This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015O0034
Guideline (EU) 2016/64 of the European Central Bank of 18 November 2015 amending Guideline (EU) 2015/510 on the implementation of the Eurosystem monetary policy framework (General Documentation Guideline) (ECB/2015/34)
Linja Gwida (UE) 2016/64 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2015/34)
Linja Gwida (UE) 2016/64 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2015/34)
ĠU L 14, 21.1.2016, p. 25–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 14/25 |
LINJA GWIDA (UE) 2016/64 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta' Novembru 2015
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2015/34)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”), sabiex dik il-politika tiġi implimentata b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Fid-dawl tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar “il quddiem l-Istatut tas-SEBĊ”), il-BĊE għandu l-awtorità li jifformula l-politika monetarja waħdanija tal-Unjoni u li joħroġ il-linji gwida meħtieġa sabiex jiżgura l-implimentazzjoni korretta tagħha. Skont l-Artikolu 14.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊNi għandhom obbligu li jaġixxu skont dawk il-linji gwida. Din il-Linja Gwida b'hekk hija indirizzata lill-Eurosistema. Ir-regoli stipulati f'din il-Linja Gwida għandhom jiġu implimentati mill-BĊNi f'arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji. Il-kontropartijiet huma meħtieġa jikkonformaw ma' dawk ir-regoli kif implimentati mill-BĊNi f'dawk l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji. |
(3) |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jippermetti lill-Eurosistema li topera fis-swieq finanzjarji billi tixtri jew tbigħ b'mod deċiżiv (spot u forward) jew taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid u billi ssellef jew tissellef pretensjonijiet u strumenti kummerċjabbli, kemm jekk f'euro jew f'muniti oħrajn, kif ukoll metalli prezzjużi. It-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 jippermetti lill-Eurosistema biex twettaq operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq. |
(4) |
Sabiex l-Eurosistema tiġi mħarsa mir-riskju tal-kontroparti, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jipprovdi li meta l-Eurosistema twettaq operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, it-tislif għandu jkun ibbażat fuq kollateral adegwat. |
(5) |
Sabiex l-Eurosistema tiġi mħarsa kontra r-riskju ta' telf finanzjarju f'każ ta' inadempjenza ta' kontroparti, assi eliġibbli mmobilizzati bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tar-riskju stipulati fit-Titolu VI tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1). |
(6) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jbiddel ir-regoli dwar l-użu proprju ta' bonds koperti fir-rigward ta' haircuts ta' valutazzjoni addizzjonali. |
(7) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li strumenti ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli jistgħu jintużaw fuq bażi transkonfinali skont il-proċeduri applikabbli tal-mudell ta' bank ċentrali korrispondenti (CCBM). |
(8) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li d-dispożizzjonijiet dwar il-haircuts ta' valutazzjoni għandhom jiġu stipulati f'att legali separat mil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) peress li dan ikun jippermetti li ssir aktar effiċjenti l-implimentazzjoni ta' emendi għall-qafas relevanti fil-pront malli d-deċiżjonijiet korrispondenti jiġu adottati [mill-Kunsill Governattiv]. |
(9) |
Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata skont kif ġej:
1. |
L-Artikolu 2(16) huwa mibdul b'dan li ġej:
|
2. |
L-Artikolu 2(49) huwa mibdul b'dan li ġej:
|
3. |
L-Artikolu 128 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 128 Miżuri għall-kontroll tar-riskju 1. L-Eurosistema għandha tapplika l-miżuri ta' kontroll tar-riskju li ġejjin għall-assi eleġibbli:
2. L-Eurosistema tista' tapplika l-miżuri ta' kontroll tar-riskju addizzjonali li ġejjin:
(*) Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30)”;" |
4. |
L-Artikolu 148 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 148 Prinċipji ġenerali 1. Il-kontropartijiet jistgħu jużaw assi eliġibbli fuq bażi transkonfinali fiż-żona tal-euro kollha għal kull tip ta' operazzjoni ta' kreditu tal-Eurosistema. 2. Il-kontropartijiet jistgħu jimmobilizzaw assi eleġibbli barra minn depożiti ta' terminu fiss, għal użu transkonfinali skont dawn li ġejjin:
3. Assi negozjabbli jistgħu jintużaw permezz ta' kont ta' BĊN f'SSS li jkun jinsab f'pajjiż li ma jkunx dak tal-BĊN inkwistjoni jekk l-Eurosistema tkun approvat l-użu ta' dak il-kont. 4. De Nederlandsche Bank għandu jkun awtorizzat li juża l-kont tiegħu ma' Euroclear Bank biex jirregola tranżazzjonijiet ta' kollateral f'Eurobonds maħruġin f'dik l-ICSD. Il-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għandu jiġi awtorizzat biex jiftaħ kont simili mal-Euroclear Bank. Dan il-kont jista' jintuża għall-assi eliġibbli kollha miżmuma fil-Euroclear Bank, jiġifieri inklużi l-assi eliġibbli ttrasferiti lill-Euroclear Bank permezz ta' rabtiet eliġibbli. 5. Il-kontropartijiet għandhom jeżegwixxu t-trasferiment tal-assi eliġibbli permezz tal-kontijiet ta' saldu ta' titoli ma' SSSs li ġew evalwati b'mod pożittiv skont il-Qafas tal-Valutazzjoni tal-Utenti tal-Eurosistema. 6. Kontroparti li ma jkollhiex kont ta' kustodja sigur ma' BĊN jew kont ta' saldu tat-titoli ma' SSS li jkun ġie evalwat b'mod pożittiv skont il-Qafas tal-Valutazzjoni tal-Utenti tal-Eurosistema tista' tħallas għal tranżazzjonijiet permezz tal-kont ta' saldu ta' titoli jew il-kont ta' kustodja sigura ta' istituzzjoni ta' kreditu korrispondenti.”; |
5. |
L-Anness XI huwa sostitwit b'dan li ġej: “ANNESS XI FORMOLI TA' SIGURTÀ Fit-13 ta' Ġunju 2006, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħabbar il-kriterji tan-noti globali ġodda (NGN) għal titoli internazzjonali f'forma bearer globali li jkunu eliġibbli bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema mill-1 ta' Jannar 2007. Fit-22 ta' Ottubru 2008, il-BĊE ħabbar li titoli ta' dejn internazzjonali f'forma rreġistrata globali maħruġa wara t-30 ta' Settembru 2010 ser ikunu eliġibbli bħala kollateral biss għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema meta tintuża l-istruttura ta' ħarsien ġdida (NSS) għal titoli ta' dejn internazzjonali. It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-regoli tal-eliġibbiltà għal forom differenti ta' titoli bl-introduzzjoni tal-kriterji NGN u NSS. Tabella 1 Regoli ta' Eliġibbiltà Għal Forom ta' Sigurtà Differenti
|
Artikolu 2
Revoka
L-Artikoli 129 sa 133a fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u l-Anness X tagħha huma mħassra.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lill-BĊNi.
2. Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u għandhom japplikawhom mill-25 ta' Jannar 2016. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-5 ta' Jannar 2016.
Artikolu 4
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(**) Jew, jekk issir applikabbli, f'depożitorju ċentrali ta' titoli evalwat b'mod pożittiv.”