Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2433

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2433 tat-18 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2015) 9168) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 334, 22.12.2015, p. 46–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/2433/oj

22.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2433

tat-18 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2015) 9168)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b ' mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew fiż-żoni tagħhom li huma elenkati fl-Anness tagħha (“l-Istati Membri kkonċernati”). Dawk il-miżuri jinkludu l-projbizzjonijiet fuq id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin, semen, ova u embrijuni tal-ħnieżer, laħam tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih il-laħam tal-majjal, kif ukoll il-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali porċini minn ċertu żoni tal-Istati Membri kkonċernati (“il-kommoditajiet”). Dak l-Anness jiddemarka u jelenka dawk iż-żoni li għalihom għandu jiġi kkunsidrat il-livell ta' riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istati Membri kkonċernati.

(2)

Sabiex jiġu adattati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għall-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-oqsma differenti tal-Istati Membri kkonċernati, u sabiex jitqiesu l-livelli differenti tar-riskju skont it-tip ta' kommodità, huwa xieraq li jiġu previsti ċerti derogi għal ċerti tipi ta' prodotti li joriġinaw miż-żoni elenkati fil-Partijiet differenti tal-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Dawk id-derogi għandhom ikunu konformi wkoll mal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju għall-importazzjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li huma indikati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5). F'każ li jingħataw derogi bħal dawn, il-miżuri addizzjonali ta' salvagwardja u r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli, għandhom jiġu deskritti f'dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

Il-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE hija partikolarment stretta u għalhekk tista' twassal għal problemi ta' loġistika u tal-benesseri tal-annimali f'każ li ma jkunx possibbli l-qtil ta' ħnieżer fiż-żoni rispettivi, b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' biċċerija adattata jew il-limitazzjonijiet fil-kapaċità tat-tbiċċir fiż-żoni rilevanti elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness jew fl-istess Stat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor elenkat fl-Anness.

(4)

Il-moviment ta' ħnieżer ħajjin għat-tbiċċir immedjat joħloq anqas riskju minn tipi oħra ta' movimenti ta' ħnieżer ħajjin, dejjem jekk ikun hemm fis-seħħ miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju. Għaldaqstant, huwa xieraq li, fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-premessa (3), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jagħtu derogi, b'mod eċċezzjonali, għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness għat-tbiċċir immedjat f'biċċerija li tkun tinsab 'il barra minn dik iż-żona fl-istess Stat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor elenkat fl-Anness, sakemm jiġu applikati miżuri ta' mitigazzjoni biex ma jiġix ipperikolat il-kontroll tal-marda.

(5)

Mil-lat tar-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, il-movimenti ta' kommoditajiet differenti li ġejjin minn annimali porċini joffru livelli differenti ta' riskju. Bħala regola ġenerali, il-moviment tas-semen tal-ħnieżer minn żoni ristretti joffri riskji sinifikanti mil-lat ta' esponiment u konsegwenzi. Madankollu, l-applikazzjoni ta' miżuri addizzjonali ta' mitigazzjoni tar-riskju, bħalma huma l-ittestjar u ż-żieda fil-bijosigurtà, jistgħu jippermettu derogi għas-semen miġbur fiż-żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. L-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandu għalhekk jiġi emendat.

(6)

Id-derogi għad-dispaċċ ta' ċerti ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għal żoni oħra elenkati fil-Partijiet II jew III ta' dak l-Anness ta' Stat Membru ieħor bl-istess status tal-marda huma ġustifikati sakemm jiġu applikati miżuri speċifiċi għall-mitigazzjoni tar-riskju. Il-flessibilità mogħtija minn dawn il-miżuri ġodda hija importanti sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri f'perspettiva ta' terminu ta' żmien medju u twil. Dan jirrikjedi l-istabbiliment ta' proċedura ta' gwida sikura taħt il-kontroll strett tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tranżitarju u dak destinarju. L-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandhom għalhekk jiġu emendati.

(7)

Bħala miżura addizzjonali ta' mitigazzjoni tar-riskju, għandha tidħol fis-seħħ proċedura ta' gwida sabiex l-annimali li jkunu ġejjin minn żoni b'riskju ogħla tad-deni Afrikan tal-ħnieżer jiġu iżolati. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-proċeduri tad-dispaċċ, tat-tranżitu u tal-konsenja ta' ħnieżer ħajjin jiġu kkjarifikati u speċifikati.

