Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2183

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2183 tal-24 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi format komuni għan-notifikazzjoni tas-sigaretti elettroniċi u tal-kontenituri ta' rikarika (notifikata bid-dokument C(2015) 8087) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 309, 26.11.2015, pp. 15–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/2183/oj

26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/15


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2183

tal-24 ta' Novembru 2015

li tistabbilixxi format komuni għan-notifikazzjoni tas-sigaretti elettroniċi u tal-kontenituri ta' rikarika

(notifikata bid-dokument C(2015) 8087)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u ta' prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(13) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/40/UE tistipula li l-manifatturi u l-importaturi tas-sigaretti elettroniċi u tal-kontenituri ta' rikarika għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati dwar dawn il-prodotti li biħsiebhom iqiegħdu fis-suq jew li diġà jkunu tpoġġew fis-suq fl-20 ta' Mejju 2016. l-informazzjoni għandha tingħata sitt xhur qabel it-tqegħid fis-suq ta' prodotti ġodda jew ta' prodotti li jkunu nbidlu b'mod sostanzjali. Għandu jiġi stabbilit il-format ta' dik in-notifika.

(2)

Filwaqt li jkun qed jitfassal il-format, għandhom jitqiesu l-esperjenza u l-għarfien rilevanti miksuba b'formati eżistenti għar-rappurtar ta' ingredjenti tat-tabakk.

(3)

Format komuni għan-notifika elettronika tal-informazzjoni dwar is-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri ta' rikarika jippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipproċessaw, iqabblu, janalizzaw u jaslu għal konklużjonijiet mill-informazzjoni li jirċievu. Id-dejta tipprovdi bażi wkoll għall-valutazzjoni tal-impatti fuq is-saħħa assoċjati ma' dawn il-prodotti

(4)

Punt tad-dħul elettroniku komuni għall-preżentazzjoni tad-dejta huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-obbligi ta' notifika stipulati fid- Direttiva 2014/40/UE. B'mod partikolari, punt tad-dħul komuni jiffaċilita u jarmonizza l-preżentazzjoni tad-dejta lill-Istati Membri min-naħa tal-manifattur jew tal-importatur. Is-simplifikazzjoni tal-proċess ta' preżentazzjoni jnaqqas ukoll il-piż amministrattiv għall-manifatturi, l-importaturi u r-regolaturi nazzjonali u jiffaċilita t-tqabbil tad-dejta. Biex ikun aktar faċli li jsiru diversi tidħiliet, jista' jiġi stabbilit repożitorju fil-livell tad-dħul komuni, li jkun jippermetti r-referenzi għal dokumenti mhux kunfidenzjali.

Il-punt tad-dħul komuni għandu jipprevedi għodod għat-tidħil tal-informazzjoni li jkunu tajbin kemm għall-kumpaniji li għandhom diġà sistemi tal-IT komprensivi (għat-tidħil tal-informazzjoni awtomatika minn sistema għall-oħra) kif ukoll għal dawk il-kumpaniji li ma għandhomx sistemi tal-IT ta' dan it-tip, b'mod partikolari l-kumpaniji żgħar u medji. Il-kumpaniji se jingħataw numru ta' identifikazzjoni tal-preżentatur li għandu jintuża mill-istess kumpanija kull darba li ddaħħal l-informazzjoni.

(5)

l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jpoġġu l-għodod għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għad-disponibbiltà ta' min jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 20(7) tad-Direttiva 2014/40/UE. L-għodod jistgħu wkoll jiffaċilitaw il-preżentazzjoni ta' informazzjoni oħra dwar is-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri ta' rikarika skont l-Artikolu 20. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiġu mħeġġa li jżommu d-dejta li jipprovdu lill-Istati Membri aġġornata. Biex jiġi ffaċilitat it-tqabbil fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-manifatturi u lill-importaturi li jippreżentaw l-aġġornamenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena kalendarja li jmiss. Meta d-dejta dwar il-bejgħ tiġi rrappurtata skont dan il-format, għandha tkun marbuta mas-sena kalendarja.

(6)

Meta jerġgħu jibagħtu d-dejta, anki l-korrezzjoni ta' żbalji f'sottomissjoni li tkun saret qabel, l-informazzjoni għandha tingħata permezz tal-punt tad-dħul komuni.

