Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2375

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2375 tas-26 ta' Novembru 2015 li tadotta t-tielet aġġornament tal-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed (notifikata bid-dokument C(2015) 8226)

    ĠU L 338, 23.12.2015, p. 938–942 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2016; Imħassar b' 32016D2329

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/2375/oj

    23.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 338/938


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2375

    tas-26 ta' Novembru 2015

    li tadotta t-tielet aġġornament tal-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed

    (notifikata bid-dokument C(2015) 8226)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed imsemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet mit-territorju tal-Unjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta' April 2005 mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta' dik id-Direttiva, (il-“Kumitat dwar il-Ħabitats”).

    (2)

    Il-lista inizjali tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, skont it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġiet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/92/KE (2). Dik il-lista ġiet aġġornata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/737/UE (3).

    (3)

    Is-siti inklużi fil-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed jiffurmaw parti min-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali tal-ħarsien tal-bijodiversità fl-Unjoni. Biex in-netwerk Natura 2000 ikompli jiġi stabbilit dejjem iktar u fil-kuntest tal-adattament dinamiku ta' dan in-netwerk, il-listi tas-siti ta' importanza Komunitarja jiġu riveduti regolarment.

    (4)

    Sa minn Ottubru 2012, l-Istati Membri pproponew siti addizzjonali ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Istati Membri ressqu wkoll bidliet fl-informazzjoni li għandha x'taqsam mas-siti li jkunu jinsabu fil-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed.

    (5)

    Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bi qbil ma' kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li tidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta' ħabitats naturali ta' prijorità jew speċijiet ta' prijorità, għandha tiġi adottata lista aġġornata tas-siti magħżulin bħala siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed. L-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE japplikaw għal siti inklużi reċentement.

    (6)

    L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta' ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza mwettqa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell tal-Unjoni saru bl-użu tal-aqwa informazzjoni disponibbli bħalissa.

    (7)

    Fir-rigward tar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, mhux l-Istati Membri kollha pproponew biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta' ħabitats u speċijiet. Barra minn hekk, l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta' xi wħud mit-tipi ta' ħabitats naturali fl-Anness I u ta' xi wħud mill-ispeċijiet fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE baqa' mhux komplut. Għal dawk it-tipi ta' ħabitats u speċijiet, ma jistax jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut.

    (8)

    Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/737/UE għandha titħassar.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tielet aġġornament tal-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, kif stabbilit fl-Anness, huwa adottat.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/737/UE ġiet imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Karmenu VELLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/92/KE tat-12 ta' Diċembru 2008 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed (ĠU L 43, 13.2.2009, p. 59).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/737/UE tas-7 ta' Novembru 2013 li tadotta t-tieni lista aġġornata tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed (ĠU L 350, 21.12.2013, p. 40).


    ANNESS

    It-tielet aġġornament tal-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed

    Kull sit ta' importanza Komunitarja (SIK) huwa identifikat bit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluża l-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

    It-tabella ta' hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:

    A

    :

    kodiċi tas-SIK b'disa' karattri; l-ewwel tnejn huma l-kodiċi ISO tal-Istat Membru;

    B

    :

    isem is-SIK;

    C

    :

    *= il-preżenza fis-SIK ta' mill-inqas tip wieħed ta' ħabitat naturali ta' prijorità u/jew speċijiet fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

    D

    :

    l-erja tas-SIK f'ettari jew it-tul tas-SIK f'km;

    E

    :

    il-koordinati ġeografiċi tas-SIK (il-latitudni u l-lonġitudni) fi gradi deċimali.

    It-tagħrif kollu mogħti fil-lista tal-Unjoni ta' hawn taħt huwa msejjes fuq id-dejta proposta, mibgħuta u vvalidata mill-Bulgarija u r-Rumanija.

    A

    B

    C

    D

    E

    Kodiċi tas-SIK

    Isem is-SIK

    *

    Erja tas-SIK

    (ha)

    Tul tas-SIK

    (km)

    Koordinati ġeografiċi tas-SIK

     

     

     

     

     

    Lonġitudni

    Latitudni

    BG0000100

    Plazh Shkorpilovtsi

    *

    5 125,6526

     

    27,8653

    42,9453

    BG0000102

    Dolinata na reka Batova

    *

    18 459,2388

     

    27,9261

    43,3764

    BG0000103

    Galata

    *

    1 842,97

     

    27,9239

    43,0641

    BG0000116

    Kamchia

    *

    12 919,9374

     

