This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1965
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2015/1965 of 27 October 2015 on the acceptance of Switzerland's Contribution for the European Union Advisory Mission for Civilian Security Sector Reform Ukraine (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/4/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1965 tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-aċċettazzjoni tal-Kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/4/2015)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1965 tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-aċċettazzjoni tal-Kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/4/2015)
ĠU L 287, 31.10.2015, p. 67–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1965
tas-27 ta' Ottubru 2015
dwar l-aċċettazzjoni tal-Kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/4/2015)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (1),
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (“KPS”) biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għal EUAM Ukraine minn Stati terzi. |
|
(2) |
Il-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili rrakkomanda li l-KPS jaċċetta l-kontribuzzjoni proposta mill-Iżvizzera għal EUAM Ukraine u jqis il-kontribuzzjoni bħala sinifikanti. |
|
(3) |
L-Iżvizzera għandha tkun eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit operazzjonali ta' EUAM Ukraine, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontribuzzjonijiet ta' Stati Terzi
1. Il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għal EUAM Ukraine hija aċċettata u meqjusa bħala sinifikanti.
2. L-Iżvizzera hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit operazzjonali ta' EUAM Ukraine.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS