Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2363

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2363 tas-16 ta' Diċembru 2015 li taġġorna l-Anness A għall-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco

    ĠU L 331, 17.12.2015, p. 37–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2363/oj

    17.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 331/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2363

    tas-16 ta' Diċembru 2015

    li taġġorna l-Anness A għall-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tad-29 ta' Novembru 2011 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 11(2) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Monetarju”) jeżiġi li l-Prinċipat ta' Monaco japplika l-istess regoli bħal dawk stabbiliti fir-Repubblika Franċiża għall-finijiet tat-traspożizzjoni tal-atti legali tal-Unjoni li jikkonċernaw l-attivitajiet u r-regolamentazzjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u l-prevenzjoni ta' riskji sistematiċi fis-sistemi ta' pagament u ta' saldu ta' titoli li jinsabu fl-Anness A għall-Ftehim Monetarju.

    (2)

    F'konformità mal-Artikolu 11(3) tal-Ftehim Monetarju, il-lista li tinsab fl-Anness A għall-ftehim imsemmi jeħtieġ li tiġi emendata mill-Kummissjoni ma' kull emenda li ssir fit-testi rilevanti kif ukoll kull darba li jiġi adottat test ġdid mill-Unjoni.

    (3)

    L-Unjoni adottat erbgħa u għoxrin att ġuridiku rigward l-attivitajiet u r-regolamentazzjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta' kreditu u tal-prevenzjoni tar-riskji sistemiċi fis-sistemi ta' pagament u s-sistemi ta' regolamentazzjoni tat-titoli u, konsegwentement, dawn iridu jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness A tal-Ftehim Monetarju:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

    (2)

    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

    (3)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/880 tal-4 ta' Ġunju 2015 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 9.6.2015, p. 7).

    (4)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1515 tal-5 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' tranżizzjoni li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 63).

    (5)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37).

    (6)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1555 tat-28 ta' Mejju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżit tal-bafer kapitali kontroċikliku skont l-Artikolu 440 (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 1)

    (7)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1556 tal-11 ta' Ġunju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għat-trattament tranżizzjonali tal-iskoperturi tal-ekwità skont l-approċċ IRB (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 9)

    (8)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/488 tal- 4 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal ditti abbażi tal-ispejjeż ġenerali fissi (ĠU L 78, 24.3.2015, p. 1).

    (9)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/850 tat-30 ta' Jannar 2015 li jissupplimenta r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 135, 2.6.2015, p. 1)

    (10)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/923 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 150, 17.6.2015, p. 1)

    (11)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/942 tal-4 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 529/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-approċċi interni meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq (ĠU L 154, 19.6.2015, p. 1)

    (12)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/227 tad-9 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 48, 20.2.2015, p. 1).

    (13)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni UE) Nru 945/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' indiċi diversifikati b'mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 3).

    (14)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2014 tad-29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 14).

    (15)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummisjsoni (UE) Nru 1187/2014 tat-2 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni tal-iskopertura ġenerali għal klijent jew grupp ta' klijenti relatati fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ma' assi sottostanti (ĠU L 324, 7.11.2014, p. 1)

    (16)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

    (17)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/79 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' interess ta' garanzija tal-assi, mudell ta' punt uniku tad-dejta u r-regoli dwar il-valutazzjoni (ĠU L 14, 21.1.2015, p. 1).

    (18)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/585 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni ta' perjodi b'riskju ta' marġni (ĠU L 98, 15.4.2015, p. 1)

    (19)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/233 tat-13 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' muniti li fihom ikun hemm definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 39, 14.2.2015, p. 11).

    (20)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti biex jiġu kkalkulati r-rati speċifiċi għall-istituzzjoni tal-bafer tal-kapital kontroċikliku (ĠU L 309, 30.10.2014, p. 5).

    (21)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 tat-8 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta' subkategoriji ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 27)

    (22)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/63 tal-21 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 44).

    (23)

    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

    (24)

    Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84). fil-każ tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu).

