This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0640
Commission Regulation (EU) 2015/640 of 23 April 2015 on additional airworthiness specifications for a given type of operations and amending Regulation (EU) No 965/2012
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta' April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta' April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012
C/2015/2564
ĠU L 106, 24.4.2015, pp. 18–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
22/12/2024
|
24.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/640
tat-23 ta' April 2015
dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5)(e)(vi) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) trid tadotta r-regoli ta' implimentazzjoni neċessarji għar-rekwiżiti komuni tal-ajrunavigabbiltà fl-Unjoni kollha. |
|
(2) |
Dawk ir-rekwiżiti, li jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti ajrunawtiċi, jinkludu l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjoni biex jiġu implimentati wara l-ewwel ħruġ ta' ċertifikat tat-tip fl-interess tas-sikurezza. |
|
(3) |
Ir-rekwiżiti tekniċi tal-JAR-26 “Ir-Rekwiżiti Addizzjonali tal-Ajrunavigabbiltà għal Operazzjonijiet”, maħruġa mill-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni (JAA) fit-13 ta' Lulju 1998, kif emendat bl-Emenda 3 tal-1 ta' Diċembru 2005, għandhom ikunu stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, għaliex il-JAA ma baqgħetx teżisti fit-30 ta' Ġunju 2009 u fl-20 ta' Frar 2008 l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, ġie estiż biex jinkludi operazzjonijiet. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u biex jiġu ċċarati l-obbligi relatati mal-ajrunavigabbiltà, għandha tiddaħħal referenza għal dan ir-Regolament fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2). |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel u biex jiġi evitat taqlib għandhom jiġu pprovduti miżuri tranżitorji xierqa. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà sabiex isostnu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-titjib fis-sikurezza ta':
|
(a) |
inġenji tal-ajru rreġistrati fi Stat Membru; |
|
(b) |
inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajiż terz u użati minn operatur li għalih Stat Membru jiżgura s-sorveljanza. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,
|
(a) |
“il-konfigurazzjoni operazzjonali massima ta' sits tal-passiġġieri (MOPSC)” tfisser il-kapaċità massima ta' sits tal-passiġġieri ta' inġenju tal-ajru partikolari, minbarra s-sits tal-ekwipaġġ, stabbilita għal skopijiet operazzjonali u speċifikata fil-manwal tal-operat. |
|
(b) |
“ajruplan kbir” tfisser ajruplan li jkollu l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għal ajruplani kbar “CS- 25” jew ekwivalenti fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu. |
Artikolu 3
L-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikulari ta' operazzjoni
L-operaturi li għalihom Stat Membru jiżgura s-sorveljanzatagħhom, meta joperaw l-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 1, għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I.
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 965/2012
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament, sabiex jinkludi referenza għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Inġenji tal-ajru li għalihom l-operaturi wrew lill-awtorità kompetenti tagħhom il-konformità mal-JAR-26 “Ir-Rekwiżiti Addizzjonali tal-Ajrunavigabbiltà għal Operazzjonijiet” (minn hawn' il quddiem “Rekwiżiti tal-JAR-26”), maħruġa mill-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni fit-13 ta' Lulju 1998, kif emendat bl-Emenda 3 tal-1 ta' Diċembru 2005, qabel id-dati ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet ekwivalenti stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Inġenji tal-ajru li għalihom intweriet il-konformità mar-rekwiżiti tal-JAR-26 ekwivalenti għall-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punti 26.50, 26.105, 26.110, 26.120, 26.150, 26.155, 26.160, 26.200, 26.250 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament skont l-ewwel subparagrafu, sussegwentement ma għandhomx jiġu mmodifikati b'mod li jista' jaffettwa l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-JAR-26 konċernati.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta' Mejju 2015
