Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1342

    Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1342 tat-22 ta' April 2015 li jemenda l-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont l-attività mniżżla fl-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2015/2590

    ĠU L 207, 4.8.2015, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/1342/oj

    4.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 207/35


    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1342

    tat-22 ta' April 2015

    li jemenda l-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont l-attività mniżżla fl-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 (ESA 2010) hija sistema ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali mfassla biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-politika ekonomika, soċjali u reġjonali tal-Unjoni.

    (2)

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jistipula l-klassifikazzjoni tal-prodotti skont l-attività (CPA), ġie adottat biex jirrifletti r-rekwiżiti tal-Unjoni fil-qasam tal-istatistika. Ġie ssostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1209/2014 (3).

    (3)

    Ir-referenzi li jsiru fis-sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 2010) tal-klassifiki tal-prodotti skont l-attività (CPA) jridu jaqblu mal-klassifiki ġodda stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1209/2014.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 għandu jiġi emendat skont dan,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 jiġi emendat b'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1209/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistika ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (ĠU L 336, 22.11.2014, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 huwa emendat kif ġej:

    1.

    It-termini “CPA Rev. 2” u “CPA 2008” huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “CPA”.

    2.

    Fl-Anness 7.1, it-terminu “Gruppi 261: tagħmir u bords elettroniċi” huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Gruppi 261: komponenti u bords elettroniċi”.

    3.

    Il-Kapitolu 23 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fit-Tabella P*3 il-paragrafu “Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri; prodotti mmanifatturati; ġestjoni tal-elettriku, tal-gass, tal-ilma u tal-iskart; kostruzzjonijiet u xogħol ta' kostruzzjoni” huwa sostitwit bil-paragrafu li ġej:

    “Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri; prodotti mmanifatturati; l-elettriku, il-gass, il-fwar u l-arja kkundizzjonata; il-provvista tal-ilma; is-sistemi ta' dranaġġ, il-ġestjoni tal-iskart u s-servizzi ta' rimedju; kostruzzjonijiet u xogħlijiet ta' kostruzzjoni”.

    (b)

    It-Tabella P*10 hija emendata kif ġej:

    (i)

    “Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri; prodotti mmanifatturati; ġestjoni tal-elettriku, tal-gass, tal-ilma u tal-iskart” tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

    “Tħaffir fil-minjieri u fil-barrieri; prodotti mmanifatturati; l-elettriku, il-gass, il-fwar u l-arja kkundizzjonata; provvista tal-ilma; sistemi ta' dranaġġ, ġestjoni tal-iskart u servizzi ta' rimedju”;

    (ii)

    “Kostruzzjonijiet u xogħol ta' kostruzzjoni” tiġi ssostitwita minn “Kostruzzjonijiet u xogħlijiet ta' kostruzzjoni”;

    (iii)

    “Servizzi ta' kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; servizzi ta' tiswija ta' vetturi bil-mutur u ta' muturi; servizzi ta' trasport u ta' ħżin; akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel” huwa mibdul b'dan li ġej:

    “Servizzi ta' kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; servizzi ta' tiswija ta' vetturi bil-mutur u ta' muturi; servizzi ta' trasport u ta' ħżin; servizzi ta' akkomodazzjoni u tal-ikel”;

    (iv)

    “servizzi amministrattivi u ta' sostenn” huwa mibdul b'dan li ġej:

    “servizzi amministrattivi u ta' sostenn”;

    (v)

    “Servizzi ta' amministrazzjoni pubblika u ta' difiża; servizzi ta' sigurtà soċjali obbligatorja; edukazzjoni; servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali” huwa sostitwit b'dan li ġej;

    “Servizzi ta' amministrazzjoni pubblika u ta' difiża; servizzi ta' sigurtà soċjali obbligatorja; servizzi tal-edukazzjoni; servizzi marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali”;

    (vi)

    “Servizzi ta' arti, ta' divertiment u ta' rikreazzjoni, tiswija ta' prodotti tal-unitajiet domestiċi u servizzi oħra” huwa sostitwit minn dan li ġej:

    “Servizzi ta' arti, ta' divertiment u ta' rikreazzjoni; servizzi oħra; servizzi ta' unitajiet domestiċi bħala dawk li jħaddmu; oġġetti u servizzi mhux differenzjati pprodotti minn unitajiet domestiċi għall-użu proprju; servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u korpi barra mit-territorju”.

    (c)

    It-Tabella P*38 hija emendata kif ġej:

    (i)

    “Tessuti, ilbies u prodotti tal-ġilda” huwa sostitwit b'dan li ġej: “Tessuti; ilbies; prodotti tal-ġilda u oħrajn relatati”;

    (ii)

    “Prodotti tal-injam u tal-karta, u servizzi tal-istampar” huwa sostitwit minn dan “Prodotti tal-injam u tal-karta, u servizzi tal-istampar u ta' reġistrar”;

    (iii)

    [ma japplikax għall-Malti]

    (iv)

    [ma japplikax għall-Malti]

    (d)

    It-Tabella P*64 hija emendata kif ġej:

    (i)

    “irkupru ta' materjali” huwa sostitwit b'dan li ġej: “servizzi ta' irkupru ta' materjali”;

    (ii)

    [Ma japplikax għall-Malti]

    (e)

    [Ma japplikax għall-Malti]


    Top