Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0678

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/678 tad-29 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar

    ĠU L 111, 30.4.2015, p. 24–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/678/oj

    30.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 111/24


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/678

    tad-29 ta' April 2015

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprevedi s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3).

    (2)

    Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2012, l-2013 u l-2014, jeħtieġ li jiġu modifikati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar u ċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa mill-1 ta' Mejju 2015 u għat-tadam, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar mill-1 ta' Ġunju 2015.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. Għal raġunijiet ta' leġġibbiltà, jeħtieġ li l-Anness XVIII ta' dan ir-Regolament jinbidel fl-intier tiegħu.

    (4)

    Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li toħroġ id-dejta, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness XVIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar, għandhom jiġu sostitwiti mil-livelli elenkati fil-kolonna korrispondenti ta' dan l-Anness kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

    (4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


    ANNESS

    “ANNESS XVIII

    DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

    Bla preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta' dan l-Anness, huwa ddeterminat abbażi tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Numru tal-ordni

    Kodiċi tan-NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Perjodu tal-applikazzjoni

    Livelli tal-iskattar (f'tunnellati)

    78.0015

    0702 00 00

    Tadam

    Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

    451 045

    78.0020

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

    29 768

    78.0065

    0707 00 05

    Ħjar

    Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

    16 093

    78.0075

    Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

    13 271

    78.0085

    0709 91 00

    Qaqoċċ

    Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

    7 421

    78.0100

    0709 93 10

    Zukkini

    Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

    263 359

    78.0110

    0805 10 20

    Larinġ

    Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

    251 798

    78.0120

    0805 20 10

    Klementini

    Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

    81 399

    78.0130

    0805 20 30

    0805 20 50

    0805 20 70

    0805 20 90

    Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerine u satsuma); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

    Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

    101 160

    78.0155

    0805 50 10

    Lumi

    Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

    302 950

    78.0160

    Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

    41 410

    78.0170

    0806 10 10

    Għeneb tal-mejda

    Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru

    68 450

    78.0175

    0808 10 80

    Tuffieħ

    Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

    558 203

    78.0180

    Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

    464 902

    78.0220

    0808 30 90

    Lanġas

    Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

    184 269

    78.0235

    Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

    235 468

    78.0250

    0809 10 00

    Berquq

    Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

    5 422

    78.0265

    0809 29 00

    Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

    Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu

    29 831

    78.0270

    0809 30

    Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

    Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

    4 701

    78.0280

    0809 40 05

    Għanbaqar

    Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

    17 825 ”


    Top