EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1328

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1328 tal-31 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 206, 1.8.2015, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1328/oj

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/20


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1328

tal-31 ta' Lulju 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1337 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK biex testendi sal-14 ta' Jannar 2016 l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 20(14) dwar atti u tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta' entitajiet elenkati sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-obbligi previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 jew f'kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta' tali obbligi fejn il-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavati derivati mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimborż ta' ammonti pendenti fir-rigward ta' kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 lill-persuni u entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew fil-ġurisdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament għal tali rimborżi.

(3)

Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat, u għalhekk, sabiex tiġi implimentata, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt (b) tal-Artikolu 28a tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, il-kliem “sat-30 ta' Ġunju 2015” huma sostitwiti bil-kliem “sal-14 ta' Jannar 2016”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1337 tal-31 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ara l-paġna 68 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top