(7)

Biex tkun żgurata l-kwalità u l-komparabbiltà tad-dejta mibgħuta, l-Istati Membri għandhom, fejn japplika, jinkoraġġixxu lill-manifatturi u lill-importaturi jużaw l-istandards miftiehma jew metodi ta' ttestjar. Meta ma jkunx jeżisti ftehim dwar standards internazzjonali jew tal-Unjoni, jew metodi tal-ittestjar, il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiddeskrivu b'mod ċar fin-notifiki tagħhom il-metodi tal-kejl li ntużaw u għandhom jiżguraw li dawn ikunu riproduċibbli.

(8)

Biex il-piż amministrattiv jiġi limitat u biex tkun żgurata l-komparabbiltà bejn id-dejta rrappurtata, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-manifatturi u lill-importaturi biex jagħżlu oġġetti kompatibbli meta jkunu qegħdin jittestjaw il-komponenti tas-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri ta' rikarika li jitqiegħdu fis-suq bħala oġġetti separati.

(9)

Filwaqt li hija r-responsabbiltà sħiħa tal-Istati Membri li jiġbru, jivverifikaw, jananalizzaw skont kif rilevanti, u li jaħżnu u jxandru d-dejta li tkun inġabret skont din id-Deċiżjoni, dawn għandu jkollhom il-possibbiltà li jaħżnu d-dejta mibgħuta lilhom f'faċilitajiet tal-Kummissjoni. Is-servizz li toffri l-Kummissjoni għandu joffri l-għodod tekniċi lill-Istati Membri, li jiffaċilitawlhom il-konformità mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/40/UE. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se tiżviluppa standard ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz. Il-Kummissjoni għandha żżomm kopja off-line tad-dejta li tiġi ppreżentata permezz tal-punt tad-dħul komuni għall-fini tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE.

(10)

Meta jippreżentaw l-informazzjoni dwar prodotti li jkollhom l-istess kompożizzjoni u tfassil, il-manifatturi u l-importaturi għandhom, sa fejn ikun possibbli, jużaw l-istess numru ta' identifikazzjoni tal-prodott, irrispettivament mid-ditta u s-sottotip, jew milli dawn jitqiegħdux fis-suq ta' Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed.

(11)

Biex tiġi żgurata l-akbar trasparenza possibbli tal-informazzjoni dwar il-prodotti għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq is-sigrieti kummerċjali, jixraq li jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-ġestjoni mill-Kummissjoni tad-dejta kunfidenzjali. l-aspettattivi leġittimi tal-konsumaturi li jkollhom l-aċċess għall-informazzjoni tajba dwar il-kontenut tal-prodotti li jkollhom il-ħsieb li jikkunsmaw għandhom jitqiesu kontra l-interessi tal-manufatturi li jipproteġu r-riċetti tal-prodotti tagħhom. Wara li jitqiesu dawn l-interessi konfliġġenti, id-dejta li tista' tiżvela l-ingredjenti li jintużaw fi kwantitajiet żgħar fi prodotti speċifiċi għandha, fil-prinċipju, tinżamm kunfidenzjali.

(12)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-regoli u s-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/40/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi format komuni għan-notifikazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri ta' rikarika.

Artikolu 2

Il-format tan-notifikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi u l-importaturi tas-sigaretti elettroniċi u tal-kontenituri ta' rikarika jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2014/40/UE, inklużi l-modifiki u l-irtirar mis-suq, skont il-format stipulat fl-Anness.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi u l-importaturi tas-sigaretti elettroniċi u tal-kontenituri ta' rikarika jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-punt tad-dħul komuni għall-preżentazzjoni tad-dejta.

Artikolu 3

Il-ħżin tad-dejta

L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jużaw is-servizzi tal-ħżin tad-dejta li toffri l-Kummissjoni biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2014/40/UE sakemm dawn ikunu ffirmaw ftehim dwar il-livell ta' servizz mal-Kummissjoni.

