Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0186

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/186 tas- 6 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-fluworu, iċ-ċomb, il-merkurju, l-endosulfan u ż-żerriegħa tal-Ambrosja Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 31, 7.2.2015, p. 11–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/186/oj

    7.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/11


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/186

    tas-6 ta' Frar 2015

    li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-fluworu, iċ-ċomb, il-merkurju, l-endosulfan u ż-żerriegħa tal-Ambrosja

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/32/KE tistipula li l-użu ta' prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali li fihom livelli ta' sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, huwa pprojbit.

    (2)

    Dejta ġdida li ġiet provduta turi li l-livelli massimi preżenti tal-arseniku, tal-fluworu u taċ-ċomb ma jistgħux jintlaħqu f'arzell kalkaruż tal-baħar. Għaldaqstant huwa xieraq li jiżdiedu l-livelli massimi għall-arseniku, il-fluworu u ċ-ċomb f'arzell kalkaruż tal-baħar, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' arzell kalkaruż tal-baħar għan-nutrizzjoni tal-annimali filwaqt li jinżamm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali.

    (3)

    L-industrija tal-ikel tal-annimali domestiċi tuża ħafna koprodotti u prodotti sekondarji tal-industrija tal-ikel bħala materja prima biex tipproduċi ikel għall-annimali domestiċi li joffri dieta bilanċjata għall-klieb u l-qtates li tissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' amminoaċidi, karboidrati, proteini, minerali, mikroelementi u vitamini. Il-livelli massimi attwali ta' merkurju għal dawn il-koprodotti u prodotti sekondarji maħsuba għall-għalf tal-annimali huma aktar stretti mil-livell massimu ta' merkurju applikabbli għal-laħam tal-muskoli tal-ħut maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għaldaqstant hemm nuqqas fil-provvista ta' koprodotti u prodotti sekondarji bħal dawn konformi mal-livell massimu ta' merkurju għall-użu fl-ikel tal-annimali domestiċi, li jirriżulta fil-ħtieġa li jintuża ħut ta' daqs żgħir b'livell aktar baxx ta' merkurju għall-produzzjoni ta' ikel għall-annimali domestiċi, li jmur kontra l-prinċipji tas-sajd sostenibbli. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-livell massimu ta' merkurju għall-ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom maħsuba għall-produzzjoni ta' għalf kompost għall-klieb, qtates, ħut ornamentali u annimali pilużi, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-annimali.

    (4)

    Valutazzjoni ta' dejta reċenti dwar il-preżenza tal-endosulfan f'materjali tal-għalf indikat li l-livelli massimi għal-livell ta' endosulfan fi żrieragħ taż-żejt u qamħirrum u prodotti dderivati minnhom jistgħu jitnaqqsu.

    (5)

    Nota f'qiegħ il-paġna dwar il-preżenza taż-żrieragħ tal-Ambrosja f'materjali tal-għalf ġiet mħassra bi żball mill-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1275/2013 (2). L-esperjenza wriet li jeħtieġ jissaħħu ċerti dispożizzjonijiet tan-nota f'qiegħ il-paġna sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żrieragħ tal-Ambrosja fl-ambjent. Għaldaqstant huwa xieraq li n-nota f'qiegħ il-paġna ta' dak l-Anness terġa' tiddaħħal.

    (6)

    Għalhekk id-Direttiva 2002/32/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

    (2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1275/2013 tas-6 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nitriti, iż-żejt tal-mustarda volatili u impuritajiet botaniċi perikolużi (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 86).


    ANNESS

    Emendi għall-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE

    L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fir-Ringiela 1 tat-Taqsima I, Arseniku jinbidel b'dan li ġej:

    Sustanza mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

    Kontenut massimu f'mg/kg (ppm) relattiv għal għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    “1.

    Arseniku (1)

    Materjali tal-għalf

    għajr għal:

    2

    magħlef magħmul minn ħaxix, minn xnien imnixxef u minn silla mnixxfa, u polpa mnixxfa tal-pitravi zokkrija u molassa mnixxfa tal-polpa tal-pitravi zokkrija;

    4

    espellent tal-qalba tal-palm;

    4 (2)

    fosfati, algi kalkarji tal-baħar;

    10

    karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10); arzell kalkaruż tal-baħar

    15

    ossidu tal-manjeżju; karbonat tal-manjeżju;

    20

    ħut, annimali akkwatiċi oħrajn u prodotti derivati minnhom;

    25 (2)

    magħlef tal-alka u materjali tal-għalf li ġejjin mill-alka.

    40 (2)

    Partikuli tal-ħadid użati bħala traċċatur.

    50

    Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta' komposti ta' mikroelementi.

    bl-eċċezzjoni ta':

    30

    pentaidrat tas-sulfat kupriku; karbonat kupriku; diklorur tar-ram triidrossidu; karbonat ferruż;

    50

    ossidu taż-żingu; ossidu manganuż; ossidu kupriku.

