Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2090

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2090 tas-17 ta' Novembru 2015 li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 302, 19.11.2015, p. 109–109 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2090/oj

    19.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 302/109


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2090

    tas-17 ta' Novembru 2015

    li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

    (2)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Jacqueline KRAEGE, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huwa b'dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

    Frau Heike RAAB, Staatssekretärin, Bevollmächtigte des Landes Rheinland-Pfalz beim Bund und für Europa, für Medien und Digitales.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN


    (1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

    (2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

    (3)  ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.


    Top