Artikolu 4

In-numru tal-identifikazzjoni tal-preżentatur tad-dejta

Qabel ma jippreżenta l-informazzjoni lill-Istati Membri għall-ewwel darba skont din id-Deċiżjoni, il-manifattur jew l-importatur għandu japplika għal numru tal-identifikazzjoni (ID tal-Preżentatur) ġġenerat mill-operatur tal-punt tad-dħul komuni. Il-manifattur jew l-importatur għandu, jekk jintalab, jippreżenta dokument li jipprovdi l-identifikazzjoni tal-kumpanijia u awtentikazzjoni tal-attivitajiet tagħha skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fejn tkun stabbilita l-kumpanija. L-ID tal-Preżentatur għandu jintuża għal kull preżentazzjoni sussegwenti u f'kull korrispondenza sussegwenti.

Artikolu 5

In-numru tal-identifikazzjoni tal-prodott

1.   Ibbażat fuq l-ID tal-Preżentatur imsemmi fl-Artikolu 4, il-manifattur jew l-importatur għandu jassenja ID tas-Sigarett Elettroniku (ID SE) lil kull prodott li jrid jiġi nnotifikat.

2.   Meta jippreżentaw l-informazzjoni dwar prodotti bl-istess kompożizzjoni u tifsil, il-manifatturi u l-importaturi għandhom, kemm jista' jkun, jużaw l-istess ID SE, b'mod partikolari meta d-data titressaq minn diversi membri ta' grupp ta' kumpaniji. Dan għandu jgħodd irrispettivament mid-ditta, mis-sottotip u mill-għadd ta' swieq li jitqiegħdu fihom.

3.   Meta l-manifattur jew l-importatur ma jkunx jista' jiżgura li qed jintuża l-istess ID SE għall-prodotti tal-istess kompożizzjoni u tifsila, għandu, fejn hu possibbli, tal-inqas jipprovdi, l-ID SE diversi li jkunu assenjati lil dawn il-prodotti.

Artikolu 6

Id-dejta kunfidenzjali u l-iżvelar tad-dejta

1.   Fil-preżentazzjoni li jagħmlu, il-manifatturi u l-importaturi għandhom jimmarkaw l-informazzjoni kollha li huma jqisu bħala sigriet kummerċjali jew li jqisu li tkun kunfidenzjali, u jekk jintalbu jridu jiġġustifikaw din id-dikjarazzjoni tagħhom.

2.   Meta tuża d-dejta trażmessa biex tapplika d-Direttiva 2014/40/UE u r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Kummissjoni fuq prinċipju ma għanhiex tqis li l-informazzjoni li ġejja hija kunfidenzjali jew li hija sigriet kummerċjali:

(a)

l-ingredjenti li jintużaw fi kwantitajiet ogħla minn 0,1 % tal-formulazzjoni finali tal-likwidu;

(b)

l-istudji u d-dejta ppreżentati skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2014/40/UE, b'mod partikolari dwar it-tossiċità u l-effett ta' dipendenza. Meta dawk l-istudji jkunu marbutin ma' ditti speċifiċi, ir-referenzi espliċiti u impliċiti għad-ditta għandhom jitneħħew u għandha tiddaħħal verżjoni editjata għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 7

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1)

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


ANNESS

1.   DESKRIZZJONIJIET TAT-TAQSIMIET

Huma obbligatorji t-taqsimiet kollha mmarkati (M) fil-format komuni.

It-taqsimiet filtri (F) obbligatorji dipendenti jsiru obbligatorji jekk tintagħżel risposta speċifika f'risposta preċedenti varjabbli.

It-taqsimiet (AUTO) ġġenerati mis-sistema huma ġġenerati awtomatikament mis-sistema tas-softwer.

Fit-taqsimiet fejn ir-risposta tintagħażel minn fuq lista, it-tabelli ta' referenza korrispondenti se jingħataw, jinżammu, u jiġu ppubblikati f'sit web tal-Kummissjoni.

2.   KARATTERISTIKI TAL-PREŻENTATUR

Il-preżentatur ikun jew il-manifattur jew l-importatur li jkun responsabbli tad-dejta ppreżentata.

