This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1136
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1136 of 13 July 2015 amending Implementing Regulation (EU) No 402/2013 on the common safety method for risk evaluation and assessment (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1136 tat-13 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 dwar il-metodu komuni ta' sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1136 tat-13 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 dwar il-metodu komuni ta' sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 185, 14.7.2015, p. 6–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1136
tat-13 ta' Lulju 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 dwar il-metodu komuni ta' sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2004/49/KE, il-metodi komuni ta' sikurezza għandhom jiddaħħlu gradwalment biex jiġi żgurat li jinżamm livell għoli ta' sikurezza, meta u fejn meħtieġ, u li jkunu raġonevolment prattikabbli, biex dan il-livell jitjieb. |
(2) |
Fit-12 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni ħarġet mandat għall-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Aġenzija”) skont id-Direttiva 2004/49/KE biex temenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 (2). Ir-reviżjoni ta' dan ir-Regolament kienet meħtieġa biex jitqiesu bidliet oħra fir-rwoli u fir-responsabbiltajiet tal-korp ta' valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament u l-kriterji armonizzati addizzjonali tal-aċċettazzjoni tar-riskji li jistgħu jintużaw għall-valutazzjoni tal-aċċettabbiltà tar-riskji li jinħolqu min-nuqqasijiet ta' sistemi tekniċi f'każijiet fejn il-proponent jagħżel li juża l-prinċipju ta' stima espliċita tar-riskji. Kien hemm bżonn ta' verifika li, bl-inklużjoni tal-kriterji armonizzati addizzjonali tal-aċċettazzjoni tar-riskji msemmija hawn fuq, mill-inqas jinżamm il-livell attwali tas-sikurezza ferrovjarja, kif inhu meħtieġ mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/49/KE. Dan kien jeħtieġ ħafna iktar żmien minn dak mistenni u għalhekk il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 (3) li żamm l-uniku kriterju tal-aċċettazzjoni tar-riskji li diġà jinsab fir-Regolament (KE) Nru 352/2009. |
(3) |
Il-valutazzjoni tal-impatt li twettqet minħabba l-bidliet li ddaħħlu mir-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 402/2013 inkludiet l-analiżi tal-kriterji armonizzati tal-aċċettazzjoni tar-riskji għas-sistemi tekniċi. Ir-rapport enfasizza l-importanza li fil-metodu komuni ta' sikurezza jiġu inklużi kriterji addizzjonali tal-aċċettazzjoni tar-riskji li mhumiex stipulati fir-Regolament attwali. Dawn il-kriterji għandhom jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri ta' subsistemi strutturali u ta' vetturi konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-interoperabbiltà ferrovjarja. |
(4) |
Sabiex issir distinzjoni bejn l-aċċettazzjoni tar-riskji assoċjati mas-sistemi tekniċi u l-aċċettazzjoni tar-riskji operazzjonali u tar-riskju ġenerali fil-livell tas-sistema ferrovjarja, it-terminu “kriterji tal-aċċettazzjoni tar-riskji” fis-sistemi tekniċi għandu jinbidel f'“miri armonizzati ta' disinn” għal dawn is-sistemi tekniċi. Il-miri armonizzati ta' disinn proposti f'dan ir-Regolament jistgħu jintużaw biex juru l-aċċettabbiltà tar-riskji li jinħolqu min-nuqqasijiet ta' funzjonijiet ta' sistema teknika, f'każijiet fejn il-proponent jagħżel li juża l-prinċipju ta' stima espliċita tar-riskji. Għandhom jiġu emendati xi definizzjonijiet biex jirriflettu l-bidliet riċenti li saru fit-terminoloġija u jiżdiedu xi definizzjonijiet ġodda. |
(5) |
L-Aġenzija ppreżentat ir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar l-emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 imfassla biex tindirizza l-għan pendenti tal-mandat tal-Kummissjoni dwar il-miri armonizzati ta' disinn. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/49/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2015
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 tal-24 ta' April 2009 dwar l-adozzjoni ta' metodu komuni tas-sikurezza dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 tat-30 ta' April 2013 dwar il-metodu komuni ta' sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 352/2009 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 8).
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt 2.5.1 jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
Il-punti 2.5.4 sa 2.5.7 jinbidlu b'dan li ġej:
|
(3) |
Jiżdiedu l-punti 2.5.8 sa 2.5.12 li ġejjin:
(*) Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).”" |