(8)

Id-derogi previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin u ta' semen bejn żoni b'riskju kumparabbli tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandhom jiġu applikati biss meta jkunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tranżitarji u destinarji, qabel dan il-moviment.

(9)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (6) tistipula li l-moviment ta' annimali ħajjin għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikati tas-saħħa. Meta d-derogi mill-projbizzjoni dwar id-dispaċċ tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġu applikati għal ħnieżer ħajjin maħsubin għall-kummerċ fl-Unjoni, dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinkludu referenza għal dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni biex ikun żgurat li ċ-ċertifikati rilevanti jkun fihom informazzjoni eżatta u adegwata dwar is-saħħa.

(10)

Il-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandhom iqisu l-epidemjoloġija tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jerġa' jinkiseb status ta' ħelsien mill-marda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali. Għaldaqstant, il-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2019.

(11)

Instabu diversi każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali f'żoni fl-Estonja u fil-Latvja li huma elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawn il-każijiet jinsabu viċin iż-żoni elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness.

(12)

Qatt ma ġie rrapportat deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni l-aktar 'il fuq tat-Tramuntana tal-Polonja li bħalissa huma elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(13)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju rrapreżentata mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Litwanja u fil-Polonja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali u biex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Partijiet I u II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE biex titqies is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali rigward dik il-marda f'dawk it-tliet Stati Membri.

(14)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin minn azjenda agrikola li tkun jinsab fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru jew lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, sakemm:”

(b)

Jiddaħħal il-punt 4. li ġej:

“4.

Għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' tranżitu u mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta' annimali bħal dawn;

(b)

l-Istat Membru tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza għalihom fil-punt (a);

(c)

ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 16a, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni, biex ikun żgurat li l-annimali, li jitmexxew b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-punt (a), jiġu ttrasportati b'mod sigur u ma jiġux sussegwentement meħudin f'xi Stat Membru ieħor.

(d)

Għal ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mar-rekwiżiti addizzjonali fil-punt 4 ta' dan l-Artikolu, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fuq iċ-ċertifikat korrispondenti tas-saħħa tal-majjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE:

‘Ħnieżer konformi mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.’”.

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Deroga mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness

B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness lejn żoni oħra elenkati fil-Parti II fit-territorju tal-istess Stat Membru jew lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, sakemm:

1.

il-ħnieżer ikunu ġejjin minn azjenda agrikola b'livell xieraq ta' bijosigurtà approvat mill-awtorità kompetenti, l-azjenda agrikola tinsab taħt is-sorveljanza tal-awtorità kompetenti, u l-ħnieżer ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 3 u jew fil-punt 2 jew fil-punt 3 tal-Artikolu 3;

2.

il-ħnieżer jinsabu fiċ-ċentru ta' żona, b'radju ta' mill-inqas tliet kilometri, li fiha l-annimali kollha fl-azjenda agrikola jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Artikolu 3 u jew fil-punt 2 jew fil-punt 3 tal-Artikolu 3;

3.

l-awtorità kompetenti tal-azjenda agrikola tad-dispaċċ għandha tgħarraf, fi żmien debitu, lill-awtorità kompetenti tal-azjenda agrikola tad-destinazzjoni bl-intenzjoni li tibgħat il-ħnieżer u l-awtorità kompetenti tal-azjenda agrikola tad-destinazzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ bil-wasla tal-ħnieżer;

4.

it-trasport tal-ħnieżer f'żoni u minn żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk elenkati fil-Parti III tal-Anness, għandu jsir tul rotot tat-trasport definiti minn qabel u l-vetturi użati biex jinġarru dawk il-ħnieżer għandhom jitnaddfu, u jekk ikun hemm bżonn, jiġu ddiżinsettizzati u ddiżinfettati malajr kemm jista' jkun wara l-ħatt;

5.

għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin lejn żoni elenkati fil-Partijiet II jew III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' tranżitu u mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta' dawn l-annimali;

(b)

l-Istat Membru tal-post tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza għalihom fil-punt (a) u għandu jawtorizza lista ta' azjendi agrikoli li jikkonformaw mal-garanziji tas-saħħa tal-annimali;

(c)

ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 16a, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni, biex ikun żgurat li l-annimali, li jitmexxew b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-punt (a), jiġu ttrasportati b'mod sigur u ma jiġux sussegwentement meħudin f'xi Stat Membru ieħor;

(d)

għall-ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mar-rekwiżiti addizzjonali kollha f'dan l-Artikolu, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fuq iċ-ċertifikat korrispondenti tas-saħħa tal-majjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE:

‘Ħnieżer konformi mal-Artikolu 3a tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.’”.