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

ID_Preżentatur

L-ID tal-Preżentatur hija numru ta' identifikazzjoni li jingħata skont l-Artikolu 4

M

 

 

Isem_Preżentatur

L-isem uffiċjali tal-preżentatur fil-livell tal-Istati Membri, marbut man-numru tal-VAT

M

 

 

SME_Preżentatur

Indikazzjoni li l-preżentatur jew, jekk ikun hemm, il-kumpanija ġenitur tiegħu, ikun SME kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (1)

M

 

 

VAT_Preżentatur

In-numru tal-VAT tal-preżentatur

M

 

 

Tip_Preżentatur

Indikazzjoni dwar huwiex manifattur jew importatur il-preżentatur

M

 

 

Indirizz_Preżentatur

L-indirizz tal-preżentatur

M

 

 

Pajjiż_Preżentatur

Il-pajjiż fejn hu stabbilit il-preżentatur

M

 

 

Telefown_Preżentatur

In-numru tat-telefown tal-kumpanija tal-preżentatur

M

 

 

E-Mail_Preżentatur

L-indirizz tal-e-Mail funzjonali tal-kumpanija tal-preżentatur

M

 

 

Il-Preżentatur_Għandu_Kumpanija_Ġenitur

Immarka l-kaxxa jekk il-preżentatur huwa fergħa ta' kumpanija prinċipali

M

 

 

Preżentatur_Għandu_Kumpanija_Affiljata

Immarka l-kaxxa jekk il-preżentatur għandu kumpanija affiljata

M

 

 

Preżentatur_Jaħtar_Rappreżentant

Immarka l-kaxxa jekk il-preżentatur ħatar terza parti biex tippreżenta d-dejta f'ismu (“rappreżentant”)

M

 

2.1.   Il-karatteristiki tal-kumpanija Ġenitur tal-Manifattur/Importatur

Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija ġenitur: In-numru tal-ID tal-Preżentatur, jekk għandu, l-isem uffiċjali, il-pajjiż, in-numru u l-indirizz tal-e-Mail funzjonali tan-negozju.

2.2.   Il-karatteristiki tal-kumpanija affiljata tal-Manifattur/Importatur

Għal kull kumpanija affiljata għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja: In-numru tal-ID tal-Preżentatur, jekk għandu, l-isem uffiċjali, il-pajjiż, in-numru u l-indirizz tal-e-Mail funzjonali tan-negozju.

2.3.   Ir-rappreżentant li jirrapporta f'isem il-preżentatur

Għar-rappreżentant għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja: In-numru tal-ID tal-Preżentatur, jekk għandu, l-isem uffiċjali, il-pajjiż, in-numru u l-indirizz tal-e-Mail funzjonali tan-negozju.

3.   IL-PREŻENTAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT U DESKRIZZJONI TIEGĦU — PARTI A

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Tip_Preżentazzjoni

It-tip tal-preżentazzjoni tal-prodott

M

 

 

Data_Bidu_Preżentazzjoni

Id-data tal-preżentazzjoni tiddaħħal awtomatikament mis-sistema meta l-utent jippreżenta l-informazzjoni dwar il-prodott

AWTO

 

 

ID_Prodott (ID-SE)

L-ID-SE huwa n-numru ta' identifikazzjoni tal-prodott li jintuża fis-sistema fil-format “ID tal-preżentatur-sena-numru tal-prodott” (NNNNN-NN-NNNNN), meta

 

“l-ID tal-preżentatur” huwa n-numru ta' identifikazzjoni tal-preżentatur (ara fuq)

 

“is-sena” hija s-sena li fiha ġiet ippreżentata d-dejta dwar il-prodott għall-ewwel darba (2 figuri)

 

“in-numru tal-prodott” huwa n-numru li l-preżentatur ikun ta lill-prodott meta jkun qed idaħħal id-dejta għall-ewwel darba

M

 

 

Jeżisti_ID_Prodott_Ieħor

Indikazzjoni dwar jekk il-preżentatur jafx bi prodotti oħrajn bl-istess tfassil u kompożizzjoni li huma kkummerċjalizzat fl-UE b'ID-SE differenti

M

 

 

ID_Prodott_Ieħor

Lista tal-ID-SE tal-prodott(i) bl-istess tifsila u kompożizzjoni. Jekk il-preżentatur ma jkunx jaf l-ID-SE tal-prodott(i), għandhom jiddaħħlu għallinqas l-isem/ismijiet kummerċjali u l-isem/ismijiet tas-sottotip sħaħ u l-Istat(i) Membru/i li qiegħed fis-suq tiegħu/tagħhom il-prodott(i)

F

 

 

Jeżisti_Prodott_Bl-istess_Kompożizzjoni

Indikazzjoni ta' jekk il-preżentatur jaf bi prodotti oħrajn bl-istess kompożizzjoni ta' likwidu elettroniku, iżda ta' tifsila differenti

