Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2458

    Deċiżjoni (UE) 2015/2458 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Irlanda — EGF/2015/006 IE/PWA International)

    ĠU L 339, 24.12.2015, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2458/oj

    24.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 339/46


    DEĊIŻJONI (UE) 2015/2458 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-16 ta' Diċembru 2015

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Irlanda — EGF/2015/006 IE/PWA International)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

    (2)

    Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

    (3)

    Nhar id-19 ta' Ġunju 2015, l-Irlanda ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2015/006 IE/PWA International għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għas-sensji mogħtija f'PWA International Ltd u fornitur wieħed fl-Irlanda. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali, ipprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.

    (4)

    Bi qbil mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-Irlanda ddeċidiet li tipprovdi servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG anke lil 108 żagħżugħ(a) li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET).

    (5)

    Bi qbil mal-Artikolu 4(2) tar- Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-applikazzjoni mill-Irlanda hija meqjusa ammissibbli peress li s-sensji għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali.

    (6)

    Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 442 293 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Irlanda.

    (7)

    Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 442 293 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandha tapplika mis-16 ta' Diċembru 2015.

    Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    N. SCHMIT


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

    (2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

    (3)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884);


    Top