Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2359

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2359 tas-16 ta' Diċembru 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    ĠU L 331, 17.12.2015, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/2359/oj

    17.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 331/26


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2359

    tas-16 ta' Diċembru 2015

    li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    (2)

    Persuna u żewġ entitajiet ma għandhomx jibqgħu jinżammu fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. DIESCHBOURG


    (1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


    ANNESS

    Il-persuna u ż-żewġ entitajiet elenkati hawn taħt, kif ukoll l-entrati relatati magħhom, huma b'dan imħassra mil-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

    A.   Persuni

    Nru 205 Samir Hamsho

    B.   Entitajiet

    Nru 68. Syria Steel SA

    Nru 69. Al Buroj Trading


    Top