M

 

 

Prodott_Ieħor_Bl-istess_Kompożizzjoni

Lista tal-ID-SE tal-prodott(i) bl-istess kompożizzjoni ta' likwidu elettroniku iżda b'tifsila differenti. Jekk il-preżentatur ma jkunx jaf l-ID-SE tal-prodott(i), għandhom jiddaħħlu għallinqas l-isem/ismijiet kummerċjali u l-isem/ismijiet tas-sottotip u l-Istat(i) Membru/i li qiegħed fis-suq tiegħu/tagħhom il-prodott(i)

F

 

 

Tip_Prodott

Tip tal-prodott ikkonċernat

M

 

 

Likwidu_E_Piż_Prodott

Il-piż totali tal-likwidu-e f'unità waħda tal-prodott f'mg.

F

 

 

Likwidu_E_Volum_Prodott

Il-piż totali tal-likwidu-e f'unità waħda tal-prodott f'ml.

F

 

 

Identifikazzjoni_Manifattur_Prodott

Jekk il-preżentatur ma jkunx il-manifattur, l-isem/ismijiet uffiċjali tal-kumpanija tal-manifattur(i) tal-prodott u d-dettalji ta' kuntatt tagħha/tagħhom (2)

F

 

 

Indirizz_Post_Produzzjoni_Prodott

Għal kull manifattur, l-indirizz(i) tal-post(ijiet) fejn issir il-produzzjoni kollha

M

 

 

Klassifikazzjoni_CLP_Prodott

Il-klassifikazzjoni ġenerali tal-prodott (inklużi l-elementi tat-tikkettar) bħala taħlita ta' sustanzi bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u kif deskritta fil-“Gwida dwar l-Applikazzjoni tal-Kriterji tas-CLP” (4)

F

 

3.   IL-PREŻENTAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT U D-DESKRIZZJONI TIEGĦU — PARTI B

Meta l-prodotti jinbiegħu taħt formati differenti, jew meta l-istess prodott jinbiegħ fi Stati Membri differenti, għandhom jiddaħħlu l-varjabbli li ġejjin għal kull format u għal kull Stat Membru.

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Isem_Ditta_Prodott

L-isem kummerċjali li bih jiġi kkummerċjalizzat il-prodott fl-Istat Membru li qed tingħatalu l-informazzjoni.

M

 

 

Isem_Kummerċjali_Sottotip_Prodott

“L-isem tas-sottotip” tal-prodott (jekk jeżisti) kif inhu kkummerċjalizzat fl-Istat Membru li qed tingħatalu l-informazzjoni dwar il-prodott.

M

 

 

Data_Ħruġ_Prodott

Id-data li fiha l-preżentatur biħsiebu joħroġ jew diġà ħareġ il-prodott fis-suq

M

 

 

Indikazzjoni_Rtirar_Prodott

Indikazzjoni li l-preżentatur biħsiebu jirtira jew diġà rtira l-prodott mis-suq

M

 

 

Data_Rtirar_Prodott

Id-data li fiha l-preżentatur biħsiebu jirtira jew diġà rtira l-prodott mis-suq

F

 

 

Numru_Preżentatur_Prodott

In-numru tal-ID li jintuża internament mill-preżentatur

M

Mill-inqas wieħed minn dawk in-numri għandu jintuża b'mod konsistenti għall-preżentazzjonijiet tal-istess preżentatur.

 

 

Numru_UPC_Prodott

UPC-12 (Universal Product Code) in-numru tal-kodiċi tal-prodotti speċifiku tal-prodott

 

 

Numru__EAN_Prodott

EAN_13 jew EAN-8, (European Article Number) tal-prodott

 

 

Numru_GTIN_Prodott

GTIN (Global Trade Identification Number) in-numru tal-identifikazzjoni kummerċjali dinji tal-prodott

 

 

Numru_SKU_Prodott

SKU (Stock Keeping Unit) in-numru(i) tal-istokkjar ta' unità/unitajiet tal-prodott

 

 

Suq_Nazzjonali_Prodott

L-Istat Membru li lilu qed tingħata l-informazzjoni dwar il-prodott

M

 

 

Unitajiet_Imballaġġ_Prodott

L-għadd ta' unitajiet individwali tal-prodott fl-imballaġġ tal-unitajiet

M

 

4.   DESKRIZZJONI TAL-INGREDJENTI LI FIH IL-PRODOTT

Għal kull ingredjent li jintuża f'dan il-prodott, għandhom jimtlew il-varjabbli fit-taqsima ta' wara (5). Fil-każ ta' prodotti li jkun fihom aktar minn oġġett wieħed li jkun fihom l-ingredjenti, għandhom jimtlew il-varjabbli li ġejjin għal kull wieħed minn dawn l-oġġetti.

