EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32015R1125
Commission Regulation (EU) 2015/1125 of 10 July 2015 amending Regulation (EC) No 1881/2006 as regards maximum levels for polycyclic aromatic hydrocarbons in Katsuobushi (dried bonito) and certain smoked Baltic herring (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1125 tal-10 ta' Lulju 2015 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-oġġetti tal-ikel fil-Katsuobushi (bonito mnixxef) u ċerti aringi tal-Atlantiku affumikati (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1125 tal-10 ta' Lulju 2015 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-oġġetti tal-ikel fil-Katsuobushi (bonito mnixxef) u ċerti aringi tal-Atlantiku affumikati (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 184, 11.7.2015, p. 7–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
11.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1125
tal-10 ta' Lulju 2015
li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-oġġetti tal-ikel fil-Katsuobushi (bonito mnixxef) u ċerti aringi tal-Atlantiku affumikati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1881/2006 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) fl-ikel. |
(2) |
Skont dak ir-Regolament, il-livelli massimi ta' PAHs iridu jkunu mingħajr periklu, u baxxi kemm jista' jkun (l-ALARA) imsejsa fuq prattiki tajba tal-fabbrikazzjoni tat-tnixxif u tal-biedja/is-sajd. Fl-2011, id-dejta għall-ħut affumikat wera li livelli massimi aktar baxxi ta' PAHs kienu jistgħu jintlaħqu u dawn ġew stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2011 (3). Madankollu, f'xi każijiet, kien hemm il-bżonn ta' adattament tat-teknoloġija tal-affumikar. Għalhekk perjodu tranżitorju ta' tliet snin ġie mogħti qabel ma jibdew japplikaw il-livelli massimi aktar baxxi mill-1 ta' Settembru 2014. |
(3) |
Il-Katsuobushi huwa ikel tradizzjonali Ġappuniż prodott magħmul mill-bonito. Il-proċess ta' manifattura tiegħu jinvolvi t-tqattigħ felli felli, it-tgħollija u d-dissussar segwit minn iffumikar/proċess ta' tnixxif matul il-kombustjoni tal-injam. Evidenza reċenti ġiet provduta mill-awtoritajiet Ġappuniżi li turi li, minkejja l-applikazzjoni ta' prattiki ta' affumikar tajba sa fejn ikun possibbli, il-livelli aktar baxxi ta' PAHs ma jistgħux jintlaħqu għal dak il-prodott. Għalhekk huwa xieraq li jinbidlu l-livelli massimi preżenti ta' PAHs fil-Katsuobushi f'dawk applikabbli qabel l-1 ta' Settembru 2014. |
(4) |
L-isem tal-prodott “Sprotid” huwa isem tradizzjonali fl-Estonja għal prodott li tradizzjonalment jista' jinkludi kemm il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-aringi tal-Baltiku (Clupea harengus membras) skont l-istaġun u d-disponibbiltà. Iż-żewġ ħutiet huma ta' daqs komparabbli u huma kklassifikati bħala ħut fuq skala żgħira. It-tikketta ta' “Sprotid” ssemmi jekk il-prodott ikun fih laċċa kaħla jew aringi tal-Baltiku jew taħlita, bi proporzjoni ta' kull speċi ta' ħut preżenti. Għal dan l-proċess tal-affumikar aringi żgħar tal-Baltiku huma l-istess bħal dak applikat għal aringi żgħar u konsegwentement livelli ta' PAHs fl-aringi żgħar tal-Baltiku huma simili għal dawk misjuba f'laċċa kaħla affumikata. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit l-istess livell massimu għal aringa Baltika affumikata żgħira u aringi żgħar iffumigati fil-bott kemm għal-laċċa kaħla iffumikata kif ukoll għal laċċa kaħla iffumikata fil-bott. |
(5) |
Il-leġiżlazzjoni relatata mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura ġiet sostitwita u jwasslu għall-ħtieġa ta' bidliet għal ċerti noti tal-aħħar. Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2011 tad-19 ta' Awwissu 2011 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 215, 20.8.2011, p. 4).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Taqsima 6: Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi mibdula b'dan li ġej: “Taqsima 6: Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi
|
(2) |
In-nota tat-tmiem (26) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(3) |
In-nota tat-tmiem (36) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|