This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0388
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/388 of 5 March 2015 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/388 tal- 5 ta' Marzu 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/388 tal- 5 ta' Marzu 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 65, 10.3.2015, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/388
tal-5 ta' Marzu 2015
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) tal-istess tabella. |
(4) |
Jixraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) tal-istess tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Folja tal-plastik bil-qisien ta' 62 cm × 52 cm × 150 μm, li jinkludi 24 antenna. Kull antenna hi magħmula minn wajers tar-ram f'forma ta' koljaturi b'sura rettangolari planari, u hi konnessa ma' żewġ pads ta' interfaċċa. L-antenni huma ppreżentati f'matriċi ta' 8 × 3, u huma mwaħħlin ħdejn xulxin fuq il-folju tal-plastik. Il-folju tal-plastik ma fihx ċipep elettroniċi. L-antenni huma ppreżentati biex jintużaw bħala partijiet ta' karti intelliġenti. Ara l-istampa (*) |
8504 50 95 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 2(a) tat-Taqsima XVI, u bit-test tal-kodiċijiet tan-NM 8504 , 8504 50 u 8504 50 95 . Billi l-antenni huma magħmulin biss minn koljaturi li jaġixxu ta' indutturi, jaqgħu taħt l-intestatura 8504 bħala indutturi. Għaldaqstant, hija eskluża l-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8548 bħala partijiet mhux speċifikati jew inklużi band'oħra fil-Kapitolu 85. Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8504 50 95 bħala indutturi. |
(*) L-istampa għandha tintuża biss għal skopijiet ta' informazzjoni.