Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1925

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1925 tas-26 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

    ĠU L 281, 27.10.2015, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1925/oj

    27.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 281/12


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1925

    tas-26 ta' Ottubru 2015

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1).

    (2)

    Abbażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2016. Il-Kunsill ser jirrevedi s-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri restrittivi sitt xhur wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2016. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif ikun adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).


    Top