Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0045

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/45 tal- 14 ta' Jannar 2015 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tat-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 mill-vetturi kummerċjali ħfief Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 9, 15.1.2015, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/45/oj

    15.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 9/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/45

    tal-14 ta' Jannar 2015

    li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tat-teknoloġiji innovattivi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi kummerċjali ħfief

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprovdi li l-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta' teknoloġiji innovattivi għandu jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' kull manifattur. Regoli dettaljati dwar l-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (4).

    (2)

    Sabiex jitqies l-iffrankar tas-CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi fil-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn kull manifattur, u sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effiċjenti tal-iffrankar speċifiku tas-CO2 għall-vetturi individwali, il-vetturi mgħammra b'ekoinnovazzjonijiet għandhom ikunu ċċertifikati bħala parti mill-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, u skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014, l-iffrankar għandu jiġi speċifikat b'mod separat kemm fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u kemm fiċ-ċertifikat tal-konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE.

    (3)

    B'konsegwenza ta' dan, jeħtieġ li jiġu mmodifikati d-dokumenti użati fil-proċess tal-approvazzjoni tat-tip, sabiex dawn ikunu jirriflettu b'mod xieraq l-informazzjoni marbuta mal-ekoinnovazzjonijiet.

    (4)

    L-emendar tad-dokumenti użati għall-approvazzjoni tat-tip għandu l-għan, min-naħa l-waħda, li jipprovdi d-dejta adegwata lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni biex ikunu jistgħu jiċċertifikaw vetturi ħfief mgħammra b'ekoinnovazzjonijiet, u min-naħa l-oħra, li jintegra l-iffrankar tas-CO2 bl-ekoinnovazzjonijiet bħala parti mill-informazzjoni rappreżentattiva ta' tip, varjant jew verżjoni speċifika ta' vettura.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (5) jistipula d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-verifika tal-konformità tal-vetturi għall-emissjonijiet tas-CO2 u r-rekwiżiti għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' tali vetturi.

    (6)

    Id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

    (7)

    Għandu jingħata biżżejjed żmien bil-quddiem biex jippermetti lill-manifatturi u lill-awtoritajiet nazzjonali jadattaw il-proċeduri tagħhom għar-regoli l-ġodda.

    (8)

    Il-manifatturi għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw, fuq bażi volontarja, għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2 minħabba l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi, qabel id-data ta' applikazzjoni tar-regoli l-ġodda.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    B'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward tat-tipi ta' vetturi li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.

    Mill-1 ta' Jannar 2016, l-approvazzjonijiet tat-tip ta' tipi ta' vetturi mgħammra b'teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jingħataw skont id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 kif emendati minn dan ir-Regolament.

    Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem, il-manifatturi għandhom jibagħtu ċertifikati tal-konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 kif emendati minn dan ir-Regolament għal kull vettura ħafifa ġdida.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta' April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).


    ANNESS I

    L-Annessi I u IX tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati kif ġej:

    (1)

    fl-Anness I, il-punti 3.5.6 u 3.5.6.1 huma mibdula ma' li ġej:

    “3.5.6.

    Vettura mgħammra b'ekoinnovazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għal vetturi M1 jew fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għal vetturi N1: iva/le (1)

    3.5.6.1.

    Tip/Varjant/Verżjoni tal-vettura bażi kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 għal vetturi M1 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 għal vetturi N1 (jekk applikabbli)”

    ;

    (2)

    L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt 49 tal-Parti I, in-Naħa 2 — Kategorija ta' vetturi N1 (vetturi kompluti u kkompletati) tal-mudell taċ-ċertifikat ta' konformità tal-KE, jiżdiedu l-punti 3, 3.1 u 3.2 li ġejjin:

    “3

    Vettura mgħammra b'ekoinnovazzjoni(jiet): iva/le (1)

    3.1.

    Kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) (p1):

    3.2.

    Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 bl-ekoinnovazzjoni(jiet) (p2) (irrepeti għal kull fjuwil ta' referenza ttestjat): .”

    ;

    (b)

    fil-punt 49 tal-Parti II, in-Naħa 2 — Kategorija ta' vetturi N1 (vetturi kompluti u kkompletati) tal-mudell taċ-ċertifikat ta' konformità tal-KE, jiżdiedu l-punti 3, 3.1 u 3.2 li ġejjin:

    “3

    Vettura mgħammra b'ekoinnovazzjoni(jiet): iva/le (1)

    3.1.

    Kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni(jiet) (p1):

    3.2.

    Total tal-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 bl-ekoinnovazzjoni(jiet) (p2) (irrepeti għal kull fjuwil ta' referenza ttestjat): .”

    .


    ANNESS II

    L-Annessi I u XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 4.3.5.1 huwa mibdul b'li ġej:

    “4.3.5.1.

    Fil-każ ta' tip ta' vettura li hi mgħammra b'ekoinnovazzjoni waħda jew aktar, fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għal vetturi M1 u fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għall-vetturi N1, il-konformità tal-produzzjoni għandha tintwera skont l-ekoinnovazzjonijiet, billi jsiru t-testijiet stipulati fid-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni li japprovaw l-ekoinnovazzjoni(jiet) ikkonċernati.”

    ;

    (b)

    fl-Appendiċi 3, il-punti 3.5.6 u 3.5.6.1 huma mibdula b'li ġej:

    “3.5.6.

    Vettura mgħammra b'ekoinnovazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għal vetturi M1 jew fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għal vetturi N1: iva/le (*)

    3.5.6.1.

    Tip/Varjant/Verżjoni tal-vettura bażi kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 għal vetturi M1 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 għal vetturi N1 (**)”

    ;

    (2)

    L-Anness XII hu emendat kif ġej:

    (a)

    il-punti 4.1 u 4.2 huma mibdula b'li ġej:

    “4.1.

    Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 għal vetturi M1 u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 għall-vetturi N1, manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tiegħu bis-saħħa ta' ffrankar minn ekoinnovazzjoni waħda jew aktar mgħammra f'vettura, għandu japplika għand awtorità tal-approvazzjoni għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura mgħammra bl-ekoinnovazzjoni.

    4.2.

    L-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vettura mgħammra b'ekoinnovazzjoni, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jiġi ddeterminat bil-proċedura u l-metodoloġija tal-ittestjar speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-ekoinnovazzjoni, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 għal vetturi M1, jew skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 għal vetturi N1.”

    ;

    (b)

    il-punt 4.4 huwa mibdul b'li ġej:

    “4.4.

    L-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tingħata jekk l-ekoinnovazzjoni ma turix tnaqqis minimu fl-emissjonijiet ta' 1 g CO2/km fir-rigward tal-vettura bażi, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 għal vetturi M1, jew fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 għall-vetturi N1

    .


    Top