(3)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“B'deroga mill-projbizzjonijiet previsti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ għat-tbiċċir immedjat ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru jew lejn żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor f'każ li jkun hemm limitazzjonijiet loġistiċi fil-kapaċità tat-tbiċċir tal-biċċeriji approvati mill-awtorita kompetenti skont l-Artikolu 12 li jkunu jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, sakemm:”

(b)

Jiddaħħal il-punt 10 li ġej:

“10.

għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin lejn żoni elenkati fil-Partijiet II jew III tal-Anness ta' Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' tranżitu u mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta' annimali bħal dawn;

(b)

l-Istat Membru tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza għalihom fil-punt (a) u għandu jawtorizza lista ta' azjendi agrikoli li jikkonformaw mal-garanziji tas-saħħa tal-annimali;

(c)

ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 16a, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni, biex ikun żgurat li l-annimali, li jitmexxew b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-punt (a), jiġu ttrasportati b'mod sigur u ma jiġux sussegwentement meħudin f'xi Stat Membru ieħor;

(d)

għal ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kollha ta' dan l-Artikolu, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fuq iċ-ċertifikat korrispondenti tas-saħħa tal-majjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE:

‘Ħnieżer konformi mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE.’”.

(4)

Fl-Artikolu 8, il-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 tinbidel b'dan li ġej:

“1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 3, għall-Artikolu 3a u għall-Artikolu 4, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma jintbagħtux ħnieżer ħajjin mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ħlief meta dan il-ħanżir ikun ġej minn:”

(5)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Projbizzjoni fuq id-dispaċċ lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi ta' kunsinni ta' semen u ova u embrijuni tal-ħnieżer miġbura minn ħnieżer miż-żoni elenkati fl-Anness

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' kommoditajiet li ġejjin mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi:

(a)

semen tal-ħnieżer, sakemm is-semen ma jkunx ġej minn ħnieżer tar-refgħa donaturi miżmuma f'ċentru tal-ġbir tas-semen approvat skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE (*) li jkun jinsab 'il barra miż-żoni elenkati fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

ova u embrijuni tal-ħnieżer, sakemm l-ova u l-embrijuni ma joriġinawx minn ħnieżer nisa donaturi tal-ispeċi porċina miżmuma f'azjendi agrikoli konformi mal-Artikolu 8(2) u li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness, u l-embrijuni jkunu embrijuni mnisslin in-vivo konċeputi b'riżultat tal-inseminazzjoni artifiċjali jew embrijuni prodotti in vitro konċeputi b'riżultat ta' fertilizzazzjoni b'semen konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

2.   B'deroga mill-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu u fil-punt (b) tal-Artikolu 2, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' kunsinni ta' semen tal-ħnieżer, jekk is-semen ikun inġabar minn ħnieżer tar-refgħa donaturi li jinżammu f'ċentru tal-ġbir tas-semen approvat skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 90/429/KEE, li japplika r-regoli kollha dwar il-bijosigurtà rilevanti għad-deni Afrikan tal-ħnieżer u li jkun jinsab fiż-żoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għa żoni elenkati fil-Partijiet II jew III tal-Anness tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor, sakemm:

(a)

il-kunsinni tas-semen tal-ħnieżer jikkonformaw ma' kull tip ieħor ta' garanziji xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tar-riskji ta' miżuri kontra t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-oriġini u approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tad-destinazzjoni, qabel id-dispaċċ tal-kunsinna tas-semen;

(b)

l-Istat Membru tal-oriġini għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali li hemm referenza għalihom fil-punt (a);

(c)

il-ħnieżer tar-refgħa donaturi jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3 u jew fil-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 3;

(d)

il-ħnieżer tar-refgħa donaturi kienu soġġetti għal test tal-identifikazzjoni individwali tal-aġent li twettaq fi żmien ħamest ijiem qabel id-data tal-ġbir tas-semen tad-dispaċċ, b'riżultati negattivi u kopja tar-riżultati tat-testijiet mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanja l-kunsinna tas-semen;

(e)

l-attestazzjoni li ġejja tiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa tal-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 90/429/KEE:

‘Semen tal-ħnieżer konformi mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE.’