Madankollu, il-punti 26.50, 26.105, 26.110, 26.120, 26.150, 26.155, 26.160, 26.200 u 26.250 tal-Anness I għandhom japplikaw mill-14 ta' Mejju 2017.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
ANNESS I
PARTI-26
SPEĊIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ GĦALL-OPERAZZJONIJIET
WERREJ
|
SUBPARTI A — |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI |
|
26.10 |
Awtorità kompetenti |
|
26.20 |
Tagħmir temporanjament mhux operattiv |
|
26.30 |
Dimostrazzjoni ta' konformità |
|
SUBPARTI B — |
AJRUPLANI KBAR |
|
26.50 |
Is-sitijiet, il-kuċċetti, iċ-ċintorini tas-sikurezza, u ċ-ċineg |
|
26.100 |
Il-lok tal-ћruġ tal-emerġenza |
|
26.105 |
Aċċess għall-ћruġ tal-emerġenza |
|
26.110 |
Sinjali tal-ћruġ tal-emerġenza |
|
26.120 |
Dawl tal-emerġenza intern u tħaddim tad-dawl tal-emerġenza |
|
26.150 |
L-arredamenti interni tal-kompartiment |
|
26.155 |
Il-fjammabbiltà tal-inforri tal-istiva tal-merkanzija |
|
26.160 |
Protezzjoni kontra n-nar fit-tojlits |
|
26.200 |
Ħoss ta' twissija fit-tagħmir għall-inżul |
|
26.250 |
Sistemi tat-tħaddim tal-bibien tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira — inkapaċità singola |
SUBPARTI A
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
26.10 Awtorità kompetenti
Għall-fini tal-Parti stabbilita f'dan l-Anness, l-awtorità kompetenti, li lilha l-operaturi għandhom juru l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet, għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu.
26.20 Tagħmir temporanjament mhux operattiv
L-ebda titjira ma għandha tinbeda jekk xi strumenti tal-inġenju tal-ajru, xi oġġetti tat-tagħmir jew xi funzjonijiet meħtieġa minn din il-Parti mhumiex operattivi jew huma nieqsa sakemm mhumiex eżentati mil-Lista ta' Tagħmir Minimu tal-operatur kif definit fil-Parti-ORO.MLR.105 u approvati mill-awtorità kompetenti.
26.30 Dimostrazzjoni ta' konformità
|
(a) |
L-Aġenzija għandha toħroġ, f'konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni bħala mezz standard biex tintwera l-konformità tal-prodotti ma' din il-Parti. L-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi biżżejjed li jindikaw lill-operaturi l-kundizzjonijiet li skonthom il-konformità mar-rekwiżiti ta' din il-Parti tista' tintwera. |
|
(b) |
L-operaturi jistgħu juru l-konformità mar-rekwiżiti ta' din il-Parti billi jikkonformaw ma':
|
SUBPARTI B
AJRUPLANI KBAR
26.50 Is-sitijiet, il-kuċċetti, iċ-ċintorini tas-sikurezza, u ċ-ċineg
L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, bit-tip ċertifikat fl-1 ta' Jannar 1958 jew wara, għandhom jiżguraw li kull sit tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-kabina u s-sistema ta' trażżin huma konfigurati biex jipprovdi livell ottimu ta' protezzjoni f'inżul ta' emerġenza waqt li jippermettu l-funzjonijiet meħtieġa tal-okkupant u jiffaċilitaw il-ħruġ rapidu.
26.100 Il-lok tal-ћruġ tal-emerġenza
Ħlief għall-ajruplani li jkollhom konfigurazzjoni ta' ħruġ ta' emerġenza installata u approvata qabel l-1 ta' April 1999, l-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru b'konfigurazzjoni massima operattiva tas-sits tal-passiġġieri ta' aktar minn 19 b'punt wieħed ta' ħruġ ta' emerġenza jew aktar diżattivat(i), għandhom jiżguraw li d-distanza(i) bejn il-bqija tal-punti ta' ħruġ jibqgħu kompatibbli ma' evakwazzjoni effettiva.
26.105 Aċċess għall-ћruġ tal-emerġenza
L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jipprovdu l-mezzi li jiffaċilitaw il-moviment rapidu u faċli ta' kull passiġġier mis-sit tiegħu għal kull ħruġ ta' emerġenza f'każ ta' evakwazzjoni ta' emerġenza.
