This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D2020
Council Decision (EU) 2015/2020 of 26 October 2015 delegating to the Secretary-General of the Council the power to issue laissez-passer to members, officials and other servants of the European Council and of the Council, as well as to special applicants provided for in Annex II to Regulation (EU) No 1417/2013, and repealing Decision 2005/682/EC, Euratom
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2020 tas-26 ta' Ottubru 2015 li tiddelega lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill is-setgħa li joħroġ laissez-passer lil membri, uffiċjali u aġenti oħra tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll lill-applikanti speċjali previsti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1417/2013, u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/682/KE, Euratom
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2020 tas-26 ta' Ottubru 2015 li tiddelega lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill is-setgħa li joħroġ laissez-passer lil membri, uffiċjali u aġenti oħra tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll lill-applikanti speċjali previsti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1417/2013, u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/682/KE, Euratom
ĠU L 295, 12.11.2015, pp. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
12.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 295/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2020
tas-26 ta' Ottubru 2015
li tiddelega lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill is-setgħa li joħroġ laissez-passer lil membri, uffiċjali u aġenti oħra tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll lill-applikanti speċjali previsti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1417/2013, u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/682/KE, Euratom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u, b'mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 240(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u, b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikoli 235(4) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 240(2) tat-TFUE, kemm il-Kunsill Ewropew kif ukoll il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu assistiti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. |
|
(2) |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 7, huma l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill li jistgħu jipprovdu l-laissez-passer lil membri tal-istituzzjonijiet tagħhom u lil uffiċjali u aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tagħhom f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u fil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1). |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1417/2013 (2) jistabbilixxi l-forma, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' laissez-passer lil membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, lil uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni, u lil applikanti speċjali previsti fl-Anness II tiegħu. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1417/2013, il-laissez-passer jista' jinħareġ lil applikanti speċjali, skont l-Anness II ta' dak ir-Regolament, esklussivament fl-interess tal-Unjoni, f'każijiet eċċezzjonali u bil-motivazzjoni dovuta. |
|
(5) |
Il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill għandhom jiddelegaw is-setgħat rispettivi tagħhom lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill. |
|
(6) |
Jinħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/682/KE, Euratom (3) titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-setgħat mogħtija lill-President tal-Kunsill Ewropew u lill-President tal-Kunsill taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 7 għall-ħruġ ta' laissez-passer lil membri tal-istituzzjonijiet tagħhom, lil uffiċjali u aġenti oħra tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll lil applikanti speċjali previsti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1417/2013 għandhom jiġu eżerċitati mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.
Is-Segretarju Ġenerali huwa awtorizzat jiddelega dawk is-setgħat lid-Direttur Ġenerali tal-Amministrazzjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2005/682/KE, Euratom hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
C. DIESCHBOURG
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, u li jistitwixxi miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1417/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-forma tal-laissez-passer maħruġin mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 26).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/682/KE, Euratom tal-20 ta' Settembru 2005 li tiddelega lid-Deputat Segretarju Ġenerali s-setgħa li jipprovdi laissez-passer lill-uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU L 258, 4.10.2005, p. 4).