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Isem_Ingredjent

L-isem kimiku tal-ingredjent

M

 

 

CAS_Ingredjent

In-numru tal-CAS (Chemical Abstracts Service) tal-ingredjent

M

 

 

CAS_Ingredjent_Addizzjonali

Fejn japplika, numri tal-CAS addizzjonali.

F

 

 

Numru_FEMA_Ingredjent

Jekk jeżisti, in-numru tal-FEMA (Flavour and Extract Manufacturers Association) tal-ingredjent

F

Jekk ma jeżistix CAS, għandu jiddaħħal mill-inqas wieħed minn dawn in-numri msemmijin. Jekk jiddaħħal iżjed minn numru wieħed, dawn in-numri jridu jiddaħħlu fl-ordni ta' importanza li ġejja FEMA>Addittiv>FL>KE

 

 

Numru_Ingredjent_Addittiv

Jekk l-ingredjent ikun addittiv tal-ikel, in-numru tal-addittiv tal-ikel tiegħu “Numru E” stabbilit fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)

 

 

Numru_FL_Ingredjent

In-numru FL (In-numru Ewropew tal-Aromatizzant — European Flavouring — kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7))

 

 

Numru_KE_Ingredjent

In-numru tal-Komunità Ewropea (KE) (8), jekk jeżisti

 

 

Funzjoni_Ingredjent

Il-funzjoni(jiet) tal-ingredjent

M

 

 

Funzjoni_Ingredjent_Oħra

Il-funzjoni tal-ingredjent jekk tkun “oħra”

F

 

 

Kwantità_Ingredjent_Riċetta

Il-piż tal-ingredjent f'mg skont ir-riċetta, li jinsab f'unità waħda tal-prodott.

M

 

 

Status_Mhux Vaporizzat_Ingredjent

Indikazzjoni dwar jekk l-ingredjent fi stat mhux vaporizzat għandux tossiċità magħrufa jew għandux proprjetajiet b'effetti karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni

M

 

 

Reġistrazzjoni_REACH_Ingredjent

Jekk jeżisti, in-numru tar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

M

 

 

Hemmx_Klassifikazzjoni_CLP_Ingredjent

Indikazzjoni dwar jekk l-ingredjent ġiex ikklassifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u huwiex fl-Inventarju tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar

M

 

 

Klassifikazzjoni_CLP_Ingredjent

Il-klassifikazzjoni tal-ingredjent skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

F

 

 

Dejta_Tossikoloġika_Ingredjent

Id-disponibbiltà ta' dejta tossikoloġika dwar sustanza, kemm meta tkun waħedha kif ukoll meta tkun f'taħlita. F'kull każ, speċifika jekk id-dejta tossikoloġika hijiex dwar is-sustanza fil-forma tagħha sħuna jew mhux sħuna.

M

 

 

Emissjonijiet_Tossikoloġiċi_Ingredjent

L-eżistenza ta' studji li jindikaw il-kimika u/3jew it-tossiċità tal-emissjonijiet.

F/M

 

 

Tossiċità_CMR_Ingredjent

L-eżistenza ta' studji dwar il-karċinoġeniċità, il-mutaġeniċità jew it-tossiċità għar-riproduzzjoni, tal-ingredjent.

F/M

 

 

Tossikoloġija_Kardjopulmonari_Ingredjent

L-eżistenza ta' assaġġi in vitro u in vivo li jevalwaw l-effetti tossikoloġiċi tal-ingredjent fuq il-qalb, fuq il-vażijiet jew fis-sistema respiratorja.