(*)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).”"

(6)

Jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej:

“Artikolu 16a

Proċedura ta' gwida

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċedura ta' gwida tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

1.

kull trakk u kull vettura oħra użata għat-trasport tal-ħnieżer ħajjin ikunu:

(a)

individwalment irreġistrati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għall-iskopijiet tat-trasport ta' ħnieżer ħajjin bl-użu ta' proċedura ta' gwida;

(b)

issiġillati mill-veterinarju uffiċjali wara t-tagħbija; l-uffiċjal tal-awtorità kompetenti biss jista' jkisser is-siġill u jibdlu b'wieħed ġdid; l-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa b'kull tagħbija jew każ ta' bdil tas-siġill;

2.

it-trasport iseħħ:

(a)

direttament, mingħajr waqfien;

(b)

filwaqt li tintuża r-rotta li tkun ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti;

3.

il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-azjenda agrikola tad-destinazzjoni jrid jikkonferma kull wasla lill-awtorità kompetenti tal-oriġini;

4.

wara li l-ħnieżer ħajjin jinħattu, it-trakk jew il-vettura u kull tagħmir ieħor użat fit-trasport ta' dawk il-ħnieżer, irid jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat kollu kemm hu fiż-żona magħluqa tal-post tad-destinazzjoni bis-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali. Għandu japplika l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2002/60/KE;

5.

qabel isir l-ewwel dispaċċ miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, l-awtorità kompetenti tal-oriġini għandha tiżgura li l-arranġamenti meħtieġa jkunu fis-seħħ mal-awtoritajiet rilevanti skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Anness VI tad-Direttiva 2002/60/KE sabiex ikunu żgurati l-pjan ta' emerġenza, il-linja ta' kmand u l-kooperazzjoni sħiħa tas-servizzi f'każ ta' inċident matul it-trasport, ħsara kbira fit-trakk jew fil-vettura jew xi azzjoni ta' frodi min-naħa tal-operatur. L-operaturi tat-trakkijiet għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtorità kompetenti b'kull inċident jew ħsara fit-trakk jew fil-vettura.”

(7)

Fl-Artikolu 21, id-data “il-31 ta' Diċembru 2018” tinbidel bid-data “il-31 ta' Diċembru 2019”.

(8)

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

(5)  Terrestrial Animal Health Code of the World Organisation for Animal Health (http://www.oie.int/international-standard-setting/terrestrial-code/access-online/).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Keila,

il-linn ta' Kunda,

il-linn ta' Loksa,

il-linn ta' Maardu,

il-linn ta' Mustvee,

il-linn ta' Pärnu,

il-linn ta' Saue,

il-linn ta' Tallinn,

il-maakond ta' Läänemaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20),

il-vald ta' Are,

il-vald ta' Audru,

il-vald ta' Halinga,

il-vald ta' Haljala,

il-vald ta' Harku,

il-vald ta' Jõelähtme,

il-vald ta' Keila,

il-vald ta' Kernu,

il-vald ta' Kiili,

il-vald ta' Koonga,

il-vald ta' Lavassaare,

il-vald ta' Nissi,

il-vald ta' Padise,

il-vald ta' Paikuse,

il-vald ta' Raasiku,

il-vald ta' Rae,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Saku,

il-vald ta' Saue,

il-vald ta' Sauga,

il-vald ta' Sindi,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Tootsi,

il-vald ta' Tori,

il-vald ta' Tõstamaa,

il-vald ta' Varbla,

il-vald ta' Vasalemma,

il-vald ta' Vihula,

il-vald ta' Viimsi,

il-vald ta' Viru-Nigula.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Suntažu u Ogresgala,

in-novads ta' Ādažu,

in-novads ta' Amatas,

in-novads ta' Carnikavas,

in-novads ta' Garkalnes,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Jurbarkas, is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių

fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnija ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Naujamiesčio u Smilgių,

fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnija ta' Ariogalos, Ariogalos miestas, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnija ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda,

is-savivaldybė ta' Marijampolė.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-województwo (il-provinċja) ta' Podlaskie:

il-gminy ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin and Bargłów Kościelny fil-powiat ta' augustowski,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady, Dobrzyniewo Duże u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Lbiċ tal-gmina ddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' białostocki,

il-gminy ta' Czyże, Hajnówka bil-bliet ta' Hajnówka, Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat ta' hajnówka,

il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat ta' siemiatycki,

il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' wysokomazowiecki,

il-poviat sejneński,

il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat ta' suwalski,

il-gminy ta' Rutki fil-powiat ta' zambrowski,

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat ta' sokólski,

il-powiat ta' bielski,

il-powiat ta' M. Białystok,

il-powiat ta' M. Suwałki,

il-powiat ta' moniecki.

