Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1926

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1926 tas-26 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED)

ĠU L 281, 27.10.2015, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/03/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D0471

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1926/oj

27.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1926

tas-26 ta' Ottubru 2015

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (1).

(2)

Fl-24 ta' Settembru 2015, il-Kmandant tal-Operazzjoni ppropona li l-operazzjoni tissemma SOPHIA.

(3)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-isem tal-operazzjoni

Fit-titolu u fit-test kollu tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, l-isem “EUNAVFOR MED” għandu minn hawn 'il quddiem jiġi sostitwit f'kull ċirkostanza bl-isem “EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA” u għandha ssir kull bidla grammatikali neċessarja.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31).


Top