F/M

 

 

Tossikoloġija_Dipendenza_Ingredjent

L-eżistenza ta' analiżi tal-possibbiltà li l-proprjetajiet tal-ingredjent joħolqu dipendenza

F/M

 

 

Tossikoloġija_Oħra_Ingredjent

L-eżistenza ta' kull dejta oħra dwar it-tossikoloġija tal-ingredjent li ma ġietx iddikjarata hawn fuq.

F/M

 

 

Fajl_Tossiċità/Dipendenza_Ingredjent

Daħħal l-istudji disponibbli indikati fis-sitt attributi preċedenti (Dejta Tossikoloġika Ingredjent, Emissjonijiet, CMR, Kardjopulmonari, Dipendenza, Oħra)

F/M

 

5.   EMISSJONIJIET

Fejn tkejlu ħafna emissjonijiet, iridu jimtlew il-varjabbli fit-taqsimiet li ġejjin b'mod individwali għal kull emissjoni. Fil-każ ta' prodotti li jkun fihom aktar minn oġġett wieħed jew aktar minn kombinazzjoni waħda ta' sigarett-e jew kontenitur tar-rikarika, għandhom jimtlew il-varjabbli li ġejjin għal kull wieħed minn dawn l-oġġetti jew kombinazzjonijiet.

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

ID_KE _Prodott_Test_Emissjonijiet

Jekk il-prodott jeħtieġ prodott(i) addizzjonali biex jintuża, għandha tingħata l-ID_KE tal-prodott(i) addizjonali li ntużaw għat-testijiet. Jekk il-preżentatur ma jkunx jaf l-ID_SE tal-prodott(i) addizzjonali, għandhom jiddaħħlu għallinqas l-isem/ismijiet kummerċjali u l-isem/ismijiet tas-sottotip u l-Istat(i) Membru/i li qiegħed fis-suq tiegħu/tagħhom il-prodott

F

 

 

Emissjoni_Prodott_Ikkumbinat

Jekk il-prodott ikun fih aktar minn oġġett wieħed jew aktar minn kombinazzjoni waħda ta' sigarett-e jew ta' kontenitur tar-rikarika, għandha tingħata l-ispeċifikazzjoni tal-oġġett jew tal-kombinazzjoni li jintuża/tintuża biex titkejjel l-emissjoni

F

 

 

Fajl_Metodi_Emissjonijiet

Deskrizzjoni tal-metodi tal-kejl li ntużaw fil-valutazzjoni tal-emissjonijiet, inkluża referenza għall-istandard approvat rilevanti, fejn possibbli

M

 

 

Isem_Emissjoni

Isem l-emissjoni li ħarġet waqt l-ittestjar tal-prodott

M

 

 

CAS_Emissjonijiet

In-numri tal-CAS (Chemical Abstracts Service) tal-emissjonijiet

F

 

 

IUPAC_Emissjonijiet

L-isem tal-IUPAC (l-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata) tal-emissjonijiet jekk ma jeżistix numru tal-CAS

F

 

 

Kwantità_Emissjonijiet

Il-kwantità tal-emissjonijiet li joħorġu waqt l-użu tal-prodott, abbażi tal-metodu tal-kejl li ntuża.

M

 

 

Unitàjiet_Emissjonijiet

L-unità tal-kejl li biha tkejlet l-emissjoni

F

 

6.   TIFSILA TAL-PRODOTT

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar ta' sigaretti elettroniċi

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

Rappurtar ta' kontenituri tar-rikarika

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Deskrizzjoni_Sigarett-E

Deskrizzjoni tal-prodott biex li tiffaċilita l-identifikazzjoni unika tal-prodott, għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kull oġġett u tal-partijiet individwali kollha (komponenti/likwidu-e)

M

 

M

 

 

Volum/Kapaċità_Likwidu_Sigarett-E

Il-volum/il-kapaċità f'ml (għall-apparati agħti d-daqs tat-tank, għall-istoċċijiet/l-istoċċijiet atomizzaturi jew għall-kontenituri tar-rikariku agħti l-volum reali meta jitqiegħdu fis-suq)

M

 

M

 

 

Konċentrazzjoni_Nikotina_Sigarett-E

Il-konċentrazzjoni tan-nikotina f'mg/ml

F

 

M

 

 

Tip_Batterija_Sigarett-E

Deskrizzjoni tat-tip ta' batterija

F

 

N/A

 

 

Kapaċità_Tip_Batterija_Sigarett-E

Indikazzjoni tal-kapaċità tal-batterija f'mAh

F

 

N/A

 

 

Sigarett-E_Volt/Watt_Aġġustabbli

Indikazzjoni dwar jekk jistax jiġi aġġustat il-voltaġġ/il-wattage tas-sigarett-e

M

 

N/A

 

 

Voltaġġ_Sigarett-E

Il-voltaġġ nominali tas-sigarett-e jekk dan ma jkunx aġġustabbli, u l-voltaġġ rakkomandat jekk ikun aġġustabbli.