    (4)

    L-Anness A tal-Ftehim Monetarju għandu jiġi aġġornat skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness A tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco qed jiġi ssostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU C 310, 13.10.2012, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS A

     

    Leġiżlazzjoni Bankarja u Finanzjarja

    1

    Għal dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu:

    Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1)

     

    emendata minn:

    2

    Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 86/635/KEE fir-rigward tar-regoli ta' valutazzjoni għall-kontijiet annwali u kkonsolidati ta' ċerti tipi ta' kumpanniji kif ukoll ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28)

    3

    Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta' kontijiet annwali u konsolidati ta' ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16)

    4

    Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1)

    5

    Id-Direttiva 89/117/KEE tal-Kunsill tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-obbligi ta' fergħat stabbiliti fi Stat Membru ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-kontijiet annwali (ĠU L 44, 16.2.1989, p. 40)

    6

    Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45)

     

    emendata minn:

    7

    Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37)

    8

    Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

    9

    Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1)

    10

    Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

    11

    Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15)

     

    emendata minn:

    12

    Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

    13

    Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43)

     

    emendata minn:

    14

    Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37)

    15

    Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

    16

    Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1)

     

    emendata minn:

    17

    Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

    18

    Id-Direttiva 2008/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 40)

    19

    Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

    20

    Id-Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f'konglomerati finanzjarji (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 113

    21

    Ħlief għat-Titolu V tagħha:

    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

    22

    F'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, ħlief għall-Artikolu 15, 31-33 u tat-Titolu III tagħha:

    Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)

     

    emendata minn:

    23

    Id-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti limiti ta' żmien (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60)

    24

    Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1)

    25

    Id-Direttiva 2008/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 33)

    26

    Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

     

    issupplimentata u implimentata permezz ta':

    27

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1)

    28

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26)

    29

    F'dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet tat-Titoli I u II tagħha:

    Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE: (ĠU L 319 tal-5.12.2007, p. 1)

     

    emendata minn:

    30

    Id-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma' istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta' fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 97)

    31

    Ħlief għat-Titolu V tagħha:

    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

    32

    Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7)

     

    emendata minn:

    33

    Ħlief għat-Titolu V tagħha:

    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

    34

    Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

     

    kif emendat bi:

    35

    Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-konferiment ta' kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 5)

    36

    Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34.

    37

    Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

    38

    Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1)

     

    kif emendat bi:

    39

    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

    40

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1002/2013 tat-12 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 279, 19.10.2013, p. 2)

    41

    Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

    42

    Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

    43

    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

    44

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1515 tal-Ġimgħa, 5 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 63).

     

    issupplimentata u implimentata permezz ta':

    45

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20).

    46

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format tar-rekords li għandhom jinżammu minn kontropartijiet ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 30)

    47

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-format tar-rekords li għandhom jinżammu minn kontropartijiet ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 32)

    48

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013 tat-28 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kulleġġi għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 19)

    49

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2013 tat-12 ta' Lulju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 279, 19.10.2013, p. 4)

    50

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 1)

    51

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11)

    52

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 25)

    53

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 33)

    54

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti kapitali għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 37)

    55

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41)

    56

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2014 tat-13 ta' Frar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni, u biex ma jkunx hemm l-evażjoni ta' regoli jew ta' obbligi (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 1)

    57

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta' proċedura dwar penali imposti fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 31)

    58

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 484/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kapital ipotetiku ta' kontroparti ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 57)

    59

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/880 tal-Il-Ħamis, 4 ta' Ġunju 2015 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 9.6.2015, p. 7).

    60

    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

     

    kif emendat bi:

    61

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37).

