This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0138
Council Regulation (EU) 2015/138 of 29 January 2015 amending Regulation (EU) No 208/2014 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138 tad- 29 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138 tad- 29 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
ĠU L 24, 30.1.2015, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/138
tad-29 ta' Jannar 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (2) jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK u jipprevedi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni identifikati bħala responsabbli għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna u ta' persuni li huma responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom. |
(2) |
Fid-29 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/143 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK u tiċċara l-kriterji ta' deżinjazzjoni għall-iffriżar ta' fondi mmirati lejn persuni identifikati li huma responsabbli għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna. |
(3) |
Dik l-emenda taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
F-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 208/2014, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, persuni identifikati bħala responsabbli għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna jinkludi persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni mill-awtoritajiet tal-Ukrajna:
(a) |
għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali misapproprjazzjoni; jew |
(b) |
għall-abbuż tal-uffiċċju bħala detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih jew għal parti terza u li b'hekk jikkawża telf ta' fondi pubbliċi jew assi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali abbuż.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1).
(3) Ara l-paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.