This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0648
Commission Regulation (EU) 2015/648 of 24 April 2015 amending Annex I to Regulation (EC) No 1334/2008 of the European Parliament and of the Council as regards removal from the Union list of the flavouring substance of N-Ethyl (2E,6Z)-nonadienamide (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/648 tal-24 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/648 tal-24 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2015/2602
ĠU L 107, 25.4.2015, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/648
tal-24 ta' April 2015
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-taħwiriet u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 25(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tat-taħwiriet u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u jintroduċiha fl-Anness I, il-Parti A, tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
(3) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tagħmel talba għal dan. |
(4) |
Il-lista tal-Unjoni tat-taħwiriet u tal-materjali mis-sors fiha għadd ta' sustanzi li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għadha ma temmitx l-evalwazzjoni tagħhom jew talbet dejta xjentifika addizzjonali sabiex tkun tista' tlesti l-evalwazzjoni tagħhom. Fil-każ ta' sustanza minnhom, jiġifieri n-N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid, il-persuni responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' din is-sustanza aromatizzanti issa rtiraw din l-applikazzjoni. Għaldaqstant, dik is-sustanza aromatizzanti għandha titneħħa mil-lista tal-Unjoni. |
(5) |
Għalhekk, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(6) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 (4) jistabbilixxi miżuri ta' tranżizzjoni għall-ikel li fih dawn is-sustanzi aromatizzanti li jitqiegħdu fis-suq jew li jiġu ttikkettati skont il-liġi qabel it-22 ta' Ottubru 2014. Dawn il-miżuri ta' tranżizzjoni jistgħu ma jkunux biżżejjed għall-ikel li għandu dawn is-sustanzi aromatizzanti li se jitneħħew mil-lista tal-Unjoni wara t-22 ta' Ottubru 2014. Għaldaqstant, għandu jiġu pprovdut perjodu addizzjonali ta' tranżizzjoni għall-ikel li fih in-N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ikel li għandu s-sustanza aromatizzanti N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid (FL No. 16.094) u li jitqiegħed fis-suq jew ittikkettat skont il-liġi sa 6 xhur qabel wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, imma li ma jikkonformax mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament Nru 1334/2008, jista' jkun kummerċjalizzat sad-data tiegħu ta' durabbiltà minima jew sad-data tal-iskadenza.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta' taħwiriet u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ĠU L 267, 2.10.2012, p. 162.
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha titħassar l-annotazzjoni li ġejja:
“16.094 |
N-Etil (2E, 6Z)-nonadienammid |
608514-56-3 |
1 596 |
|
|
|
4 |
EFSA” |