EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0147

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/147 tat- 30 ta' Jannar 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

ĠU L 26, 31.1.2015, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/147/oj

31.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/147

tat-30 ta' Jannar 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

(2)

Abbażi ta' rieżami tal-lista fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011, l-entrati għal tliet persuni għandhom jiġu emendati.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS

(1)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1

ANNESS

L-entrati għall-persuni li ġejjin sstipulati fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt.

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

3.

Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

Tuneżin, twieled f'Tuneż fl-4 ta' Marzu 1944, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Yamina SOUIEI, direttur amministrattiv, kien jirresjedi fi 11 rue de France — Radès Ben Arous, detentur tal-NIC Nru 05000799.

Miet fl-4 ta' April 2011.

Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f'miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' pożizzjoni pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u kompliċità fl-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' pożizzjoni pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

12.

Mohamed Adel Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI

Tuneżin, twieled f'Tuneż fis-26 ta' April 1950, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Souad BEN JEMIA, direttur amministrattiv, kien jirresjedi fi 3 rue de la Colombe — Gammarth Supérieur, detentur tal-NIC Nru 00178522.

Miet fis-27 ta' Jannar 2011.

Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f'miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' pożizzjoni pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u kompliċità fl-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' pożizzjoni pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.

32.

Faouzi Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI

Tuneżin, twieled f'Hammam-Sousse fit-13 ta' Marzu 1947, miżżewweġ lil Zohra BEN AMMAR, direttur amministrattiv, kien jirresjedi f'rue El Moez — Hammam — Sousse, detentur tal-NIC Nru 02800443.

Miet fil-25 ta' Frar 2011.

Top