This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0730
Regulation (EU) 2015/730 of the European Central Bank of 16 April 2015 amending Regulation (EU) No 1011/2012 concerning statistics on holdings of securities (ECB/2012/24) (ECB/2015/18)
Regolament (UE) 2015/730 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (BĊE/2015/18)
Regolament (UE) 2015/730 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (BĊE/2015/18)
ĠU L 116, 7.5.2015, pp. 5–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
7.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/5 |
REGOLAMENT (UE) 2015/730 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta' April 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (BĊE/2015/18)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),
Billi:
|
(1) |
Sabiex il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġi pprovdut bi statistika adegwata dwar attivitajiet finanzjarji tas-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fl-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem l-“Istati Membri taż-żona tal-euro”), ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/50) (3) introduċa rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/24) (4) għandu jiġi emendat biex jistabbilixxi rekwiżiti ta' rappurtar statistiku dwar investimenti f'titoli ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż ta' rappurtar, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandu jkollhom is-setgħa li jgħaqqdu r-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) mar-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014. |
|
(2) |
Hemm rabta mill-qrib bejn id-dejta dwar l-investimenti f'titoli ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni miġbura mill-BĊNi għal finijiet statistiċi taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) u d-dejta miġbura mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCAs) għall-finijiet superviżorji skont il-qafas stabbilit mid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-Artikolu 70 tad-Direttiva 2009/138/KE jistabbilixxi li l-NCAs jistgħu jibagħtu informazzjoni intiża għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dik id-Direttiva lill-BĊNi u korpi oħrajn b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji. Minħabba l-mandat ġenerali tal-BĊE skont l-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-Istatut tas-SEBĊ) biex jikkoopera ma' korpi oħrajn fil-qasam tal-istatistika, u sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv u jiġi evitat xogħol doppju, il-BĊNi jistgħu jiksbu d-dejta li għandha tiġi rrapportata taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), safejn ikun possibbli, mid-dejta miġbura skont id-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva, wara li jiġu kkunsidrati t-termini ta' kwalunkwe arranġament ta' kooperazzjoni bejn il-BĊN rilevanti u l-NCA rilevanti. |
|
(3) |
Is-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (iktar 'il quddiem l-“ESA 2010”) teħtieġ li l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' unitajiet istituzzjonali jiġu rrapportati fil-pajjiż ta' residenza. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż ta' rappurtar, jekk il-BĊNi jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata mill-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (ICs) minn dejta miġbura skont id-Direttiva 2009/138/KE, l-investimenti f'titoli ta' friegħi ta' ICs li l-uffiċċji prinċipali tagħhom huma residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jiġu aggregati ma' dawk tal-uffiċċji prinċipali. Jekk dan ikun il-każ, għandha tinġabar informazzjoni limitata dwar friegħi ta' ICs għall-finijiet tal-monitoraġġ tad-daqs tagħhom u kull devjazzjoni li ssegwi mill-prinċipju ta' residenza fl-ESA 2010. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għandu jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (UE) Nru1011/2012 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2014 dwar rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (BĊE/2014/50) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 36).” " ; |
|
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif gej:
|
|
3. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
5. |
l-Artikolu 7a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 7a Fużjonijiet, diviżjonijet u riorganizzazzjonijiet Fil-każ ta' fużjoni, diviżjoni jew riorganizzazzjoni li tista' taffettwa t-twettiq ta' obbligi statistiċi, l-aġenti ta' rappurtar ikkonċernati għandhom jinformaw lill-BĊN relevanti, ladarba l-intenzjoni biex tiġi implimentata dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fiż-żmien dovut qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex jitwettqu r-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku stabbiliti f'dan ir-Regolament.” |
|
6. |
l-Artikolu 10a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 10a L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/730 (BĊE/2015/18) (*2) 1. L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/730 (BĊE/2015/18) għandu jibda b'dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2015, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan l-Artikolu. 2. L-ewwel rapportar minn ICs skont l-Artikolu 3(1) għandu jibda bid-dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2016. 3. L-ewwel rapportar minn kustodji skont l-Artikolu 3(2a) għandu jibda bid-dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2016. 4. L-ewwel rapportar minn ICs skont l-Artikolu 3(2b) għandu jibda bid-dejta annwali li tirrigwarda s-sena ta' referenza 2016. (*2) Ir-Regolament (UE) 2015/730 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24)(BĊE/2015/18) (ĠU L 116, 7.5.2015, p. 5).” " . |
Artikolu 2
Emendi għall-Annessi I u II tar-Regolament Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24)
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huma emendati skont l-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta' April 2015.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2014 dwar rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (BĊE/2014/50) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 36).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6).
(5) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
|
2. |
Il-Parti 2 tinbidel b'dan li ġej: “PARTI 2 Dejta fuq investimenti f'titoli proprji b'kodiċi ISIN minn IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji Għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat skont il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.52), dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt tiġi rrapportata mill-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs, l-FVCs jew ICs u mill-kustodji b'referenza għall-investimenti proprji f'titoli. Dawn jiġu rrapportati skont ir-regoli li ġejjin u f'konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:
Il-BĊN rilevanti jista' jagħżel li jitlob li l-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs, il-FVCs, l-ICs u lill-kustodji jirrapportaw dejta għall-oqsma 1 u 3 minflok dejta skont il-punt (a). F'dan il-każ, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrapportata wkoll dejta għall-oqsma 5 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 7. Il-BĊN rilevanti jista' jagħżel li jitlob li l-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, lill-IFs, lill-FVCs, lill-ICs u lill-kustodji jirrapportaw dejta għall-oqsma 2b, 3 u 4.
|
|
3. |
Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:
|
|
4. |
Il-Parti 6 hija emendata kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. |
Il-Parti 7 hija emendata kif ġej:
|
|
6. |
tiżdied il-Parti 8 li ġejja: “PARTI 8 Rapportar annwali ta' investimenti proprji ta' titoli b'kodiċi ISIN minn ICs Għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat skont il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.52), dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt jiġu rrapportati minn ICs b'referenza għall-investimenti proprji ta' titoli, fuq bażi annwali. Dawn jiġu rrapportati skont ir-regoli li ġejjin u f'konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:
|
(1) Meta disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.
(2) Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi’ (S.15).”
(3) Għal dejta aggregata: numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat li jkollhom l-istess valur ta' prezz (ara l-qasam 4).
(4) Meta disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.
(5) Fejn disponibbli, is-subsetturi unitajiet domestiċi (S.14) u istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu l-unitajiet domestiċi (S.15) huma rrapportati u identifikati separatament.
(6) Fejn disponibbli, is-subsetturi korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) u fondi tal-pensjoni (S.129) huma rrapportati u identifikati separatament.
(7) Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi’ (S.15).”
(8) Fejn disponibbli, is-subsetturi korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) u fondi tal-pensjoni (S.129) huma rrapportati u identifikati separatament.
(9) Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi’ (S.15).”
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru1011/2012 (BĊE/2012/24) huwa emendat kif ġej:
|
1. |
it-tabella fil-Parti 1 hija ssostitwita b'dan li ġej:
|
|
2. |
it-tabella fil-Parti 2 hija ssostitwita b'dan li ġej:
|
|
3. |
Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:
|
(*1) Pereżempju, fil-każ ta' fużjonijiet u akkwisti l-mogħdija lill-korporazzjoni li tassorbi ta' assi u obbligazzjonijiet finanzjarji li jeżistu bejn il-korporazzjoni assorbita u terzi.” ”