    100

    Għalf komplimentari

    bl-eċċezzjoni ta':

    4

    għalf minerali;

    12

    għalf komplimentari, għal annimali domestiċi, li fih ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom u/jew magħlef tal-alka u materjali tal-għalf derivati mill-alka;

    10 (2)

    formulazzjonijiet ta' forniment fit-tul ta' għalf għal għanijiet partikolari ta' nutriment b'konċentrazzjoni ta' mikroelementi aktar minn 100 darba l-kontenut massimu stabbilit f'għalf komplet;

    30

    Għalf komplet

    bl-eċċezzjoni ta':

    2

    għalf komplet għall-ħut u annimali pilużi;

    10 (2)

    għalf komplet, għal annimali domestiċi, li fih ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom u/jew magħlef tal-alka u materjali tal-għalf derivati mill-alka.

    10 (2)”

    (2)

    Ir-ringiela 3 tat-Taqsima I, Fluworu, ir-ringiela 4 tat-Taqsima I, Ċomb, u r-ringiela 5 tat-Taqsima I, Merkurju, jinbidlu b'dan li ġej:

    Sustanza mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

    Kontenut massimu f'mg/kg (ppm) relattiv għal għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    “3.

    Fluworu (7)

    Materjali tal-għalf

    bl-eċċezzjoni ta':

    150

    materjali tal-għalf ta' oriġini mill-annimali għajr krustaċji tal-baħar bħall-gambli; arzell kalkaruż tal-baħar;

    500

    krustaċji tal-baħar bħall-gambli;

    3 000

    fosfati;

    2 000

    karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

    350

    ossidu tal-manjeżju;

    600

    alka kalkarja tal-baħar.

    1 000

    Vermikulit (E 561).

    3 000

    Għalf kumplementari:

     

    li fih ≤ 4 % fosforu (8);

    500

    li fih > 4 % fosforu (8).

    125 għal kull 1 % fosfru (8)

    Għalf komplet

    bl-eċċezzjoni ta':

    150

    għalf komplet għall-ħnieżer;

    100

    għalf komplet għat-tjur (ħlief għall-flieles) u għall-ħut;

    350

    għalf komplet għall-flieles;

    250

    għalf komplet għall-baqar, għan-nagħaġ u għall-mogħoż

     

    – –

    li qed ireddgħu;

    30

    – –

    oħrajn.

    50

    4.

    Ċomb (11)

    Materjali tal-għalf

    bl-eċċezzjoni ta':

    10

    faxxina (3);

    30

    fosfati, algi kalkarji tal-baħar u arzell kalkarju tal-baħar;

    15

    karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

    20

    ħmejjer.

    5

    Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta' komposti ta' mikroelementi.

    bl-eċċezzjoni ta':

    100

    ossidu taż-żingu;

    400

    ossidu manganuż, karbonat ferruż, karbonat kupriku.

    200

    Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta' aġenti leganti u dawk antiagglomeranti

    bl-eċċezzjoni ta':

    30

    klinoptilolit ta' oriġini vulkanika; natrolite-fonolite;

    60

    Taħlitiet ippreparati minn qabel (6)

    200

    Għalf komplimentari

    bl-eċċezzjoni ta':

    10

    għalf minerali;

    15

    formulazzjonijiet ta' forniment fit-tul ta' għalf għal għanijiet partikolari ta' nutriment b'konċentrazzjoni ta' mikroelementi aktar minn 100 darba l-kontenut massimu stabbilit f'għalf komplet;

    60

    Għalf komplet.

    5

    5.

    Merkurju (4)

    Materjali tal-għalf

    bl-eċċezzjoni ta':

    0,1

    ħut, annimali akkwatiċi oħrajn u prodotti derivati minnhom;

    0,5 (13)

    karbonat tal-kalċju; karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

    0,3

    Għalf kompost

    bl-eċċezzjoni ta':

    0,1

    għalf minerali;

    0,2

    għalf kompost għall-ħut;

    0,2

    għalf kompost għal klieb, qtates, ħut ornamentali u annimali pilużi.

    0,3”

    (3)

    In-nota tal-aħħar 13 li ġejja hija miżjuda fl-aħħar tat-taqsima I:

    “(13)

    il-livell massimu huwa applikabbli abbażi tal-piż imxarrab ta' ħut, annimali oħra akkwatiċi u prodotti derivati minnhom maħsuba għall-produzzjoni ta' għalf kompost għal klieb, qtates, ħut ornamentali u annimali pilużi.”

    (4)

    Ir-ringiela 6 tat-Taqsima I, Endosulfan tinbidel b'dan li ġej:

    Sustanza mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

    Kontenut massimu f'mg/kg (ppm) relattiv għal għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    “6.