F

 

N/A

 

 

L-inqas_Medda_Voltaġġ_Sigarett-E

L-inqas voltaġġ possibbli

F

 

N/A

 

 

L-ogħla_Medda_Voltaġġ_Sigarett-E

L-ogħla voltaġġ possibbli.

F

 

N/A

 

 

Wattage_Sigarett-E

Il-wattage nominali tas-sigarett-e jekk dan ma jkunx aġġustabbli, u l-wattage rakkomandat jekk ikun aġġustabbli.

F

 

N/A

 

 

L-inqas_Medda_Wattage_Sigarett-E

L-inqas wattage possibbli

F

 

N/A

 

 

L-ogħla_Medda_Wattage_Sigarett-E

L-ogħla wattage possibbli

F

 

N/A

 

 

Sigarett-E_Fluss tal-Arja_Aġġustabbli

Indikazzjoni dwar jekk il-fluss tal-arja minn ġos-sigarett-e huwiex aġġustabbli

M

 

N/A

 

 

Sigarett-E_Ftila_Tinbidel

Indikazzjoni dwar jekk il-konsumatur ikunx jista' jaġġusta/jimmodifika/jibdel il-ftila

M

 

N/A

 

 

Sigarett-E_Mikroproċessur

Indikazzjoni dwar jekk is-sigarett-e fihx mikroproċessur

M

 

N/A

 

 

Kompożizzjoni_Kojl_Sigarett-E

Il-kompożizzjoni kimika tal-wajer (kojl) fl-atomizzatur

M

 

N/A

 

 

Fajl_Dożaġġ/Inġestjoni_Nikotina_Sigarett-E

Deskrizzjoni tal-metodi tal-kejl li ntużaw fil-valutazzjoni li d-dożaġġ u l-inġestjoni tan-nikotina jkunu konsistenti, inkluża referenza għall-istandard approvat rilevanti, fejn possibbli. Deskrizzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni

M

 

M

 

 

Fajl_Produzzjoni_Sigarett-E

Deskrizzjoni tal-proċess finali tal-produzzjoni, inkluża l-produzzjoni tas-sensiela

M

 

M

 

 

Konformità_Produzzjoni_Sigarett-E

Dikjarazzjoni li l-proċess tal-produzzjoni jiżgura l-konformità (għandha tinkludi l-informazzjoni dwar il-produzzjoni ta' sensiela fost affarijiet oħra).

M

 

M

 

 

Kwalità_Sikurezza_Sigarett-E

Dikjarazzjoni li l-manifattur u l-importatur jieħdu r-responsabbiltà kollha għall-kwalità u għas-sikurezza tal-prodott meta dan jitqiegħed fis-suq u jintuża f'kundizzjonijiet normali jew f'kundizzjonijiet li wieħed jista', b'mod raġonevoli, jipprevedihom.

M

 

M

 

 

Fajl_Fetħa/Rikariku_Sigarett-E

Deskrizzjoni tal-fetħa u tal-apparat ta' rikarika, fejn japplika.

F

 

M

 


(1)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(2)  Għal kull manifattur għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja: In-numru tal-ID jekk jeżisti, l-isem uffiċjali, il-pajjiż, in-numru u l-indirizz tal-e-Mail funzjonali tan-negozju.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  http://echa.europa.eu/documents/10162/13562/clp_en.pdf

(5)  F'din it-taqsima M u F japplikaw biss fejn japplika, għal tipi ta' prodotti.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

(8)  Kif maħluq bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea 81/437/KEE, tal-11 ta' Mejju 1981 li tistabbilixxi l-kriterji li skont dawn l-informazzjoni dwar l-inventarju ta' sustanzi kimiċi tingħata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, (ĠU L 167, 24.6.1981, p. 31).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta ' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


Top