    27,7536

    43,0217

    BG0000118

    Zlatni pyasatsi

    *

    1 374,44

     

    28,0364

    43,3044

    BG0000119

    Trite bratya

    *

    1 021,99

     

    27,2883

    42,7117

    BG0000130

    Kraymorska Dobrudzha

    *

    6 657,4945

     

    28,2845

    43,6587

    BG0000132

    Pobitite kamani

    *

    231,35

     

    27,6925

    43,2322

    BG0000133

    Kamchiyska i Emenska planina

    *

    63 678,468

     

    27,5081

    42,9231

    BG0000141

    Reka Kamchia

    *

    158,84

     

    27,4783

    43,0381

    BG0000143

    Karaagach

    *

    64,16

     

    27,7725

    42,2233

    BG0000146

    Plazh Gradina — Zlatna ribka

    *

    1 245,85

     

    27,6704

    42,4237

    BG0000151

    Aytoska planina

    *

    29 379,4

     

    27,4414

    42,6892

    BG0000154

    Ezero Durankulak

    *

    5 050,7948

     

    28,5775

    43,6828

    BG0000198

    Sredetska reka

    *

    707,78

     

    27,0475

    42,3153

    BG0000208

    Bosna

    *

    16 225,8881

     

    27,6447

    42,1869

    BG0000219

    Derventski vazvishenia 2

    *

    55 036,13

     

    27,0536

    42,1297

    BG0000230

    Fakiyska reka

    *

    4 104,72

     

    27,2911

    42,2942

    BG0000242

    Zaliv Chengene skele

    *

    190,0154

     

    27,5119

    42,4292

    BG0000270

    Atanasovsko ezero

    *

    7 210,0163

     

    27,4547

    42,5836

    BG0000271

    Mandra — Poda

    *

    6 139,1738

     

    27,4042

    42,4150

    BG0000273

    Burgasko ezero

     

    3 066,8992

     

    27,3922

    42,4975

    BG0000573

    Kompleks Kaliakra

    *

    48 340,1127

     

    28,3540

    43,3888

    BG0000574

    Aheloy — Ravda — Nesebar

    *

    3 928,38

     

    27,6986

    42,6586

    BG0000620

    Pomorie

    *

    2 085,15

     

    27,6364

    42,5989

    BG0000621

    Ezero Shabla — Ezerets

    *

    2 623,53

     

    28,5875

    43,5753

    BG0001001

    Ropotamo

    *

    98 099,76

     

    27,9343

    42,3019

    BG0001004

    Emine — Irakli

    *

    16 794,59

     

    27,8579

    42,7244

    BG0001007

    Strandzha

    *

    153 541,2

     

    27,7364

    42,0695

    BG0001500

    Aladzha banka

     

    669,64

     

    28,0567

    43,2781

    BG0001501

    Emona

     

    55 345,28

     

    28,1554

    42,8522

    BG0001502

    Otmanli

     

    8,83

     

    27,5287

    42,4418

    ROSCI0065

    Delta Dunării

    *

    453 076,1

     

    29,1987

    45,0520

    ROSCI0066

    Delta Dunării — zona marină

     

    123 373,7

     

    29,2901

    44,7497

    ROSCI0073

    Dunele marine de la Agigea

    *

    11,4

     

    28,6427

    44,0885

    ROSCI0094

    Izvoarele sulfuroase submarine de la Mangalia

     

    382

     

    28,5974

    43,8154

    ROSCI0114

    Mlaştina Hergheliei — Obanul Mare şi Peştera Movilei

    *

    232,2

     

    28,5706

    43,8334

    ROSCI0157

    Pădurea Hagieni — Cotul Văii

    *

    3 620,1

     

    28,4279

    43,7424

    ROSCI0197

    Plaja submersă Eforie Nord — Eforie Sud

     

    140,4

     

    28,6504

    44,0501

    ROSCI0237

    Structuri submarine metanogene — Sf. Gheorghe

     

    6 121,5

     

    29,7598

    44,8701

    ROSCI0269

    Vama Veche — 2 Mai

     

    6 255 ,

     

    28,6511

    43,7624

    ROSCI0273

    Zona marină de la Capul Tuzla

     

    1 737,9

     

    28,6891

    43,9884

    ROSCI0281

    Cap Aurora

     

    13 071 ,

     

    28,7132

    43,8619

    ROSCI0293

    Costinesti — 23 August

     

    4 877,8

     

    28,7236

    43,9253


    Top