This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0326
Commission Regulation (EU) 2015/326 of 2 March 2015 amending Annex XVII to Regulation (EC) No 1907/2006 of the European Parliament and of the Council on the Registration, Evaluation, Authorisation and Restriction of Chemicals (REACH) as regards polycyclic aromatic hydrocarbons and phthalates Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/326 tat- 2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi ( “REACH” ) fir-rigward tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi u l-ftalati Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/326 tat- 2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi ( “REACH” ) fir-rigward tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi u l-ftalati Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 58, 3.3.2015, pp. 43–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
3.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/326
tat-2 ta' Marzu 2015
li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi u l-ftalati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fih, fost l-oħrajn, ir-restrizzjonijiet li ġew stabbiliti qabel fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (2). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2005/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ipprojbiet it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' żjut dilwenti għall-produzzjoni ta' tajers jew partijiet ta' tajers jekk ikollhom aktar minn 1 mg/kg ta' Benżo (a) piren (BaP), jew aktar minn 10 mg/kg tat-total tat-tmien idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) elenkati. Dik ir-restrizzjoni hija attwalment stabbilita fil-paragrafu 1 tal-kolonna 2 tal-entrata 50 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(3) |
Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dik ir-restrizzjoni, ma kienx hemm metodi ta' ttestjar armonizzati disponibbli biex tiġi ddeterminata l-konċentrazzjoni speċifika tat-tmien PAHs elenkati fiż-żjut dilwenti. Għalhekk, il-metodu analitiku IP 346:1998 (4), użat mill-industrija taż-żejt biex tiġi ddeterminata l-konċentrazzjoni tal-komposti aromatiċi poliċikliċi (PCA), huwa msemmi f'dik ir-restrizzjoni bħala metodu indirett għad-determinazzjoni tal-konformità mal-limiti speċifikati għall-BaP u t-total tal-PAHs elenkati kollha. |
|
(4) |
Il-metodu analitiku IP 346:1998 mhuwiex speċifiku għat-tmien PAHs elenkati. Barra minn hekk, huwa stabbilit sew li dan il-metodu huwa limitat fl-ambitu tiegħu għal żjut bażi lubrikanti, mingħajr frazzjonijiet tal-asfalten u li ma fihomx aktar minn 5 % tal-komponenti tagħhom b'punt tat-togħlija taħt it-300 °C. Għal kampjuni li ma jissodisfawx dawk ir-rekwiżiti, dak il-metodu jista' ma jkunx adatt. |
|
(5) |
Kif mitlub fid-Direttiva 2005/69/KE, fit-3 ta' Lulju 2007 il-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għall-iżvilupp ta' metodu aktar speċifiku. |
|
(6) |
Il-metodu standard il-ġdid ġie adottat u ppubblikat minn CEN bħala EN 16143:2013 (Prodotti taż-żejt — Determinazzjoni tal-kontenut ta' Benżo(a)piren (BaP) u idrokarburi aromatiċi poliċikliċi magħżula (PAH) fiż-żjut dilwenti — Il-proċedura bl-użu tal-purifikazzjoni kromatografika doppja fil-fażi likwida u l-analiżi GC/MS). |
|
(7) |
Il-Kummissjoni tqis li, billi dan l-istandard jipprovdi metodu analitiku speċifiku għall-analiżi tal-PAHs relevanti fiż-żjut dilwenti u jegħleb in-nuqqasijiet tal-metodu preċedenti, jixraq li r-referenza għall-metodu IP 346:1998 tiġi sostitwita bl-istandard il-ġdid EN 16143:2013 bħala l-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tal-konformità taż-żjut dilwenti mar-restrizzjoni fil-paragrafu 1 tal-kolonna 2 tal-entrata 50 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(8) |
Konsultazzjoni informali mwettqa mal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet tal-partijiet interessati relevanti indikat li, għaż-żjut dilwenti, ġeneralment hemm korrelazzjoni tajba bejn ir-riżultati tal-metodu IP 346:1998 u l-metodi analitiċi bil-kromatografija bil-gass, li jsegwu l-istess prinċipju bħall-metodu CEN il-ġdid, biex jitkejlu il-PAHs karċinoġenċi individwali. L-operaturi ekonomiċi wrew li s-sostituzzjoni ta' IP 346:1998 bil-metodu CEN il-ġdid mhix mistennija li jkollha impatti fuq il-konformità taż-żjut dilwenti. Madankollu, il-metodu analitiku l-ġdid huwa rrappurtat bħala iktar kumpless u għali biex isir milli IP 346:1998. |
|
(9) |