PARTI II

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn (il-belt) ta' Kallaste,

il-linn ta' Rakvere,

il-linn ta' Tartu,

il-linn ta' Vändra,

il-linn ta' Viljandi,

il-maakond ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-maakond ta' Raplamaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Abja,

il-vald ta' Aegviidu,

il-vald (il-muniċipalità) ta' Alatskivi,

il-vald ta' Anija,

il-vald ta' Häädemeeste,

il-vald ta' Haaslava,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Kadrina,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Kasepää,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Kose,

il-vald ta' Kõue,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Luunja,

il-vald ta' Mäksa,

il-vald ta' Meeksi,

il-vald ta' Pala,

il-vald ta' Peipsiääre,

il-vald ta' Piirissaare,

il-vald ta' Rakvere,

il-vald ta' Saarde,

il-vald ta' Saare,

il-vald ta' Surju,

il-vald ta' Tahkuranna,

il-vald ta' Tapa,

il-vald ta' Vändra,

il-vald ta' Vara,

il-vald ta' Vinni,

il-vald ta' Võnnu.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads ta' Krimuldas,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas,

fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Krapes, Ķeipenes, Lauberes, Madlienas, Mazozolu, Menģeles u Taurupes,

in-novads ta' Priekuļu,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Aknīstes,

in-novads ta' Alūksnes,

in-novads ta' Apes,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Balvi,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Gulbenes,

in-novads ta' Ilūkstes,

in-novads ta' Jaunpiepalgas,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Rugāju,

in-novads ta' Saulkrastu,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Varakļānu,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Viļakas,

ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Jēkabpils;

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (ir-raħal distrettwali) ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Šilų, Bukonių u fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimas (ir-raħal) ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Kaišiadorių apylinkės, Kruonio, Nemaitonių, Paparčių, Žąslių, Žiežmarių, Žiežmarių apylinkės u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, Vilkijos apylinkių u Zapyškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, Kėdainių miesto,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnija ta' Karsakiškio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Vadoklių u Velžio,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnija ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnija ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

il-miesto savivaldybė (il-belt tal-muniċipalità) ta' Alytus,

il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevežys,

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Alytus,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

ir-rajono savivaldybė ta' Druskininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

is-savivaldybė (il-muniċipalità) ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Elektrenai.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-województwo (il-provinċja) ta' Podlaskie:

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Supraśl, Wasilków u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Grigal tal-gmina iddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' białostocki,

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat ta' sokólski,

il-gminy ta' Lipsk fil-powiat ta' augustowski,

il-gminy ta' Narew, Narewka u Białowieża fil-powiat ta' hajnowski.

PARTI III

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Elva,

il-linn ta' Jõgeva,

il-linn ta' Põltsamaa,

il-linn ta' Võhma,

il-maakond ta' Järvamaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-maakond ta' Võrumaa,

il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Jõgeva,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Laeva,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Pajusi,

il-vald ta' Põltsamaa,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Puurmani,

il-vald ta' Rakke,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Tähtvere,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Torma,

il-vald ta' Ülenurme,

il-vald ta' Väike-Maarja.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

in-novads ta' Aglonas,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Beverīinas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Strenču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils;

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Viešintos u l-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimas Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u Žeimių miestelis,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Palomenės, Pravieniškių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnija ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos, Kalesninkų,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnija ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos, Vydenių,

il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Moletai,

ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Švencionys,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

ir-rajono savivaldybė ta' Utena,

ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

is-savivaldybe ta' Visaginas.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-województwo (il-provinċja) ta' Podlaskie:

il-gminy ta' Gródek u Michałowo fil-powiat ta' Białostok,

il-gminy ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat ta' sokólski.

PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni fl-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardinja.”


Top