Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1923

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1923 tas-26 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

ĠU L 281, 27.10.2015, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1923/oj

27.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1923

tas-26 ta' Ottubru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, dawk il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sas-27 ta' Ottubru 2016.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta' Ottubru 2016. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, skont kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).


Top