Għandu jingħata perjodu tranżizzjonali ta' tmintax-il xahar li matulu jkunu jistgħu jintużaw kemm il-metodu analitiku l-ġdid kif ukoll dak qadim bħala alternattivi għad-determinazzjoni tal-konformità ma' dik ir-restrizzjoni. Dan il-perjodu tranżizzjonali għandu jippermetti li l-laboratorji jistabbilixxu u jiksbu l-esperjenza meħtieġa fl-użu tal-metodu analitiku l-ġdid. Għandu jiffaċilita wkoll id-determinazzjoni tal-konformità taż-żjut dilwenti diġà mqiegħda fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni lestiet il-valutazzjoni mill-ġdid tagħha tal-miżuri tal-entrata 51 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi bis (2-etileżil) ftalat (DEHP), dibutil ftalat (DBP) u benżil butil ftalat (BBP), b'konformità mal-paragrafu 3 ta' dik l-entrata. Din il-valutazzjoni mill-ġdid tnediet fl-4 ta' Settembru 2009 bit-talba tal-Kummissjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) biex tirrevedi l-informazzjoni xjentifika ġdida disponibbli u biex tevalwa jekk hemmx evidenza li tiġġustifika eżami mill-ġdid tar-restrizzjoni eżistenti. Fl-għoti tal-informazzjoni lill-Kummissjoni f'Marzu 2010, l-ECHA indikat li għandha tiġi kkunsidrata valutazzjoni tad-dossier tar-reġistrazzjoni tar-REACH rilevanti. Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-ECHA biex tipproċedi kif issuġġerit. Madankollu, f'April 2011, ir-Renju tad-Danimarka beda l-proċess ta' restrizzjonijiet rigward il-preżenza ta' dawk il-ftalati f'oġġetti għall-użu fuq ġewwa u oġġetti li jistgħu jiġu f'kuntatt dirett mal-ġilda jew mal-membrani mukużi, fejn, fost affarijiet oħra, tqiesu d-dossiers tar-reġistrazzjoni. Kif ikkomunikat fid-9 ta' Awwissu 2014 (5), fi tmiem il-proċess ta' restrizzjoni, il-Kummissjoni ma pproponietx li jiġi emendat l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Barra minn hekk, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2011 (6), il-Kummissjoni inkludiet dawk il-ftalati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Konsegwentement, skont l-Artikolu 69(2) ta' dak ir-Regolament, l-ECHA għandha l-obbligu li wara “d-data tat-terminazzjoni” tikkunsidra jekk l-użu ta' dawk il-ftalati fl-oġġetti ikunux ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, li ma jkunx ikkontrollat adegwatament. Għalhekk, l-ebda reviżjoni ulterjuri tal-miżuri għal din ir-restrizzjoni ta' dawk il-ftalati ma tqieset meħtieġa u huwa għalhekk xieraq li dak il-paragrafu jitħassar minn dik l-entrata. |
|
(11) |
F'Jannar 2014, il-Kummissjoni lestiet il-valutazzjoni mill-ġdid tagħha tal-miżuri tal-entrata 52 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi Di- “isononil” ftalat (DINP), Di- “isodekil” ftalat (DIDP) u Di-n-ottil ftalat (DNOP), b'konformità mal-paragrafu 3 ta' dik l-entrata. Din il-valutazzjoni mill-ġdid tnediet fl-4 ta' Settembru 2009 bit-talba tal-Kummissjoni lill-ECHA biex tirrevedi l-informazzjoni xjentifika ġdida disponibbli u biex tevalwa jekk hemmx evidenza li tiġġustifika eżami mill-ġdid tar-restrizzjoni eżistenti. L-informazzjoni disponibbli ġiet sussegwentement ikkomplementata bl-informazzjoni mid-dokumenti tar-reġistrazzjoni li waslu sal-iskadenza tar-reġistrazzjoni tal-2010. L-ECHA mbagħad ressqet abbozz ta' rapport ta' reviżjoni lill-Kumitat tiegħu għall-Istima tar-Riskji (RAC) għal valutazzjoni dettaljata. RAC adotta l-opinjoni tiegħu f'Marzu 2013 u r-rapport finali ta' reviżjoni tal-ECHA ngħata lill-Kummissjoni f'Awwissu 2013. Abbażi tar-rapport tal-ECHA l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tipproponi ebda emenda għad-dispożizzjonijiet tal-entrata 52 tal-Anness XVII, u li tikkunsidra l-valutazzjoni mill-ġdid skont il-paragrafu 3 ta' dik l-entrata bħala kompluta. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku (7). Huwa għalhekk xieraq li jitħassar il-paragrafu 3 minn dik l-entrata. |
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201).
(3) Id-Direttiva 2005/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 li temenda għas-27 darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar lapprossimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta' ċertu sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (idrokarburi poliċikliċi aromatiċi fi żjut dilwenti u f'tajers) (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 51).
(4) IP 346:1998 — Determinazzjoni tal-PCA fiż-żjut bażi lubrikanti mhux użati u l-frazzjonijiet taż-żejt mingħajr asfalten — Metodu ta' estrazzjoni bl-indiċi rifrattiv tad-dimetil sulfossidu.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2011 tas-17 ta' Frar 2011 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (“REACH”), (ĠU L 44, 18.2.2011, p. 2.)
(7) http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/chemicals/files/reach/entry-52_en.pdf
ANNESS
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-entrata 50, il-kolonna 2, il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel bis-subparagrafi li ġejjin:
; |
|
(2) |
fl-entrata 51, il-kolonna 2, il-paragrafu 3 jitħassar; |
|
(3) |
fl-entrata 52, il-kolonna 2, il-paragrafu 3 jitħassar. |