This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1990
Council Decision (Euratom) 2015/1990 of 26 October 2015 approving the conclusion, by the European Commission, on behalf of the European Atomic Energy Community, of the Agreement continuing the International Science and Technology Center
Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2015/1990 tas-26 ta' Ottubru 2015 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija
Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2015/1990 tas-26 ta' Ottubru 2015 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija
ĠU L 290, 6.11.2015, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (EURATOM) 2015/1990
tas-26 ta' Ottubru 2015
li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta' Ottubru 2013 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati rigward Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Euratom”), li jaġixxu bħala Parti waħda, u il-Ġappun, il-Georgia, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Armenja, ir-Repubblika tal-Każakistan, ir-Repubblika Kirgiża, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Repubblika tat-Taġikistan u l-Istati Uniti tal-Amerka. |
(2) |
Dawk in-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Ftehim ġie inizjalat fit-22 ta' Ġunju 2015. |
(3) |
Il-Ftehim ikopri wkoll materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Euratom. |
(4) |
L-iffirmar tal-Ftehim huwa soġġett għal proċedura separata fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Il-konklużjoni tal-Ftehim mill-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Euratom, għandha tiġi approvata fir-rigward ta' dawk il-materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Euratom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija (1).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' kontinwazzjoni taċ-Ċentru Internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija.