This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1062
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1062 of 2 July 2015 amending Council Regulation (EC) No 329/2007 concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1062 tat-2 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1062 tat-2 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ĠU L 174, 3.7.2015, p. 16–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1062
tat-2 ta' Lulju 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ntgħażlu mill-Kunsill, huma koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-2 ta' Lulju 2015, il-Kunsill iddeċieda li jżid entità waħda u sitt persuni fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom l-iffrizar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi għandu japplika. Għaldaqstant, l-Anness V għandu jiġi aġġornat. |
(3) |
Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament:
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007, huwa emendat kif ġej:
(a) |
L-entrati li ġejjin huma miżjuda taħt l-intestatura “C. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)” titħassar:
|
(b) |
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “D. Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b):”
|