This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1106
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1106 of 8 July 2015 amending Implementing Regulations (EU) No 540/2011 and (EU) No 1037/2012 as regards the conditions of approval of the active substance isopyrazam (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1106 tat-8 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) Nru 1037/2012 fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva isopirażam (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1106 tat-8 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) Nru 1037/2012 fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva isopirażam (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 181, 9.7.2015, p. 70–71
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/70 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1106
tat-8 ta' Lulju 2015
li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) Nru 1037/2012 fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva isopirażam
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2012 (2) approva l-isopirażam bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bil-kundizzjoni li l-applikant għall-approvazzjoni, Syngenta Crop Protection AG (“l-applikant”), jippreżenta informazzjoni ta' konferma dwar ir-rilevanza tal-metaboliti CSCD 459488 u CSCD 459489 għall-ilma ta' taħt l-art, u elenkaha fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). L-informazzjoni ta' konferma kellha tiġi preżentata lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sal-31 ta' Marzu 2015. |
(2) |
Fi Frar 2014, l-applikant informa lill-Kummissjoni li kien mistenni li l-informazzjoni ta' konferma meħtieġa ma tkunx kollha disponibbli sad-data ta' skadenza stabbilita fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) Nru 1037/2012. L-applikant iddikjara li dan id-dewmien kien dovut għall-ħtieġa li jiġu żviluppati protokolli tal-ittestjar adegwati u ppreżenta l-pjan ta' ħidma tiegħu biex jiġġenera dik l-informazzjoni. |
(3) |
Ir-Renju Unit, bħala l-Istat Membru relatur għall-isopirażam, ivvaluta l-informazzjoni ppreżentata mill-applikant u f'Settembru 2014 informa lill-Kummissjoni li huwa jqis li t-talba tal-applikant għall-estensjoni tad-data ta' skadenza għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni ta' konferma hija ġġustifikata, u li l-pjan ta' ħidma ppreżentat mill-applikant huwa realistiku u adegwat. |
(4) |
Għalhekk, jidher li t-talba hija ġġustifikata sabiex tippermetti lill-applikant jiġġenera l-informazzjoni meħtieġa f'perjodu ta' żmien raġonevoli. |
(5) |
Fit-30 ta' Marzu 2015, l-applikant ippreżenta dokument sommarju li jirrapporta l-informazzjoni ġġenerata sa issa, u li jistabbilixxi l-pjan ta' ħidma finali għall-ġenerazzjoni tal-informazzjoni pendenti. |
(6) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata l-approvazzjoni tal-isopirażam, u li d-data ta' skadenza għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni ta' konferma tiġi estiża sal-31 ta' Lulju 2017. |
(7) |
Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) Nru 1037/2012 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(8) |
Minħabba l-fatt li d-data ta' skadenza għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni ta' konferma dwar l-isopirażam diġà għaddiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 27, isopirażam, tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-aħħar paragrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“L-applikant għandu jippreżenta din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Lulju 2017.”
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1037/2012
Fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1037/2012, l-aħħar paragrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“L-applikant għandu jippreżenta din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-31 ta' Lulju 2017.”
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2012 tas-7 ta' Novembru 2012 li japprova s-sustanza attiva isopirażim, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 308, 8.11.2012, p. 15).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).