea ta' Malheur

    WGM

    VIII

    P2

    20.1.2015

    11.5.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    L-Istat ta' Idaho:

     

    Il-Kontea ta' Canyon

     

    Il-Kontea ta' Payette

    WGM

    VIII

    P2

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    US-2.8

    L-Istat ta' California:

    Il-Kontea ta' Stanislaus/Il-Kontea ta' Tuolumne:

    Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

    (a)

    It-Tramuntana: 2,5 mili Lvant mill-intersezzjoni bejn State Hwy. 108 u Williams Road.

    (b)

    Il-Grigal: 1,4 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn Rock River Dr. u Tulloch Road.

    (c)

    Il-Lvant: 2,0 mili Majjistral mill-intersezzjoni bejn Milpitas Road u Las Cruces Road.

    (d)

    Ix-Xlokk: 1,58 mili Lvant mit-tarf tat-Tramuntana ta' Rushing Road.

    (e)

    In-Nofsinhar: 0,70 mili Nofsinhar mill-intersezzjoni bejn State Highway132 u Crabtree Road.

    (f)

    Il-Lbiċ: 0,8 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn Hazel Dean Road u Loneoak Road.

    (g)

    Il-Punent: 2,5 mili Lbiċ mill-intersezzjoni bejn Warnerville Road u Tim Bell Road.

    (h)

    Il-Majjistral: 1,0 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn CA-120 u Tim Bell Road.

    WGM

    VIII

    P2

    23.1.2015

     

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    5.5.2015

     

     

     

    US-2.9

    L-Istat ta' California:

    Il-Kontea ta' Kings:

    Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

    (a)

    It-Tramuntana: 0,58 mili Tramuntana minn Kansas Avenue

    (b)

    Il-Grigal: 0,83 mili Lvant minn CA-43.

    (c)

    Il-Lvant: 0,04 mili Lvant minn 5th Avenue

    (d)

    Ix-Xlokk: 0,1 mili Lvant mill-intersezzjoni bejn Paris Avenue u 7th Avenue

    (e)

    In-Nofsinhar: 1,23 mili Tramuntana minn Redding Avenue

    (f)

    Il-Lbiċ: 0,6 mili Punent mill-intersezzjoni ta' Paris Avenue u 15th Avenue

    (g)

    Il-Punent: 1,21 mili Lvant minn 19th Avenue

    (h)

    Il-Majjistral: 0,3 mili Tramuntana mill-intersezzjoni ta' Laurel Avenue u 16th Avenue

    WGM

    VIII

    P2

    12.2.2015

     

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    26.5.2015

     

     

     

    US-2.10

    L-Istat ta' Minnesota:

    WGM

    VIII

    P2

    5.3.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.11.1

    L-Istat ta' Missouri:

     

    Il-Kontea ta' Jasper

     

    Il-Kontea ta' Barton

    WGM

    VIII

    P2

    8.3.2015

    18.6.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.11.2

    L-Istat ta' Missouri:

     

    Il-Kontea ta' Moniteau

     

    Il-Kontea ta' Morgan

    WGM

    VIII

    P2

    10.3.2015

    11.6.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.11.3

    L-Istat ta' Missouri:

    Il-Kontea ta' Lewis

    WGM

    VIII

    P2

    5.5.2015

    20.9.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.13

    L-Istat ta' Arkansas:

     

    Il-Kontea ta' Boone

     

    Il-Kontea ta' Marion

    WGM

    VIII

    P2

    11.3.2015

    13.7.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.14

    L-Istat ta' Kansas:

     

    Il-Kontea ta' Leavenworth

     

    Il-Kontea ta' Wyandotte

    WGM

    VIII

    P2

    13.3.2015

    12.6.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

    US-2.15

    L-Istat ta' Kansas:

     

    Il-Kontea ta' Cherokee

     

    Il-Kontea ta' Crawford

    WGM

     

    P2

    9.3.2015

    18.6.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.16

    L-Istat ta' Montana:

     

    Il-Kontea ta' Judith Basin

     

    Il-Kontea ta' Fergus

    WGM

    VIII

    P2

    2.4.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.17

    L-Istat ta' North Dakota:

    WGM

    VIII

    P2

    11.4.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

     

     

     

     

    US-2.18

    L-Istat ta' South Dakota

     

    Il-Kontea ta' Beadle

     

    Il-Kontea ta' Bon Homme

     

    Il-Kontea ta' Brookings

     

    Il-kontea ta' Brown

     

    Il-kontea ta' Hutchinson

     

    Il-kontea ta' Kingsbury

     

    Il-kontea ta' Lake

     

    Il-Kontea ta' McCook

     

    Il-Kontea ta' McPherson

     

    Il-Kontea ta' Minnehaha

     

    Il-Kontea ta' Moody

     

    Il-Kontea ta' Roberts

     

    Il-Kontea ta' Spink

     

    Il-Kontea ta' Yankton

    WGM

    VIII

    P2

    1.4.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.19.1

    L-Istat ta' Wisconsin:

    Il-Kontea ta' Barron

    WGM

    VIII

    P2

    16.4.2015

    18.8.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.19.2

    L-Istat ta' Wisconsin:

    Il-Kontea ta' Jefferson

    WGM

    VIII

    P2

    11.4.2015

    17.8.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.19.3

    L-Istat ta' Wisconsin:

    Il-Kontea ta' Chippewa

    WGM

    VIII

    P2

    23.4.2015

    29.7.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.19.4

    L-Istat ta' Wisconsin:

    Il-Kontea ta' Juneau

    WGM

    VIII

    P2

    17.4.2015

    6.8.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.20

    L-Istat ta' Iowa:

    WGM

    VIII

    P2

    14.4.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.21

    L-Istat ta' Indiana:

    Il-Kontea ta' Whitley

    WGM

    VIII

    P2

    10.5.2015

    8.8.2015

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2

    US-2.22

    L-Istat ta' Nebraska:

     

    Il-Kontea ta' Dakota

     

    Il-Kontea ta' Dixon

     

    Il-Kontea ta' Thurston

     

    Il-Kontea ta' Wayne

    WGM

    VIII

    P2

    11.5.2015

     

     

     

     

    POU, RAT

     

    N

    P2


    Top