    62

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1555 tas-Il-Ħamis, 28 ta' Mejju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 1)

    63

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1556 tas-Il-Ħamis, 11 ta' Ġunju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 9)

     

    issupplimentata u implimentata permezz ta':

    64

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1423/2013 tal-20 ta' Diċembru 2013 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 355, 31.12.2013, p. 60)

    65

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2014 tal-20 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment, fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat il-kalkolu tal-aġġustamenti għar-riskju ta' kreditu speċifiċi u ġenerali (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 3)

    66

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8)

     

    kif emendat bi:

    67

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/488 tal- 4 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal ditti abbażi tal-ispejjeż ġenerali fissi f'dak li għandu x'jaqsam mal-eżiġenzi tal-fondi proprji applikabbli għall-impriżi, abbażi tal-ispejjeż ġenerali (ĠU L 78, 24.3.2015, p. 1)

    68

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/850 tat-30 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 135, 2.6.2015, p. 1)

    69

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/923 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 150, 17.6.2015, p. 1)

    70

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2014 tal-21 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji (ĠU L 100, 3.4.2014, p. 1)

    71

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 523/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni ta' x'jikkostitwixxi l-korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds koperti ta' istituzzjoni u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 4)

    72

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 525/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għad-definizzjoni tas-suq (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 15)

    73

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 526/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni ta' firxa ta' approssimazzjoni indiretta u portafolli iżgħar limitati għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 17)

    74

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 29)

    75

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 529/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 36)

     

    kif emendat bi:

    76

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/942 tal-4 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 529/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-approċċi interni meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq (ĠU L 154, 19.6.2015, p. 1)

    77

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 16–25).

    78

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

    79

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/227 tas-Il-Ġimgħa, 9 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 48, 20.2.2015, p. 1).

    80

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 602/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi implimentattivi għall-iffaċilitar tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' piżijiet ta' riskju addizzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 166, 5.6.2014, p. 22).

    81

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' indiċi diversifikati b'mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 3)

    82

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2014 tad-29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formats uniformi u d-data għad-divulgazzjoni tal-valuri użati sabiex jiġu identifikati istituzzjonijiet sistemikament importanti globali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 14).

    83

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1187/2014 tat-2 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni tal-iskopertura ġenerali għal klijent jew grupp ta' klijenti relatati fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ma' assi sottostanti (ĠU L 324, 7.11.2014, p. 1)

    84

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

    85

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/79 tat- 18 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' interess ta' garanzija tal-assi, mudell ta' punt uniku tad-dejta u r-regoli dwar il-valutazzjoni (ĠU L 14, 21.1.2015, p. 1).

    86

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/585 tat-18 ta' Diċembru 2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni ta' perjodi b'riskju ta' marġni (ĠU L 98, 15.4.2015, p. 1)

    87

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/233 tat- 13 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' muniti li fihom ikun hemm definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 39, 14.2.2015, p. 11)

    88

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/880 tal-Il-Ħamis, 4 ta' Ġunju 2015 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 9.6.2015, p. 7).

    89

    Ħlief għat-Titolu V tagħha:

    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

     

    emendata minn:

    90

    Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

     

    issupplimentata u implimentata permezz ta':

    91

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 30)

    92

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-klassijiet ta' strumenti li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kredizja ta' istituzzjoni bħala negozju avvjat u li huma xierqa sabiex jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 21)

    93

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 530/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu ulterjorment l-iskoperturi materjali u l-livelli limitu għall-approċċi interni għar-riskju speċifiku fil-portafoll tan-negozjar (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 50)

    94

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti biex jiġu kkalkulati r-rati speċifiċi għall-istituzzjoni tal-bafer tal-kapital kontroċikliku (ĠU L 309, 30.10.2014, p. 5).

    95

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 650/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi implimentattivi fir-rigward tal-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata mill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 185, 25.6.2014, p. 1)

    96

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2014 tat-23 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-proċess ta' deċiżjonijiet konġunti dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjonijiet skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 19)

    97

    IrRegolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2014 tat- 8 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti u għad-definizzjoni ta' subkategoriji ta' istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 27).

    98

    Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)

    99

    Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

     

    emendata minn:

    100

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/63 tal-21 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni (ĠU L 11, 17/1/2015, p. 44)

    101

    F'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, ħlief għall-Artikolu 34-36 u għat-Titolu III tagħha:

    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

     

    kif emendat bi:

    102

    Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

    103

    Għal dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu:

    Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).”


    Top