EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2249

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 tat-3 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine)

ĠU L 318, 4.12.2015, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2249/oj

4.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2249

tat-3 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine).

(2)

Fis-17 ta' Novembru 2014, permezz tad-Deċiżjoni 2014/800/PESK (2), il-Kunsill iddeċieda li jniedi l-EUAM Ukraine fl-1 ta' Diċembru 2014 u li jemenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK biex jipprovdi l-EUAM Ukraine b'ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sat-30 ta' Novembru 2015.

(3)

Jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/486/PESK tiġi emendata biex tipprovdi għal ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016.

(4)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha tiġi emendata biex il-mandat tal-EUAM Ukraine jiġi estiż b'sena,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 14(1) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016 għandu jkun ta' EUR 14 400 000.”.

(2)

Fl-Artikolu 19, it-tieni paragrafu huwa sostitwit minn dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sat-30 ta' Novembru 2017.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Diċembru 2015.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BRAZ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42)

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/800/PESK tas-17 ta' Novembru 2014 li tniedi l-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) u li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (ĠU L 331, 18.11.2014, p. 24).


Top