EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2056

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2056 tat-13 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2009/563/KE, 2009/894/KE, 2011/330/UE u 2011/337/UE biex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (notifikata bid-dokument C(2015) 7781) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 300, 17.11.2015, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2056/oj

17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2056

tat-13 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2009/563/KE, 2009/894/KE, 2011/330/UE u 2011/337/UE biex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti

(notifikata bid-dokument C(2015) 7781)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(c) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE (2) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE (3) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE (4) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE (5) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE (6) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015.

(6)

Twettqet valutazzjoni li tikkonferma r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2009/563/KE, 2009/894/KE, 2011/330/UE u 2011/337/UE. Billi għadha għaddeja reviżjoni tal-kriterji ekoloġiċi attwali u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti f'dawk id-Deċiżjonijiet, jixraq li l-perjodi ta' validità ta' dawk il-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika jittawlu sal-31 ta' Diċembru 2016.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2009/563/KE, 2009/894/KE, 2011/330/UE u 2011/337/UE għandhom jiġu emendati skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘televiżjonijiet’, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

Artikolu 2

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/563/KE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘xedd tas-saqajn’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

Artikolu 3

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/894/KE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘għamara tal-injam’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

Artikolu 4

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/330/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘kompjuters notebook’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

Artikolu 5

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/337/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘kompjuters personali’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta' Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal għamara tal-injam (ĠU L 320, 5.12.2009, p. 23).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Notebook (ĠU L 148, 7.6.2011, p. 5).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Personali (ĠU L 151, 10.6.2011, p. 5).


Top