26.110 Sinjali tal-ћruġ tal-emerġenza
L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jikkonformaw ma' dawn li ġejjin:
|
(a) |
għandhom jiġu pprovduti mezzi li jiffaċilitaw il-lok, l-aċċess, u l-operazzjoni tal-ħruġ tal-emerġenza mill-okkupanti tal-kabina tal-passiġġieri f'kundizzjonijiet prevedibbli fil-kabina f'każ ta' evakwazzjoni ta' emerġenza; |
|
(b) |
għandhom jiġu pprovduti mezzi li jiffaċilitaw il-lok u t-tħaddim tal-ħruġ tal-emerġenza minn persunal fuq barra tal-ajruplan f'każ ta' evakwazzjoni ta' emerġenza. |
26.120 Dawl tal-emerġenza intern u tħaddim tad-dawl tal-emerġenza
L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jipprovdi l-mezzi li jiżguraw li hemm sinjali ta' ħruġ imdawlin, li l-kabina ġenerali u l-erja tal-ħruġ imdawlin, u li l-kuritur tal-ħruġ tal-livell baxx imdawwal biex jiffaċilita l-lok tal-ħruġ u l-moviment tal-passiġġieri għall- ħruġ f'każ ta' evakwazzjoni ta' emerġenza.
26.150 L-arredamenti interni tal-kompartiment
L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jikkonformaw ma' dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-materjali u t-tagħmir kollha użati fil-kompartimenti okkupati mill-ekwipaġġ jew mill-passiġġieri għandhom juru karatteristiċi ta' fjammabbiltà li huma kompatibbli ma' dawk li jimminimizzaw l-effetti ta' nirien waqt it-titjira u ż-żamma ta' kundizzjonijiet ta' sopravvivenza fil-kabina għal żmien suffiċjenti meħtieġ f'evakwazzjoni mill-inġenji tal-ajru; |
|
(b) |
il-projbizzjoni tat-tipjip għandha tkun indikata b'plakards; |
|
(c) |
ir-reċipjenti tal-iskart għandhom ikunu kapaċi jiżguraw it-tifi ta' nirien interni; fuq tali reċipjenti għandu jkun hemm immarkat il-projbizzjoni tar-rimi ta' materjali li jdaħħnu. |
26.155 Il-fjammabbiltà tal-inforri tal-istiva tal-merkanzija
L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, bit-tip ċertifikat wara l-1 ta' Jannar 1958, għandhom jiżguraw li l-inforri tal-istivi tal-merkanzija tal-Klassi C jew tal-Klassi D inbnew minn materjali li jevitaw b'mod adegwat li l-effetti ta' nar fl-istiva jpoġġi fil-periklu l-ajruplan jew l-okkupanti tiegћu.
26.160 Protezzjoni kontra n-nar fit-tojlits
L-operaturi ta' ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru b'konfigurazzjoni massima operazzjonali tas-sits tal-passiġġieri ta' iktar minn 19 għandhom jikkonformaw ma' dawn li ġejjin:
It-tojlits għandhom ikunu mgħammra:
|
(a) |
b'mezzi ta' ditezzjoni tad-duħħan; |
|
(b) |
b'mezzi li awtomatikament jitfu n-nar li jseħħ f'kull reċipjent tal-iskart. |
26.200 Ħoss ta' twissija fit-tagħmir għall-inżul
L-operaturi ta' ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jiżguraw li jiġi installat apparat xieraq ta' ħoss ta' twissija fit-tagħmir tal-inżul biex titnaqqas b'mod sinifikanti l-probabbiltà ta' nżul jekk it-tagħmir tal-inżul jitreġġa lura bi żball.
26.250 Sistemi tat-tħaddim tal-bibien tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira — inkapaċità singola
L-operaturi ta' ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jiżguraw li s-sistemi tat-tħaddim tal-bibien tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, fejn huma installati, jitwaħħluhom mezzi tal-ftuħ alternattiv sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina għall-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira f'każ ta' inkapaċità singola tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira.
ANNESS II
Fl-Anness III (il-Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, il-punt ORO.AOC.100, is-subparagrafu (c)(1) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(1) |
dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, ta' dan l-Anness (il-Parti-ORO), tal-Anness IV (il-Parti-CAT) u tal-Anness V (il-Parti-SPA) ta' dan ir-Regolament u l-Anness I (il-Parti 26) tar-Regolament (UE) 2015/640 (*1); |
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta' April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18)” ”