Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0807

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/807 tat-22 ta' Mejju 2015 li jemenda għall-232 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida

    C/2015/3596

    ĠU L 128, 23.5.2015, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/807/oj

    23.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 128/16


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/807

    tat-22 ta' Mejju 2015

    li jemenda għall-232 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network (1) ta' Al Qaida, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat u konformi mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar:

    “Abdul Rahim Al-Talhi (alias (a) 'Abdul-Rahim Hammad al-Talhi, (b) Abd' Al-Rahim Hamad al-Tahi, (c) Abdulrheem Hammad A Altalhi, (d) Abe Al-Rahim al-Talahi, (e) Abd Al-Rahim Al Tahli, (f) 'Abd al-Rahim al- Talhi, (g) Abdulrahim Al Tahi, (h) Abdulrahim al-Talji, (i) 'Abd-Al-Rahim al Talji, (j) Abdul Rahim Hammad Ahmad Al-Talhi, (k) Abdul Rahim, (l) Abu Al Bara'a Al Naji, (m) Shuwayb Junayd. Indirizz: Buraydah, l-Arabja Sawdija. Data tat-twelid: 8.12.1961. Post tat-twelid: Al-Shefa, Al-Taif, l-Arabja Sawdija. Numru tal-Passaport: F275043 (tal-Arabja Sawdija, maħruġ fid-29.5.2004, skada fil-5.4.2009). Nazzjonalità: Sawdi. Tagħrif ieħor: Involut fl-iffinanzjar, fil-forniment tal-armi u f'tipi oħra ta' għajnuna għall-Grupp Abu Sayyaf. Data tan-nomina msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2a(4): 9.10.2007.”


    Top