Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0827

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/827 tat-28 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ĠU L 132, 29.5.2015, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/827/oj

29.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/827

tat-28 ta' Mejju 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) jagħti effett lil miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK, inkluż projbizzjoni fuq il-kummerċ ta' proprjetà kulturali u oġġetti oħrajn li tneħħew mis-Sirja mid-9 ta' Mejju 2011.

(2)

Fit-12 ta' Frar 2015 il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni KSNU 2199 (2015), li l-paragrafu 17 tagħha jipprojbixxi l-kummerċ ta' proprjetà kulturali Sirjana u oġġetti oħra li tneħħew illegalment mis-Sirja mill-15 ta' Marzu 2011. Fit-28 ta' Mejju 2015 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK sabiex tallinja d-Deċiżjoni 2013/255/PESK mal-KSNU 2199 (2015) billi tapplika dik id-Deċiżjoni għall-oġġetti li tneħħew illegalment mis-Sirja mill-15 ta' Marzu 2011.

(3)

Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-miżura mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 11c(2) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-oġġetti ġew esportati mis-Sirja qabel il-15 ta' Marzu 2011; jew”
.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)   ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837 tat-28 ta' Mejju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ara l-paġna 82 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top