    Endosulfan (is-somma ta' isomeri alfa u beta u ta' endosulfansulfat espressa bħala endosulfan)

    Materjali tal-għalf u għalf kompost

    bl-eċċezzjoni ta':

    0,1

    żerriegħa tal-qoton u prodotti derivati mill-ipproċessar tagħha, għajr żejt mhux raffinat taż-żerriegħa tal-qoton

    0,3

    fażola tas-sojja u prodotti derivati mill-ipproċessar tagħha, għajr żejt mhux raffinat tal-fażola tas-sojja

    0,5

    żejt tal-ħxejjex mhux raffinat

    1,0

    għalf komplet għall-ħut għajr għalSalmonids

    0,005

    l-għalf komplet għal Salmonids

    0,05”

    (5)

    Taqsima VI: Impuritajiet Botaniċi Perikolużi tinbidel b'dan li ġej:

    “IT-TAQSIMA VI: IMPURITAJIET BOTANIĊI PERIKOLUŻI

    Sustanza mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

    Kontenut massimu f'mg/kg (ppm) relattiv għal għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    1.

    Żerriegħa tal-ħaxix selvaġġ u frott mhux mitħun u mhux misħuq li fih alkalojdi, glukosidi jew sustanzi tossiċi oħra separatament jew inkella flimkien inklużi

    Materjali tal-għalf u għalf kompost

    3 000

    Datura sp

    1 000

    2.

    Crotalaria spp

    Materjali tal-għalf u għalf kompost

    100

    3.

    Żrieragħ u qxur ta' Ricinus communis L., Croton tiglium L. u Abrus precatorius L. kif ukoll id-derivattivi pproċessati tagħhom (1), separatament jew inkella flimkien

    Materjali tal-għalf u għalf kompost

    10 (2)

    4.

    Ġewż tal-fagu mingħajr qoxra — Fagus sylvatica L.

    Materjali tal-għalf u għalf kompost

    Żerriegħa u frott kif ukoll id-derivati pproċessati tagħhom jistgħu jkunu preżenti fl-għalf f'ammonti mikro li ma jistgħux ikunu ddeterminati kwantitattivament

    5.

    Purgera — Jatropha curcas L.

    Materjali tal-għalf u għalf kompost

    Żerriegħa u frott kif ukoll id-derivati pproċessati tagħhom jistgħu jkunu preżenti fl-għalf f'elementi traċċa li ma jistgħux ikunu ddeterminati kwantitattivament

    6.

    Żrieragħ ta' Ambrosia spp.

    Materjali għall-għalf (3)

    bl-eċċezzjoni ta':

    50

    Qaraboċċ (granuli ta' Panicum miliaceum L.) u sorgu (granuli ta' Sorghum bicolor (L) Moench s.l.) li ma jingħalfux direttament lill-annimali (3)

    200

    Għalf kompost li fih granuli u żrieragħ mhux mitħuna

    50

    7.

    Żrieragħ ta'

    Mustarda Indjana — Brassica juncea (L.) Czern. and Coss. ssp. integrifolia (West.) Thell.

    Mustarda Sareptjana — Brassica juncea (L.) Czern. and Coss. ssp. juncea

    Mustarda Ċiniża — Brassica juncea (L.) Czern. and Coss. ssp. juncea var. lutea Batalin

    Mustarda sewda — Brassica nigra (L.) Koch

    Mustarda Etjopjana — Brassica carinata A. Braun

    Materjali tal-għalf u għalf kompost

    Żrieragħ jistgħu jkunu preżenti biss fl-għalf f'elementi mikro li ma jistgħux jiġu ddeterminati kwantitattivament


    (1)  Kemm-il darba wieħed ikun jista' jiddetermina dan permezz tal-mikroskopija analitika.

    (2)  Inkluż ukoll il-frak tal-qoxra taż-żerriegħa.

    (3)  F'każ li tingħata evidenza inekwivoka li l-granuli u ż-żrieragħ huma maħsuba għat-tħin jew għas-sħiq, ma hemmx il-ħtieġa li l-granuli u ż-żrieragħ li fihom livelli mhux konformi ta' żrieragħ Ambrosia spp. jitnaddfu qabel it-tħin jew is-sħiq sakemm:

    il-konsenja tkun ittrasportata fit-totalità tagħha lejn l-impjant tat-tħin jew tas-sħiq, u l-impjant tat-tħin jew tas-sħiq ikun informat minn qabel dwar il-preżenza ta' livell għoli ta' żrieragħ ta' Ambrosia spp. sabiex jittieħdu miżuri ta' prevenzjoni oħra biex jiġi evitat it-tixrid fl-ambjent, u

    jingħataw provi sodi tal-miżuri ta' prevenzjoni li ttieħdu sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żrieragħ tal-Ambrosia spp fl-ambjent waqt it-trasport lejn l-impjant tas-sħiq jew tat-tħin, u

    l-awtorità kompetenti taqbel mat-trasport, wara li jkun żgurat li l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq huma ssodisfati.

    F'każ li dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, il-konsenja għandha titnaddaf qabel kull trasportazzjoni fl-UE u t-tnaqqija għandha tinqered adegwatament.”


    Top